B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12526 fejn intqal li 17-il omm ta’ aktar minn 43 sena kellhom tarbija kull sena fl-aħħar tliet snin, jista’ l-Ministru jgħid għaliex in-nisa ta’ 43 sena ma jistgħux jagħmlu trattament tal-IVF meta r-riżultati tad-demm juru li dawn għandhom ċans tajjeb li joħorġu tqal?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi ghat-twegiba ta’ PQ 12222
Trattamenti tal-IVF — Rifjut minħabba l-età tal-mara
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa li applikaw biex jagħmlu l-IVF u ġew miċħuda mill-Embryo Protection Authority minħabba li għalqu l-età ta’ 43 sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 3 applikazzjonijiet ta' eta' 43-il sena u fuqha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux każ ta’ inġustizzja meta dawn in-nisa jista’ jkun li għandhom bżonn l-għajnuna biex joħorgu tqal minħabba problemi mhux konnessi mal-età, pereżempju problemi min-naħa tal-partner?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-onorevoli interpellant tispicifika liema nisa qed tirefferi ghalihom.
F’każ li l-Gvern iħoss li m’għandux jgħin lil nisa li għalqu 43 sena biex jagħmlu t-trattament tal-IVF fl-isptar tal-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux jitħallew jagħmlu dan fil-privat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-etá massima hija stabbilitá fil-Protocol maħruġ mill-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijun u tapplika kemm għal servizz pubbliku u dak privat.
Sptar Mater Dei — Pazjenti fil-kurituri tal-livell -1
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm konsulenti u tobba li qed jirrifjutaw li pazjenti taħt il-kura tagħhom jitpoġġew fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ma jirrizultax li hemm xi tobba jew konsulenti li rrifjutaw jaghtu kura lil xi pazjent f’kwalukwe parti tal-isptar.
Jista’ l-Ministru jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm daħlu nies għall-kura fl-Isptar Mater Dei (admissions)? Jista’ jqabbel dawn l-admissions mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?
Jista’ l-Ministru jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew rilaxxati pazjenti mill-Isptar Mater Dei (discharges)? Jista’ jqabbel dawn id-discharges mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew rilaxxati pazjenti li reġgħu ġew admitted fl-Isptar Mater Dei fi żmien ġimgħa? Jista’ jqabbel dawn ir-re-admissions mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?
Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza – ħinijiet ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kien l-average waiting time fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jqabbel dawn il-figuri mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kien l-average bed hours tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jqabbel dawn il-figuri mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?
Sptar Mater Dei — Pazjenti fil-kurituri tal-livell -1 – Każi ta’ mwiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm mietu pazjenti li kienu qed jieħdu kura fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty? Jista’ jgħid ukoll x’kienet il-kawża tal-mewt f’kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mill-PAS, CPAS u death certificates n-numru ta’ pazjenti li mietu li kienu qed jieħdu kura fil-kurituri tal-livell -1 fi¿-¿ona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty jinsab fit-tabella hawn taħt.
No of Patients Deceased
Nov-140
Dec-140
Jan-152
Skond iċ-ċertifikati tal-mewt, il-kaw¿a tal-mewt kienet ‘Acute Myocardial Infarct’ għal pazjent wieħed u ‘Chest Infection/Pulmonary Fibrosis’ għal pazjent l-ieħor.
Sptar Mater Dei — Pazjenti fil-kurituri tal-livell -1–Kondizzjoni medika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kienu l-kundizzjonijiet tal-pazjenti li kienu qed jiġu kkurati fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema CPAS ir-raġunijiet l-aktar kommuni għaliex iddaħħlu l-Isptar Mater Dei dawk il-pazjenti li ġew ikkurati fl-areas msemmija jidhru fit-tabella hawn taħt. Wieħed għandu jkun mgħarraf li din hija l-Presenting Complaint u tista’ titbiddel sa meta l-pazjent jkun rilaxxat fejn tkun saret dijanjosi għall-kundizzjoni li daħal bija.
Source: CPAS, MDH
Presenting Complaint
Percentage of Total Admissions to MAU Extension 1 and Paediatric Corridor in the period: Nov ’14 to Jan ’15 (%)
Chest Pain
30.3
Abdominal/ Epigastric/Colicky Pain
12.1
Syncope/Presyncope/Fainting episode
6.8
Shortness of breath/Cough/Respiratory problems
6.6
Chest Infection/ Bronchitis/Pneumonia
3.3
Congestive heart failure
2.9
Gastritis/Vomiting
2.0
Falls/ Recurrent Falls
1.8
Asthma/ Exacerbation of asthma
1.8
Alcohol Intoxication
1.6
Deranged blood investigation results
1.6
Palpitations/Arrhythmia/Atrial fibrillation
1.2
Confusion
1.2
Hyperglycaemia
1.2
Sptar Mater Dei — Sodod fil-kurituri tal-livell -1
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, jekk is-sodod fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty għandhomx (1) fixed oxygen point (2) fixed suction point (3) numru ċar u viżibli (4) emergency button?
Response (MIZZI, KONRAD)
Is-sodod fl-ispazji riferuti mill-Onor.Interpellanta jintuzaw ghal skop temporanju u ghalhekk huma pprovduti minn ossignu u suction portabbli. Dawn is-sodod ikunu mmarkati b’mod normali. Il-procedura ta’ emergenza (CPR) litintuza f’dawn is-sodod hija l-istess bhalma jigri fi swali ohra tal-isptar Mater Dei
Sptar Mater Dei — CPR trolley fil-kurituri tal-livell -1
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il darba ssejjaħ is-CPR trolley fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13553 u jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew ikkurati fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei, minn Novembru 2014 sa Jannar 2015, xahar b’xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha se tinghata f’seduta ohra.
Sptar Mater Dei — pazjenti fil-kurituri tal-livell -1
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta (data eżatta) bdew jitpoġġew pazjenti fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty?
Response (MIZZI, KONRAD)
Jien infurmat illi ghall-iskop li qed tirreferi ghalih l-Onorevoli Interpellanta, il-Paediatric Corridor beda jintuza fil-5 ta’ Novembru 2011. Area 2 bdiet tintuza mit-3 ta’ Mejju 2009 waqt li l-estensjoni tal-MAU1 bdiet tintuza ghal dan l-iskop mit-2 ta’ Novembru 2014.
Dawn l-areas kollha msemmija hawn fuq huma fil-livell -1 tal-isptar.
Jista’ l-Ministru jgħid min kien parti mid-delegazzjoni li żaret iċ-Ċina u li kienet irrappurtata fil-gazzetta Ċiniża China Daily (9 ta’ Jannar 2015)? X’kien ir-rwol ta’ kull rappreżentant tad-delegazzjoni Maltija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħat f’ Nanjing ġew organiżżati minn Sai Mizzi Liang, mill-Konsolat Ġenerali ta’ Malta f’Shanghai, u d-dati tal-laqgħat ġew ikkordinati ma’ laqgħat oħra li l-Ministru kellu f’Shanghai.
Il-provinċja ta’ Jiangsu ilha għal ħafna snin tipprovdi servizzi ta’ mediċina ċiniża permezz ta’ Ċentru f’Kordin.
Saret laqgħa mad-Direttur Generali, id-Deputat Direttur Ġenerali, u mad-Diretturi tal-provinċja u mat-team mediku ġdid li ġej Malta din is-sena.
Saru wkoll laqgħat mal-Universita’ ta’ Nanjing ta’ Mediċina Ċiniża, Jiangsu Province Hospital of Traditional Chinese Medicine and Nanjing Drum Tower Hospital.
Din iż-żjara ġiet ospitata minn Jiangsu Province .
Din il-ġimgħa delegazzjoni minn Jiangsu ġiet Malta u kellha laqgħa mal-Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx parti mid-delegazzjoni li żaret iċ-Ċina u li kienet irrappurtata fil-gazzetta China Daily (9 ta’ Jannar 2015)? Jekk iva, x’kienet il-funzjoni tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmja ma kinitx parti mill-ismemmija żjara.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12951 u jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-pakkett finanzjarju tal-Kap Eżekuttiv huwa ta’ €57,000.