Legislature:
Category:
Reset
Active:

Unjoni Ċivili – Għadd ta’ koppji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm koppji li daħlu f’unjoni ċivili minn mindu daħlet il-liġi sa meta titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li sal-lum, erbgħa u għoxrin (24) koppja daħlu f’unjoni ċivili. Tnejn u għoxrin (22) f’Malta u tnejn (2) f’Għawdex. Ma dawn wieħed irid iżid ħdax-il (11) koppja tal-istess sess li daħlet f’unjoni ċivili jew żwieġ barra minn Malta u issa irreġistraw l-unjoni jew żwieġ tagħhom f’pajjiżna skont il-proviżjonijiet tal-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili li jagħmlu dan possibbli. Ta’ min wieħed iżid li n-numru ta’ koppji tal-istess sess rikonoxxuti taħt dan l-Att jista’ jkun akbar mill-ħamsa u tletin (35) koppja li qed nirreferi għalihom għax żwieġ jew unjoni ċivili minn barra ma tirrikjedix reġistrazzjoni lokali sabiex tkun rikonoxxuta għall-finijiet ta’ din il-liġi. Qed nippreżenta il-figuri kif maqsumin f’Malta u Għawdex : Malta Għawdex A. Unjonijiet Ċivili Registrati f’Malta u Għawdex: (i) Koppji tal-istess sess 22 2 (ii) Koppji ta’ sess differenti 0 0 B. Unjonijiet Ċivili minn Barra Registrati f’Malta u Għawdex: (iii) Koppji tal-istess sess 5 0 (iv) Koppji ta’ sess differenti 0 0 C. Żwieġijiet ta’ Koppji tal-Istess Sess Reġistrati f’Malta 6 0

Unjoni Ċivili – koppji – applikazzjonijiet għal akkommodazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li koppji li daħlu f’unjoni ċivili ma jistgħux japplikaw għal housing u social housing għax il-liġi ma nbidlitx?

Response (DALLI, HELENA)

Kull dritt u kull obbligu li japplika għal koppja fi żwieġ japplika għal koppja f’unjoni ċivili sforż il-prinċipju tal-mutatis mutandis li jekwipara l-unjonijiet ċivili maż-żwieġijiet taħt Artiklu 4 tal-Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili. Dan il-prinċipju japplika wkoll meta l-liġi tirreferi għaż-żwieġ jew għar-raġel u l-mara (husband and wife), u għaldaqstant ukoll għall-housing u social housing. Nistieden lill-Onorevoli Interpellanta biex jekk taf b’xi każ fejn koppja f’unjoni ċivili ma kienitx trattata bl-istess mod li tkun trattata bih koppja miżżewġa tinfurmani sabiex nara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex dan jiġi rranġat.

Unjoni Ċivili – koppji – għajnuniet soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema minn dawn l-għajnuniet soċjali huma applikabbli għall-persuni f’unjoni ċivili: a. Pensjonijiet; b. Children’s allowance s ; u c. Pensjoni tar-romol?

Response (DALLI, HELENA)

Bħal każ tar-risposta parlamentari numru 12961, kull dritt u kull obbligu li japplika għal koppja fi żwieġ japplika għal koppja f’unjoni ċivili sforż il-prinċipju tal-mutatis mutandis li jekwipara l-unjonijiet ċivili maż-żwieġijiet taħt Artiklu 4 tal-Liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili. Fir-rigward ta’ din il-mistoqsija in partikolari, dak ifissier li koppja f’unjoni ċivili għandha dritt kemm għall-pensjoni, għaċ-children’s allowance u għall-pensjoni tar-romol skont kif applikabbli.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi –Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.

Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi – Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Chairman tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Director General Finance and Administration

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Director General Finance and Administration of Health fil-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kuntratt ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – xogħol minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar ix-xogħol li qed jagħmel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-individwu msemmi jipprovdi servizzi ta' Project Management u Engineering Consultancy fil-qasam tas-sahha fi hdan il-Ministeru tal-Energija u s-Sahha.

Aċċess minn individwugħal informazzjoni dwar proġetti fis-Settur tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jiddikjara li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hu involut f’entità privata (li d-dettalji dwarha wkoll qed jingħataw separatament) u li qed jingħata aċċess sħiħ għall-informazzjoni dwar proġetti fis-settur tas-saħħa, m’għandux konflitt ta’ interess u li l-Ministru jaf eżatt kif qed tintuża l-informazzjoni li qed tittieħed?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-kuntratt tal-imsemmi persuna jipprovdi ghall-kunfidenzjalita dwar l-informazzjoni accessata.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – rappreżentazzjoni minn persuna f’kariga pubblika

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11028 u tgħid f'liema okkażjonijiet u f'liema dati, f'Malta jew barra minn Malta, hija kienet irrappreżentata mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-persuna li qed tirreferi għaliha fil-mistoqsija parlamentari ssiefer fil-kapaċità tagħha bħala kummissarju u mhux biex tirrapprezenta lili.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Customer Care

Question

Tista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11083 u tgħid id-Dipartiment tal-Customer Care tal-Ministeru tagħha kemm kellu każijiet differenti ta’ persuni li fittxew l-għajnuna ta’ dan id-dipartiment minn April 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li kien hemm 27 każ differenti ta’ persuni li fittxew l-għajnuna ta’ dan id-dipartiment. L-każijiet kienu jittrattaw impiegi, impieg alternattiv, servizzi soċjali, housing u saħħa.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Dipartiment tal-Customer Care — ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-aktar għaxar ilmenti komuni li waslu fid-Dipartiment tal-Customer Care tal-Ministeru tagħha minn April 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-aktar għaxar ilmenti li waslu f’dan id-dipartiment kienu jittrattaw : Impieg alternattiv Impiegi Servizzi Soċjali Housing Saħħa Awtorità tal-Ippjanar Pensjonijiet Edukazzjoni Transfers Manutenzjoni fid-djar

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – mobile phones

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11068 u tgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa fuq dan is-servizz?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li hemm 7 persuni li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern b’nefqa globali bejn April 2013 u Ottubru 2014 tammonta għall- €12353.18.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – nefqa fuq mobile phones

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11068 u tgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq użu ta’ mobile telephones mill-Ministeru tagħha minn April 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta parlamentari 12947.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xiri ta' prodotti u servizzi

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11052 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order?

Response (DALLI, HELENA)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xiri ta' prodotti u servizzi

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11052 u tgħid, minn April 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija, lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li kif kien jigri taħt l-amministrazzjonijiet kollha preċedenti fl-aħħar snin, is-Segretarjat privat jagħmel xiri ta’ servizzi u prodotti biex ikun jista’ jsostni l-operat tiegħu ta’ kuljum. Fl-akkwist ta’ dawn is-servizzi u prodotti jkunu segwiti l-proceduri finanzjarji tal-gvern. Għal dak li huwa operat ta’ kuljum tas-Segretarjat privat, fl-aħħar 20 xahar, l-ispiża medja fix-xahar kienet ta’ €2051.29 Għal dawk li huma direct orders ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li dawn jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern minn żmien għal żmien.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – single fathers jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single fathers li qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-Reġistru għax-Xogħol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma tiġborx din it-tip ta' informazzjoni.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – single mothers jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single mothers li qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-Reġistru għax-Xogħol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma tiġborx tali informazzjoni. Iżjed minn hekk, single mothers li huma fuq il-benefiċċji mhumiex obbligati li jirreġistraw.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – single fathers jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm single fathers li qed jirreġistraw fuq it-tieni parti tar-Reġistru għax-Xogħol tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12940.