Segretarjat Parlamentari għall-ippjanar u simplifikazzjoni amministrattiva — karigi ta' nisa
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11009, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm irġiel fid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern u fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li huma grad 1, 2, 3 jew 4? Fir-rigward tal-bordijiet imsemmija, jista’ jgħid kemm minnhom huma mmexxija minn mara?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern hemm 4 irġiel li huma fi grad 1, 2, 3 jew 4 . M’hemm l-ebda Bord immexxi minn mara.Fl-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hemm 33 ragel fl-istess gradi msemmija u hemm Bord immexxi minn mara.
Nisa fil-gradi 1,2,3 u 4 fil-MEPA hemm mara fis-skala 1, mara fis-skala 2,mara fi skala 3 u seba nisa fi skala 4.Fid-Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern hemm mara fi skala 4. Hamsa minn dawn in-nisa gew maħtura mill-Gvern prezenti.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — safar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11023, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, tista’ l-Ministru twieġeb u tgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefret, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kienet akkumpanjata u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru magħha? Tista’ tgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (DALLI, HELENA)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza – Kummissarju/Direttur Eżekuttiv
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11026 u tgħid kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha żewġ rwoli fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE)? Kif jista' jkun li l-istess persuna hija Kummissarju u Direttur Eżekuttiv? Kemm qed titħallas biex tkun Kummissarju u kemm qed titħallas biex tkun Direttur Eżekuttiv?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li m’hemm xejn x’jiżdied mar-risposta parlamentari 11026.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — safar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11015, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. F’kull każ inħarġet sejħa għall-kwotazzjonijiet.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11014, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11005, peress li l-Ministru kien għaddieli l-informazzjoni dettaljata fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 10559, 10560 u 1051 fejn wera biċ-ċar li kien fehem tajjeb ferm għal liema pożizzjonijiet kont qed nirreferi, u peress li fir-risposti juru li hemm entitajiet fejn m’hemmx mara waħda f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni (Civil Aviation) filwaqt li postijiet oħrajn l-persentaġġ huwa baxx ħafna (10% fil- Malta Air Traffic Services, 20% fl-Air Malta, 21.43% fl-MTA, 31.84% fil-Ministeru għat-Turiżmu, 33.3% fl-ITS u 36% fil-MCC), jista’ allura jwieġeb mistoqsija parlamentari 11005 u jgħid x’tip ta’ inizjattivi se jieħu sabiex ineħħi l-iżbilanċ enormi li hemm bejn in-nisa u l-irġiel f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
F'konformità mal-miżuri li huma elenkati wkoll fil-baġit 2015, il-Gvern huwa mpenjat sabiex ma jkun hemm l-ebda differenza fil-kunsiderazzjoni ghall-impjiegi bejn nisa u rġiel. Il-Ministeru għat-Turiżmu huwa kommess sabiex jitnaqqsu l-ostakli u d-diskriminazzjoni sabiex tissaħħaħ il-politika favur il-familji u jtejjeb il-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol anke f’dan is-settur. Fost il-miżuri li l-Ministeru u l-entitajiet tiegħu iħaddnu nsibu Telework, reduced hours, flexi-time u sapport għal min irid ikompli jistudja jew jattendi taħriġ li għandu x’jaqsam mal-linja tax-xogħol, sabiex in-nisa jkunu jistgħu jaħdmu iktar ħinijiet flessibli filwaqt li jkomplu jikbru u javvanzaw fil-karriera. Ta’ min isemmi wkoll illi fl-Istitut għall-Istudji Turistici ġie mniedi eżerċizzju sabiex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet tal-ħaddiema inklużi dawkf’pożizzjoni għolja.
Il-politika tal-Ministeru hija waħda ċara, dik li ma ssir l-ebda distinzjoni bejn is-sessi meta ssir xi għazla għal xi promozzjoni. Il-pożizzjonijiet kollha, meta joħorgu sejħiet għall-applikazzjonijiet sabiex jimtlew postijiet vakanti, huma miftuħa u aċċessibli għal kulħadd.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11013, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta' min wieħed jinnota illi hija prassi stabbilita li jinġabru kwotazzjonijiet għall-kull titjira, iżda meta l-ammont jaqbeż is-sitt-elef ewro, tiġi mitluba l-awtorita' finanzjarja mingħand il-Ministeru tal-Finanzi.
Nixtieq inżid ukoll illi l-lukandi qatt ma jiġu bbukkjati minn aġenziji tal-ivjaġġar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – nisa u rġiel f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11006, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm irġiel f’dawn fl-istess gradi? Kemm hemm bordijiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru? Minħabba l-unika mara li nħatret minn dan il-Gvern u “mhux f’pożizzjoni ta’ Chairperson”, kemm hemm irġiel fuq dawn il-bordijiet?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-gradi 1, 2, 3, 4, b’kollox hemm disa u għoxrin (29) raġel. Il-gradi tagħhom huma:
· Grad 1 (0)
· Grad 2 (0)
· Grad 3 (26)
· Grad 4 (3)
Għal mistoqsija dwar kemm hemm bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jara r-risposta għal-Mistoqsija Parlamentari Nru 11395.
In-numru ta’ rġiel fuq dawn il-bordijiet huwa kif imnizzel hawn:
National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention
· Direttur (1)
·
Inspector
(0)
· Membru (2)
Council of Maltese Living Abroad/ Kunsill tal-Maltin li Jghixu Barra minn Malta
·
Chairperson
(1)
· Membru (12)
International Institute for the Ageing (INIA)
·
Chairperson
(1)
· Membru (5)
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — safar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11012, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mil-Onor. Interpellant.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11020, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari numru 11417.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — safar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11024, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima — safar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11019, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirringrazzja lill-Onor. Buttigieg talli tagħtni l-opportunita` nelenka s-safar li jien għamilt minn Marzu 2013 ‘l hawn.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli. Tabella B bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Buttigieg u Tabella A li turi lista ta’ 63 stedina għal safar biex nattendi konferenzi li jiena għażilt li nirrifjuta bħala Ministru minħabba raġunijiet ta’ finanzi pubbliċi.
Dan juri b’mod ċar x’baħar jaqsam hemm bejn l-allegazzjonijiet infondati u malinni li ġew ippubblikati fil-ġurnal in-Nazzjon din il-ġimgħa fejn ġie allegat li jien flimkien mad-delegazzjonijiet li mexxejt infaqna miljun ewro f’biljetti ta’ safar f’dawn l-aħħar 19 –il xahar.
Tajjeb li wieħed jinnota li spiża li żgur kellu jiffaċċja l-Ministeru bħala Ministeru sħiħ u mhux is-Segretarjat tiegħi mal-ewwel jum tagħna fil-Gvern, kienu l-kontijiet pendenti ta’ biljetti tal-ajru li ħalla warajh l-Onor. George Pullicino fil-Ministeru tiegħu, li skont l-informazzjoni li nġabret kienu jammontaw għal ċirka €170,000, liema spiża tħallset kollha f’dawn l-aħħar 19 –il xahar.
Kif tixhed il-kompożizzjoni tad-delegazzjonijiet li mexxejt jien, f’għadd ta’ każi kien hemm uffiċjali tal-MEPA, MRA u
Permanent Rep. Office
ta’ Brussell fejn l-ispejjeż kollha ġew imħallsa mill-Ministeru tiegħi.
Dan jikkontrasta bil-kbir ma’ dak li kien isir fl-imgħoddi fejn spiss kienu ntefqu spejjeż relatati ma’ safriet Ministerjali minn fuq il-MEPA barra li f’ċerti każi oħra bħal per eżempju fil-każ tal-Konferenza tal-Iżvilupp Sostenibbli li saret f’Rio de Janiero f’Ġunju tal-2012 fejn minn delegazzjoni ta’ 8 uffiċjali kien ħareġ ċar li l-
Malta Tourism Authority
(MTA) spiċċat ħallset il-fuq minn €12,000 għall-akkomodazzjoni tad-delegazzjoni mmexxija mill-ex Ministru Demarco għal konferenza ambjentali li ma kellha xejn x’taqsam mat-turiżmu.
Biex nikkonferma dan għandi f’idejja email li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tal-ex CEO tal-
Malta Tourism Authority
Josef Formosa Gauci, indirizzata lis-Segretarju Permanenti ta’ dak iż-żmien Peter Portelli (MTCE) – Tabella Ċ – fejn qallu li mhux sewwa li l-MTA għad għanda bilanċ kbir ta’ pagamenti x’tirkupra mill-Ministeru ta’ Dr. Demarco talli kellha tagħmel tajjeb għall-vjaġġi tal-Ministeru tiegħu.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — safar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11018, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull booking sar wara sejħa ta’ kwotazzjoni.
Ministeru għall-Inter u s-Sigurtà Nazzjonali — safar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11017, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — safar
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11016, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn mindu ngħatajt kariga Ministerjali jiena sifirt biss biex nattendi xogħol relatat mal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja (JHA) u tal-Kultura (ECYS) tal- Unjoni Ewropea. F’kull każ l-aġenzija li ntażlet kienet l-irħas waħda wara li ntalbu tliet kwotazzjonijiet kif inhi l-proċedura normali rigward is- sejħiet għall-kwotazzjonijiet .
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji.
(Ara kjarifika mogħtija mill-Ministru Owen Bonnici fis-Seduta 213 tal-1 ta’ Diċembru 2014)
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Segretarjat Privat – Customer Care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat Privat li huma inkarigati mill-Customer Care?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariatsli kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li qed jaħdmu fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea? Kemm minnhom bdew jaħdmu fir-Rappreżentanza wara April 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel l-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-laqgħat kummerċjali ma’ negozji jew investituri li saru minn kull Ambaxxatur jew High Commissioner li għandha Malta f’pajjiż ieħor? Jista’ jgħid x’kienu r-riżultati ta’ kull laqgħa u jekk b’riżultat tal-laqgħa ġiex investiment ġdid lejn pajjiżna?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onor. Interpellant tifhem li laqgħat ta' natura kummerċjali, huma fihom infushom laqgħat ta' natura kunfidenzjali.
L-Ambaxxaturi ta' Malta f'pajjiżi barranin ikollhom ħafna minn dawn il-laqgħat, li mhux bilfors kollha jwasslu għall-investiment jew żviluppi kummerċjali ma' pajjiżna.
Dawk il-laqgħat li juru li hemm potenzjal ta' nvestiment jiġu mgħoddija lil-Malta Enterprise.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu biex isolvi l-problema sejra tat-traffiku li nħolqot fin-Naxxar u l-madwar? X'qed isir fuq rotot alternattivi u l-kwalità tat-toroq li jinkludu n-Naxxar, Burmarrad, it-Tela t'Alla u Ommu, San Pawl tat-Tarġa, Birguma, Ħal Għargħur, Ibraġġ, Ħal Lija u l-Iklin?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li minħabba xogħlijiet li bħalissa qed isiru fi Triq il-Kosta ġewwa in-Naxxar u fi Triq il-Mosta ġewwa Ħal-Lija żdied it-traffiku fi Triq Burmarrad ġewwa Burmarrad, fit-Telgħa t’Alla w Ommu, f’San Pawl tat-Tarġa, fil-Bypass tal-Għargħur, fit-Triq tal-Balal ġewwa l-Ibraġġ u San Ġwann u f’Naxxar Road ġewwa Ħal-Lija u l- Iklin. Dawn it-toroq huma r-rotot alternattivi li qed jagħżlu s-sewwieqa li qed isegwu t-tabelli tal-immanniġġjar temporanju tat-traffiku ta’ dawn il-proġetti. F’parti minn Triq il-Kosta nstabu fdalijiet arkeoloġiċi u dawn qed jiġu ssorveljati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Dan jista jwassal biex ix-xogħol fuq il-proġett jieħu aktar żmien milli kien mistenni. Filwaqt li l-proġett ta’ Triq il-Mosta mistenni li jibda jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11023, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu, u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum, kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq safar normalment il-Ministru jkun akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti, iċ-Chief of Staff, is-Segretarju Privat, iċ-Chief Policy Officer u l-Advisors. L-aġenziji li ntużaw huma Airmalta, Hamilton Travel, Planit Travel, Tristar Travel u Vjaġġi Untours. Il-bookings saru wara sejħa għall-kwotazzjoni.