Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-għan tal-aħħar żjara li għamel il-Ministru fiċ-Ċina li skont il-gazzetta China Daily (9 ta’ Jannar 2015) kienet marbuta mat-trattament ta’ fertilità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħa saret wara stedina mill-Gvern Provinċjali ta’ Jiangsu. Fil-laqgħa, li saret mal-għola tmexxija tas-saħħa, ġie diskuss kif jista’ jiġi żviluppat iċ-Ċentru Mediku Ċiniż ġewwa Kordin, inkluż servizz ta’ rehabilitation.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-Saħħa ma kienx parti mid-delegazzjoni li żaret iċ-Ċina u li kienet irrappurtata fil-gazzetta Ċiniża China Daily (9 ta’ Jannar 2015)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impenji jinqasmu bejn il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari.
Ministeru għall-Finanzi – mobile phones mħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 8 persuni fil-Segretarjat tal-Ministeru għall-Finanzi ill jagħmlu użu minn mobile telephone imħallas mill-Gvern. In-nefqa globali minn April 2013 s’issa kienet ta €7928.83, li hi ekwivalenti għal madwar €65 fix-xahar għal kull persuna.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – involviment fuq proġett
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-involviment fuq proġett ġewwa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex jew fuq proġetti oħra dwar is-saħħa f’Għawdex, tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala advisor tal-Ministru?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għal persuna jew għal xi kumpanija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12959 u jagħti informazzjoni dwar il-ħlasijiet kollha li saru minn April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq bażi individwali u/jew fuq il-kumpanija/i li fiha hu involut?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12954 jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq bażi individwali u/jew fuq il-kumpanija/i fejn hu involut?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-mistoqsija tirreferi għal żewġ persuni differenti. Nitlob l-Onor. Interpellant tikjarifika għal liema persuna qed tirreferi.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Director General Finance and Administration
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12953 u jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Director General Finance and Administration of Health fil-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12952 u jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament bħala Chairman tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi c-Chairman tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi għandu onorarja ta’ €18,000 fis-sena. Bħala perkaċċi għandu l-istess bħac-Chairmen li servew qablu bid-differenza li mhuwiex jagħmel użu mill-karozza u x-xufier.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inħadmet iċ-ċifra ta’ €30 li bdiet tingħata bħala voucher biex pazjenti jixtru prodotti gluten free? Jista’ jgħid jekk jafx li ħobża waħda gluten free tqum €5?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ic-cifra hija bbazata fuq Daily Calorific requirements. Meta din kienet qed tigi ikkalkulata il-Gvern Malti ha il-Baseline tar-Renju Unit u zieda b 150 %.
Pensjonanti u dak li jwalifikaw ghal-karta roza huma intitolati ghal Euro 50 fix- xahar.
Vouchers għal prodotti gluten free – ħwienet fl-iskema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet li aċċettaw li jkunu fl-iskema tal-vouchers tal-prodotti gluten free?
Response (MIZZI, KONRAD)
Għal matul ix-xahra ta’ Frar in-numru ta’ stabbilimenti li ser ikunu qed jipparteċipaw fis-Coeliac Products Voucher Scheme huma 34. Minn dawk li applikaw hemm ukoll stabbelimenti li ghandhom aktar minn outlet wiehed. Dan in-numru mistenni jiżdied hekk kif tgħalaq it-tieni Sejħa għall-Partiċipazzjoni li ġiet ippubblika fil-jiem li għaddew minħabba li kien hemm numru ta’ stabbilimenti li ma laħqux japplikaw fl-ewwel Sejħa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li staff mediku rabat (bil-lożor mas-siġġu jew mas-sodda) pazjenti bid-Dimensja li kienu għall-kura fl-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-istaff tal-Isptar Mater Dei jimxi ma gwidi li jiehdu hsieb li jiprotegu pazjenti b'dimensja u mard simili, liema gwiedi gew ippublikati l-ewwel darba fl-2011.
Emergency Ambulance Team Leader – sejħa għall-applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabżet milli tieħu l-pożizzjoni ta’ Emergency Ambulance Team Leader fis-sejħa tal-4 ta’ Lulju 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ma inqabzet l-ebda persuna milli tiehu l-pozizzjoni ta' emergency ambulance team leader fis-sejha tal-4 ta Lulju 2014. Fil-fatt, ir-rakkomandazzjoni saret skond l-ordni ta' merti tar-rizultati ippublikat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew kuntratti li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq bażi individwali u/jew fuq il-kumpanija/i li fiha hu involut?
Response (MIZZI, KONRAD)
Dan il-kuntratt huwa kummerċjalment sensittiv u għaldaqstant informazzjoni ma tistax tiġi żvelata sakemm l-individwu kkoncernat ma jagħtiex il-kunses tiegħu għall-iżvelar.
Jista’ l-Ministru jgħid kif sar l-ingaġġ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jiġifieri jekk saritx sejħa pubblika jew b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-proċedura nnegozjata saret mingħajr avviż ta’ pubblikazjoni minn qabel, kif awtorizzat mill-Ministeru għall-Finanzi skont ir-regolamenti dwar l-Akkwisti Pubbliċi, Avviz legali 296 tal-2010, klawsola 60.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-ħlasijiet kollha li saru minn April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq bażi individwali u/jew fuq il-kumpanija/i li fiha hu involuta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.