Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – single mothers jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single mothers li qed jirreġistraw fuq it-tieni parti tar-Reġistru għax-Xogħol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12941.

Statistika uffiċjali ta’ single mothers

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown minn statistika uffiċjali li juri li hemm 7,000 single mothers li bħalissa qegħdin jieħdu l-benefiċċji soċjali u dawn possibilment jistgħu jibdew jaħdmu? Jista' jispeċifika kull kategorija ta' benefiċċju soċjali li dawn qegħdin jirċievu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawn is-single mothers kollha jibbenefikaw u huma eliġibbli għall-istess benefiċċju, iġifieri għall-għajnuna soċjali. Il-possibilta' li dawn in-nisa jibdew jaħdmu tiddependi mill-motivazzjoni individwali ta' kull persuna. Permezz tal-miżuri tal-ewwel żewġ baġits, il-Gvern qed jinċentiva bil-kbir lil din il-kategorija ta' nies biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Single parents – benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-benefiċċji soċjali li huma intitolati li jirċievu s-single parents?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li single parents jistgħu jkunu ntitolati għal għajnuna soċjali għal single mother, għajnuna soċjali jew għajnuna soċjali tal-qagħad. Jistgħu wkoll japplikaw għall-Għajnuna Medika (SKA) jekk ibatu minn mard kroniku, Għajnuna tal-Ħalib (MG) jekk ikollhom trabi taħt 9 xhur u sintendi għall-Allowance tat-tfal. Barra minn dan jikkwalifikaw wkoll għall-Benefiċċju tal-Enerġija (EB) u għall-karta r-roża għal mediċini b’xejn.

Single parents – allowance tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single parents li qed jirċievu l-allowance tat-tfal u jiddependu fuq benefiċċji soċjali oħra bħala dħul tagħhom? Kemm minn dawn is-single parents huma single mothers u kemm hemm single fathers?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Single parents – allowance tat-tfal – aktar minn wild wieħed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single parents li għandhom iktar minn wild wieħed u jirċievu l-allowance tat-tfal? Jista' jagħti breakdown skont in-numru ta' wlied taħt is-sittax-il sena li għandhom dawn is-single parents?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Single parents – benefiċċju tal-qgħad

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single parents li qed jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad? Kemm minn dawn is-single parents huma single mothers u kemm hemm single fathers?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ single parents li qed jieħdu pagamenti tal-Benefiċċju Għal-Qagħad u Children’s Allowance f’isimhom huwa 10, minn dawn 5 huma nisa u 5 huma rġiel.

NCPE – sejħa għal kap eżekuttiv

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se toħroġ is-sejħa għal Kap Eżekuttiv (CEO) tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE)?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li peress li ser inkunu qed invaraw fix-xhur li ġejjin l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, ma ħassejniex li għandha toħroġ sejħa għal Kap Eżekuttiv ta’ Kummissjoni li ser tkun qed tinbidel f’Kummissjoni b’remit aktar wiesgħa. Huwa għalhekk li bħalissa ċ-Chairperson tal-Kummissjoni għal Promozzjoni tal-Ugwaljanza qegħda temporanjament tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv wkoll f’dan il-perjodu ta’ transizzjoni.

Proġett ta’ Human Rights Agency

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta’ aġenzija għad-drittijiet umani (human rights agency) li kien imwiegħed fl-aħħar budget?

Response (DALLI, HELENA)

Il-White Paper fuq it-twaqqif tal-Kummissjoni għad-Drittijiet Umani u l-Ugwaljanza se tkun varata fil-jiem li ġejjin.

Il-Belt Valletta — xenofobija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid b’mod tanġibbli x’qed isir biex il-Belt Valletta (u pajjiżna) ma tibqax fost l-aktar xenofobiċi fl-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, HELENA)

Miżura li tħabbret f’dan il-Baġit hi t-twaqqif ta’ Direttorat għall-Integrazzjoni, li se jkun inkarigat li jiżviluppa żewġ strateġiji nazzjonali, waħda li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem (u allura kontra l-xenofobija), u oħra li taħdem sabiex il-komunitajiet barranin f’Malta ikunu integrati fis-soċjetà.

Safar fuq xogħol minn persuna f’kariga pubblika

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11027 u tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il-darba siefret il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq xogħol barra minn pajjiżna? Fejn marret, min akkumpanjaha, f'liema kariga, għal-liema konferenza u kemm kienet in-nefqa għal kull safra?

Response (DALLI, HELENA)

Qed npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – rappreżentazzjoni minn persuna f’kariga pubblika

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11028 u tgħid f'liema okkażjonijiet u f'liema dati, f'Malta jew barra minn Malta, hija kienet irrappreżentata mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li m’hemm xejn aktar x’jiżdied mar-risposta parlamentari numru 11028.

Direttorju ta’ nisa professjonisti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11029, tista’ l-Ministru tgħid x’inizjattivi konkreti (minbarra l-imsemmi direttorju) se jkun qed jieħu dan il-Gvern, b’mod partikolari l-Ministeru tagħha, sabiex iħeġġeġ lil min qed iħaddem sabiex jaħtar aktar membri nisa fuq bordijiet, kumitati, kummissjonijiet jew pożizzjonijiet oħra li jinvolvu t-teħid ta’ deċiżjonijiet? Tista’ tgħid ukoll b’mod konkret x’qed tagħmel sabiex fil-ministeri u dipartimenti tal-gvern jinħatru aktar nisa fuq bordijiet, kummissjonijiet jew pożizzjonijiet oħra li jinvolvu t-teħid ta’ deċiżjonijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor Interpellanta li l-Gvern diġa’ ħa u qed ikompli jieħu miżuri konkreti dwar il-parteċipazzjoni ta’ aktar nisa’ fid-dinja tax-xoghol inkluz f’pozizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Aktar ma jkun hemm nisa fid-dinja tax-xoghol aktar se jkun hemm nisa li jkomplu bil-progression taghhom u jkunu f’pozizzjonijiet ta tehid tad-decizjonijiet. Meta dhalna fil-gvern biddilna l-posizzjoni uffiċjali ta’ pajji¿na fir-rigward tal-iskop tad-Direttiva proposta mill-Kummissjoni Ewropea sabiex kumpaniji reġistrati (listed companies) iżidu l-ammont ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Dan il-Gvern għaraf li miżuri obbligatorji għall-kumpaniji jħeġġu iktar azzjonijiet u miżuri sabiex aktar nisa jilħqu dawn il-pożizzjonijiet. Il-gvern precedenti kien qed joggezzjona ghal din il-proposta. Dan il-Gvern għaraf ukoll li jekk verament nemmnu fil-parteċipazzjoni tan-nisa’ f’posizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċizjoni, l-ewwel pass għandu jkun li aktar nisa’ jingħataw l-opportunita’ li jipparteċipaw f’edukazzjoni għolja, tharig u l-ħajja tax-xogħol. Dan il-Gvern qed jaħdem biex nergħu nagħtu r-ruħ lil Kummissjoni dwar l-Promozzjoni tal-Ugwaljanza li taħt Gvern Nazzjonalista spiccat f’Kummissjoni li tagħmel ir-rapporti minn fondi tal-Unjoni Ewropeja minghajr ma tinghata importanza lil policies ġodda li jwasslu għal titjib f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni dwar il-Promozzjoni tal-Ugwaljanza ser tinbidel fl-Kummissjoni għad-Drittijiet Umani u Ugwaljanza li ser tkun independenti mill-Gvern. Fl-istess waqt għal baġit tal-2015 diġa’ ġie imħabbar it-twaqqif ta’ Direttorat għal Integrazzjoni li l-għan prinċipali tiegħu ser ikun l-ugwaljanza u l-inklużjoni ta’ kull persuna kif ukoll titjib fid-drittijiet ċivili u parteċipazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum inkluz ix-xogħol, f’kull qasam u f’kull attivita’. L- eżempji konkreti ta’ mi¿uri favur l-parteċipazzjoni tan-nisa’ fil-ħajja tax-xogħol qeghdin ukoll fid-diskors tal-bagit ta din is-sena u għas-sena d-dieħla. .

Proġett ta’ Gender Balance in Decision Making

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11031 kif ukoll b’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10489 sa 10494, 10550 sa 10573, 10575, 10576, 10581 sa 10599, u 10687 sa 10689, u fid-dawl tal-fatt li kważi ebda membru tal-Kabinett ma kien kapaċi jwieġeb dawn il-mistoqsijiet għaliex ma fehmx il-kunċett ta’ gender balance in decision making, u fid-dawl li Malta niżlet 15-il post fil-Global Gender Gap Report 2014 u issa tinsab fid-99 post minn 142 pajjiż, tista’ l-Ministru tgħid x’qed tagħmel biex teduka aktar lill-membri tal-Kabinett dwar xi tfisser pożizzjoni ta’ deċiżjoni u x’se tagħmel biex il-gender gap ta’ pajjiżna titjieb?

Response (DALLI, HELENA)

Hija sfida biex indawru ħamsa u għoxrin sena ta’ staġnar fis-settur u kif żgur tifhem l-Onorevoli Interpellant, il-pożizzjoni ta’ Malta fil-Global Gender Gap Report 2014 ma tistax tinbidel sostanzjalment f’qasir żmien. Barra minn hekk, ir-rapport tal-2014 jinkludi aktar pajjiżi mis-snin ta’ qabel u dan il-fatt affettwa il-klassifikazzjoni kollha. Irridu ngħidu ukoll li pajjiżi li ġew ikklasifikati qabel Malta, bħaż-Żimbabwe, is-Senegal, il-Kenja u l-Uganda huma kkunsidrati fost l-agħar fid-dinja fejn tidħol inċidenza għolja tal-mutilazzjoni ġenitali femminili, rata tal-mortalità tat-tfal, żwieġ tat-tfal, rata ta’ stupri u lista ta' vjolazzjonijiet oħra tad-drittijiet tal-bniedem u tan-nisa speċjalment, li dan ir-rapport ma jieħux in kunsiderazzjoni meta jikklassifika l-pajjiżi. Nagħrfu li għad hemm xi jsir, speċjalment meta nitkellmu dwar ir-rappre¿entazzjoni politika u ekonomika tan-nisa, jiġifieri l- “gender balance in decision making ” imsemmija fil-PQ. Dan il-gvern huwa mpenjat li jsaħħaħ l-ugwaljanza fis-soċjetà tagħna u diġa implimenta għadd ta' miżuri li jindirizzaw din il-kwistjoni. Inqas minn sentejn ilu, il-ġenituri kellhom jagħżlu bejn li jistudjaw jew jaħdmu, u t-trobbija tat-tfal minħabba l-ħlas taċ- childcare ; u ttieħdet azzjoni limitata biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa: żewġ aspetti li jinfluwenzaw l- empowerment tan-nisa u għażliet oħra li n-nisa jagħmlu fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom f’pożizzjonijiet ta’ deċiżjoni u s-suq tax-xogħol. Konkretament, dan il-gvern qed joffri servizzi taċ-Childcare b’xejn għall-ġenituri kollha li jaħdmu u/jew jistudjaw, u breakfast clubs fl-iskejjel kollha jippermettu aktar għażliet lill-ġenituri li jaħdmu. Dan il-gvern intrabat għal aktar ħidma fil-qasam tal-vjolenza permezz tar-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul li tindirizza l-vjolenza bba¿ata fuq sess u/jew ġeneru ( gender-based violence ). Qiegħed ukoll titneħħa d-diskriminazzjoni u jiżdiedu l-opportunitajiet għan-nisa. Dawn huma miżuri u inizjattivi bl-iskop li jitnaqqas d-distakk bejn is-sessi u dawn diġà qed ikollhom effett posittiv kif jidher mill-istatistika riċenti tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar ir-rata ta’ nies li jaħdmu, li turi li r-rata ta' nisa b’impjieg full-time żdiedet b’5.8 fil-mija f’sena bejn Ġunju tal-2013 u Ġunju tal-2014. Dawn huma kollha deċiżjonijiet meħuda mill-Kabinet.

Ħaddiema impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi kemm ġew impjegati nies ġodda full-time u part-time separatament fl-2014 sal-aħħar ta’ Ottubru fil-Ministeru u s-Segretarjat tagħha kif ukoll f’dawn l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess Ministru: a. Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD); b. Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC); c. Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE); d. Kummissjoni għall-Għaqdiet Volontarji; e. Kunsill għas-Settur Volontarju; f. Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA); u g. Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-entitajiet msemmija fil-mistoqsija parlamentari dawn huma n-numru ta’ persuni li gew impjegati ħafna minnhom bħala replacement : Full-time Part-time MCESD MEUSAC NCPE NGOs VO OHSA Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta Xejn 4 6 Xejn 1 5 5 Xejn 1 0 Xejn 0 0 0

NCPE – mentoring programme

Question

Tista’ l-Ministru tgħid hemmx ħsieb li jibda l-mentoring programme tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) għan-nisa u tfajliet? Kien hemm sejħa għall-applikazzjonijiet f’dan ir-rigward? X’inhi r-raġuni li dan il-programm għadu ma bediex?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li s-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-Mentoring Programme kienet miftuħa bejn l-14 u t-28 ta’ Novembru. Wara sejħa, l-NCPE irċievet b’kollox 135 applikazzjoni għas-sejħa tal-mentors u 60 applikazzjoni għas-sejħa tal-mentees. Ir-raġuni għaliex għadu ma bediex il-Mentoring Programme hi minħabba dewmien fil-proċeduri ta’ procurement ta’ DT-NCPE/05/2014 – Provvediment ta’ Servizzi ta’ Taħriġ u Seminar għall-Proġett FSE3.196 – ‘Bilanċ bejn is-Sessi fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet’. Dan dovut għal fatt li wieħed mill-bidders appella d-deċi¿joni meħuda mill-Kumitat tal-Evalwazzjoni.

Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11007, 10553, 10554 u 10555 u jgħid kemm hemm nisa jaħdmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej li huma ta' grad 1, 2, 3 u 4? Kemm minn dawn inħatru mill-Gvern preżenti biex iwettaq il-wegħda li "dan se jkun Gvern femminista"? Kemm inħatru nisa fuq bordijiet minn Marzu 2013, u kemm minnhom huma chairpersons tal-istess bordijiet?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant tagħmel referenza għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11008.
Leg 12 PQ #12115 Sitting 215 2014-12-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11011, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Ninforma lill-Onor Interpellant li fuq impenji uffiċjali barra l-pajjiż inkun akkumpanjat minn membri tal-Kabinett, membri tal-Grupp Parlamentari tal-gvern, minn ufficjali tas-Segretarjat privat tiegħi u minn uffiċjali oħra tal-gvern. Kif weġibt f’mistoqsija parlamentari 12,281 f’numru ta’ okkażjonijiet kont akkumpanjat ukoll mill-mara tiegħi. Il-booking tat-titjiriet saru permezz tal-Air Malta, Brittania Travel, Hamilton Travel, Tristar Travel u Untours Travel. Fejn ikun japplika, l-akkomodazzjoni kienet offruta mingħajr hlas mill-gvernijiet tal-pajjizi li zort jew mill-organizzaturi tal-konferenzi etc, waqt li f’kazijiet ohra kienet identifikata b’koordinazzjoni bejn ir-rapprezentazzjonijiet diplomatici ta’ pajjizna, fil-pajjizi li zort u l-uffiċċju tieghi. Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet. DATA POST SKOP TAŻ-ŻJARA SPIŻA 2013 MARZU 14/15 BRUSSEL KUNSILL EWROPEW 5,914.00 MARZU 19 RUMA INAWGURAZZJONI TAL-PAPA FRANĠISKU 6,216.00 APRIL 23/25 PARIGI LAQGĦA MAL-PRESIDENT FRANCIZ 2,907.97 MEJJU 21/22 BRUSSEL KUNSILL EWROPEW 5,280.00 ĠUNJU 23 LIBJA LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU Spejjeż imħallsa mill-gvern Libjan ĠUNJU 24 RUMA UDJENZA MAL-PAPA FRANĠISKU 3,453.64 ĠUNJU 27/28 BRUSSEL KUNSILL EWROPEW 2,570.00 ĠUNJU 29/30 ZAGREB ĊERIMONJA DĦUL TAL-KROAZJA FL-UE 4,491.92 LULJU 3 BERLIN KONFERENZA DWAR L-IMPJIEGI ORGANIZZATA MILL-KANĊILLIER GERMANIZ 3,239.02 LULJU 15 RUMA LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU TALJAN 1,852.00 AWWISSU 5 LIBJA LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU LIBJAN Spejjeż imħallsa mill-gvern Libjan SETTEMBRU 3/4 UKRAJNA LAQGĦA MAL-PRESIDENT UKREN 4,116.00 SETTEMBRU 11/13 BEIJING & DALIAN LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU ĊINIŻ U DISKORS FID-DAVOS FORUM 12,595.44 SETTEMBRU 23/30 NEW YORK & OTTAWA ASSEMBLEA ĊENERALI TAL-ĠNUS MAGHQUDA U ŻJARA LILL-KOMUNITA MALTIJA 22,602.00 OTTUBRU 15/17 I¯RAEL & PALESTINA ŻJARA UFFIĊJALI 6,821.00 OTTUBRU 24/25 BRUSSEL KUNSILL EWROPEW 2,990.00 OTTUBRU 31 LONDRA THE MALTA INDIVIDUAL INVESTMENT PROGRAMME - A NEW CITIZENSHIP BY INVESTMENT OPTION IN EUROPE 756.00 NOVEMBRU 14/17 SRI LANKA PARTEĊIPAZZJONI FIC-CHOGM 11,710.00 NOVEMBRU 20/23 MIAMI 7th GLOBAL RESIDENCE & CITIZENSHIP CONFERENCE 8,840.00 NOVEMBRU 28/29 LITWANJA KUNSILL EWROPEW 6,350.00 DIĊEMBRU 10 AFRIKA T'ISFEL FUNERAL TAL-PRESIDENT NELSON MANDELA 10,511.00 DIĊEMBRU 19/20 BRUSSEL KUNSILL EWROPEW 4,762.00 2014 MARZU 6 BRUSSEL KUNSILL EWROPEW 10,364.00 MARZU 20/21 BRUSSEL KUNSILL EWROPEW 5,700.00 APRIL 2/3 BRUSSEL EU AFRICA SUMMIT 4,750.00 MEJJU 27 BRUSSEL LAQGĦA GHALL-PRIM MINISTRI U KAPIJIET TA' STATI TAL-UNJONI EWROPEA 5,700.00 ĠUNJU 21 PARIGI LAQGĦA GĦALL-PRIM MINISTRI EWROPEJ 1,869.96 ĠUNJU 26/27 BRUSSEL KUNSILL EWROPEW 5,485.00 LULJU 8/14 ĊINA LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU ĊINIŻ U FFIRMAR TA' MEMORANDUM OF UNDERSTANDING U DISKORS FL-ECO FORUM GLOBAL ANNUAL CONFERENCE 42,664.00 LULJU 16 BRUSSEL KUNSILL EWROPEW 7,125.00 LULJU 21/24 LONDRA & GLASGOW DISKORS FIL-LONDON SCHOOL OF ECONOMICS, DISKORS FIL-COMMONWEALTH BUSINESS CONFERENCE, DISKORS FL-ISMALL STATES CONFERENCE, FTUH TAL-COMMONWEALTH GAMES, LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU INGLIZ 3,703.83 AWWISSU 30 PARIĠI & BRUSSEL LAQGĦA GHALL-PRIM MINISTRI U KAPIJIET TA' STATI TAL-UNJONI EWROPEA U KUNSILL EWROPEW L-ispiza ghadha qed tkun finalizzata SETTEMBRU 9/11 NEW YORK THE GLOBAL CITIZENSHIP SEMINAR 10,695.00 SETTEMBRU 22/30 NEW YORK & SAN FRANCISCO ASSEMBLEA ĠENERALI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA U ŻJARA LILL-KOMUNITA MALTIJA 29,379.00 OTTUBRU 8 LONDRA & MILAN BREAKFAST SEMINAR MALTA INDIVIDUAL INVESTORS PROGRAMME F'LONDRA U KONFERENZA DWAR L-IMPJIEGI ORGANIZZATA MILL-PRIM MINISTRU TALJAN F'MILAN 33,780 ** OTTUBRU 16/17 MILAN ASIA-EUROPE MEETING L-ispiza għadha qed tkun finalizzata ** Intuza l- private jet biex il-Prim Ministru jkun jista jattendi għaż-żewġ impenji għaliex b'titjiriet kummerċjali dan ma kienx possibli.
Leg 12 PQ #12116 Sitting 215 2014-12-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11010, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u kif inhuma komposti? Jista’ jgħid ukoll mit-13-il mara li jsemmi, kemm huma fi grad 1, 2, 3 u 4? Kemm minnhom inħatru minn dan il-Gvern? Kemm hemm irġiel fl-istess gradi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba hija hawn annessa: Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku* Louis P Naudi, Saviour Fenech, Vincent Piccinino, Carmel Herrera, Franco Masini Awtorita tax-Xandir* Anthony J.Tabone, Nazzareno Borg, Peter Fenech, Alfred Mallia Milanes, Rose Sciberras Kummissjoni dwar l-Impjiegi* Michael Mallia, Grace Ann Cachia, Ramona Frendo, Michael Vella Haber, Alessia Zammit McKeon Kummissjoni Elettorali* Joseph Church, Mario Callus, Joseph Scicluna, Giovanni k/a Vanni Ganado, Saviour Sant, Paul Sammut, Raymond Zammit, Joe Zammit Maempel, Noel Cutajar; Kumitat Konsultattiv għal-Ħatriet Anzjani Mario Cutajar, Mark Musu, Joyce Dimech, Dott Vincent Cassar, Joseph Camilleri (sostitut) Fondazzjoni għaċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali Maltin Olivier Friggieri, Ray Mangion, Philip Farrugia Randon, Simone Mizzi, Lino Farrugia, John Zarb, Gianni Zammit, Andrea Cassar, Mario Farrugia Borg, Jason Busuttil, Lou Bondi, Albert Marshall Industrial Projects and Services Ltd Lawrence Mizzi, Paul Farrugia, Peter Paul Caruana, Vincent Cassar L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Vincent Cassar, Martin Camilleri, Elizabeth Ellul, Paul Apap Bologna, Victor Axiaq, Ryan Callus, Raymond Camilleri, Charlo Camilleri, Veronique Dalli, Timothy Gambin, Matthew Pace, Joseph M Sammut, Ivan Tabone, Alex Vella, Angela Zammit Environment and Planning Commission Elizabeth Ellul, Simon Saliba, Charles Grech, Mariello Spiteri, Martin Camilleri, Anna Maria Attard Montalto Anthony Camilleri, Aaron Abela Malta Environment and Planning Authority-UIF Committee Raymond Camilleri, Joseph Bezzina, Paul Farrugia, Lucien Stafrace Cultural Heritage Advisory Committee Denis Montebello, Yvonne Micallef Stafrace, Claude Mallia, Miriam Cremona, Joseph Zrinzo, Raymond Pitre, Carmel Hili Natural Heritage Advisory Committee Joseph David Camilleri, David Dandria, Graham Busuttil, Noel Camilleri, Norman Shaw, Jean Paul Attard, Reuben Abela Agricultural Advisory Committee Sylvio Farrugia, Charmaine Muscat, Sammy Vella, Charles Spiteri, Bjorn Callus, Malcolm Borg, Joe Gerada Environment and Planning Review Tribunal Simon Micallef Stafrace, Martin Saliba, Robert Sarsero, Chris Falzon, Jevon Vella, Ramon Rossignaud Joint Office Control Committee John Sciberras, Vincent Miceli Rent Compensation Board Joe Bugeja, Josef Agius, Charles Camilleri, Simone Mousu, Stefan Scotto, Duncan Mifsud, John Schembri, Christina Refalo, Margaret Falzon Government Property Department Tender Committee Raymond Camilleri, Stephen Rizzo, Samuel Formosa, Jacqueline Gili Oder of Merit Nominations Committee Mario Cutajar, Peter Grech, Joseph Filletti, Myriam Spiteri Debono, Mario Tabone Vassallo, Edwige Xuereb, Joseph Pace Axiak Internal Audit and Investigations Board Mario Cutajar, Alfred Camilleri, Joseph Falzon, Paulanne Mamo, Kenneth Farrugia St John’s Co-Cathedral Foundation Raymond Bondin, Wilfred Buttigieg, Philip Farrugia Randon National Lotteries Good Causes Fund Advisory Committee Mario Cutajar, Jonathan Cardona, Mark Farrugia Petition of Inheritance Tribunal Joseph Ellis, Domenic Cassar, Pierre Lofaro *maħtura taħt il-Kostituzzjoni Rigward nisa fil-gradi, hemm mara fis skala 1, tlieta fis-skala 2, tlieta fi skala 3 u sitta fi skala 4.Minn dawn seba minnhom , inħatru min dan il-Gvern.Irgiel fl-iskali 1,2,3 u 4 hemm hamsa u tletin.