Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Lista ta' xiri ta' servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor, Interpellant biex tispeċifika sa liema data qed titlob l-informazzjoni. U dan għaliex ix-xiri ta’ servizzi u prodotti jvarja minn ġurnata għal oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Lista ta' xiri ta' servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Sabiex din il-Mistoqsija tiġi mwieġba b’mod sħiħ, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tispeċifika sa liema data qed titlob l-informazzjoni. Qed ngħid dan għaliex, kif l-Onorevoli Interpellant ċertament taf, ix-xiri ta’ servizzi u prodotti jvarja minn ġurnata għal oħra.

Ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhu l-pjan tagħha sabiex Malta tkompli tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa u timxi aktar mal-konvenzjoni ta' Istanbul?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li wara li l-Gvern Malti rratifika l-Konvenzjoni ta’ Istanbul, ġie maħtur kumitat biex jipproponi tibdil fil-liġijiet relevanti skont dak rikjest mill-Konvenzjoni; tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn dawk kollha li jaħdmu f’dan il-qasam, tisħiħ fis-servizzi skont il-bżonn għall-vittmi ta’ vjolenza, miżuri ta’ għarfien dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; tisħiħ tal-ġbir ta’ data dwar vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika. Dan il-kumitat mistenni li jiffinalizza r-rapport minnufiħ.

Integrazzjoni tal-immigranti f’Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern, u b'mod speċifiku l-Ministeru tagħha, biex pajjiżna jaffronta l-isfidi tal-integrazzjoni tal-immigranti f’Malta?

Response (DALLI, HELENA)

Il-Gvern qed jaħdem fuq livell Ewropew sabiex issir pressjoni fuq l-Istati Membri u tiġi żviluppata strateġija Ewropea dwar l-immigrazzjoni filwaqt li jissaħħaħ il-koordinament bejn l-istati membri fejn tidħol l-integrazzjoni. Fl-istess waqt, il-Gvern qed jirrikonoxxi l-bżonn ta’ strateġija ta’ integrazzjoni tal-immigranti preżenti f’Malta u hu kommess li jaddotta politika f’dan is-sens fl-2015 permezz tal-proġett li qed imexxi li jismu Mind the Gap – Together we can make a Difference. Ħtarna uffiċjal sabiex jaħdem speċifikament fuq kwistjonijiet ta’ integrazzjoni tal-immigranti f’Malta u qed isir xogħol biex titwaqqaf integration unit biex tikber il- ħidma f’dan il-qasam. Dan wara li l-gvern preċedenti falla milli jieħu azzjoni biex ikun hemm xi forma ta’ integrazzjoni tal-immigranti.

Ċentri miftuħa u Ċentri ta’ Detenzjoni — Immigranti mill-Gambja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm immigranti mill-Gambja fiċ-Ċentri Miftuħa u ċ-Ċentri tad-Detenzjoni? Kemm minnhom se jiġu ripatrijati lejn pajjiżhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpallent li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata fseduta oħra.

Ċentri ta’ Detenzjoni — tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fiċ-Ċentri tad-Detenzjoni? X'età għandhom? Kemm minnhom huma mal-ġenituri u kemm minnhom huma unaccompanied minors?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif kien wiegħed dan il-Gvern, fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni ma’ hemmx tfal.

Ċentri ta’ Detenzjoni — Immigranti li ma ngħatawx status ta’ ażil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm immigranti li ma ngħatawx status ta’ ażil u qed jinżammu fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni? Jista’ jgħid kemm hemm immigranti minn pajjiżi speċifiċi u x'qed isir biex dawn ikunu ripatrijati lejn pajjiżhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpallent li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata fseduta oħra.

Ċentri Miftuħa — immigranti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm immigranti b'kollox fiċ-Ċentri Miftuħa? Mil-liema pajjiżi ġejjin? X'tip ta' taħriġ qed jingħataw dawn l-immigranti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għall-ewewl ¿ewġ domandi qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. In kollaborazzjoni ma’ NGOs u individwi oħra, ir-residenti fiċ-ċentri miftuħa jitħarrġu fil-lingwi, kompjuter, u food handling. Madankollu, xi residenti privatament jattendu taħriġ ieħor offrut minn operaturi diversi (bħall-ETC), u l-ġestjoni taċ-ċentri ma tkunx neċessarjament taf b’dan, għax ir-residenti mhumiex obbligati li jinfurmawha.

Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjonit tal-Ugwaljanza – Kummissarju/Direttur Eżekuttiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha żewġ rwoli fi ħdan il-Kummissjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE)? Kif jista' jkun li l-istess persuna hija Kummissarju u Direttur Eżekuttiv? Kemm qed titħallas biex tkun Kummissarju u kemm qed titħallas biex tkun Direttur Eżekuttiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Safar fuq xogħol minn persuna f’kariga pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il-darba siefret il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq xogħol barra minn pajjiżna? Fejn marret, min akkumpanjaha, f'liema kariga, għal-liema konferenza u kemm kienet in-nefqa fuq kull mawra?

Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – rappreżentazzjoni minn persuna f’kariga pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f'liema okkażjonijiet u f'liema dati, f'Malta jew barra minn Malta, hija kienet rappreżentata mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Direttorju ta’ nisa professjonisti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tad-direttorju tan-nisa professjonisti mmexxi mill-NCPE li ħabbret lura f'Ġunju 2013? Il-Gvern kif biħsiebu juża dan id-direttorju biex isib nisa li jimmeritahom jinħatru f'pożizzjoni ta' deċiżjoni (minn grad 4 'l fuq)?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara sensiela ta' laqgħat u diskussjonijiet bejn il-MITA u l-NCPE, l-MITA qiegħda fi stadju li jibda’ l-proċess ta’ żvilupp ta’ software tad-Direttorju. Mat-tlestija ta’ dan is-software, l-NCPE se tniedi uffiċjalment kampanja pubbliċitarja li tinkludi l-użu ta’ reklami fuq gazzetti lokali, reklami fuq rivisti li huma relatati man-Negozju u Kummerċ, kif ukoll reklami fuq Social Media. Permezz ta’ din il-kampanja nisa professjonisti se jiġu inkoraġġuti sabiex ikunu parti minn dan id-Direttorju. Barra minn hekk, din il-kampanja għandha sservi biex tħeġġeġ lil min qed iħaddem sabiex jaħtar aktar membri nisa fuq bordijiet, kumitati, kummissjonijiet jew pożizzjonijiet oħra li jinvolvu t-teħid ta' deċiżjonijiet.

Proġett — Forms of Violence in Malta, A Gender Perspective

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett Forms of Violence in Malta - a gender perspective?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-diversi miri tal-proġett kważi lesti u oħrajn qegħdin fi stat avvanzat biex jitlestew. Meta l-istudji kollha jiġu ffinalizzati ikun ippublikat kollox skond kif ikun meħtieġ.
Leg 12 PQ #11020 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Biex inżomm mal-prassi li ddaħlet f’dan il-Parlament minn amministrazzjonijiet preċedenti dwar ġbir ta’ informazzjoni li għaliha ma’ tingħatax raġuni l-għala għandha tingħata, ma nara li hemm ebda skop li l-informazzjoni għandha tinġabar. L-Onor. Interpellanta tista’ tirreferi għal-mistoqsija parlamentari 26815 tas-6 ta’ Ġunju 2001 mgħotija mill-Prim Ministru ta’ dak in-nhar l-Onorevoli Eddie Fenech Adami.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġibet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 26812, 26813, 26814, 26815, 26816, 26817, 26818 u 26819 tal-Leġiżlatura IX. ( Informazzjoni Addizzjonali: Ara PL 3650 li tpoġġa f'Seduta 196, nhar l-Erbgħa, 5 ta' Novembru 2014 )
Leg 12 PQ #11022 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 26812, 26813, 26814, 26815, 26816, 26817, 26818 u 26819 tal-Leġislatura IX..