Legislature:
Category:
Reset
Active:

Cochlear implants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li minħabba li l-Cochlear implant parts huma out of stock hemm pazjenti li saru totalment dipendenti għax tilfu s-smiegħ tagħhom kompletament? Jaf li wħud minn dawn il-pazjenti ma jistgħux imorru l-iskola u oħrajn ma jistgħux imorru għax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob L-Onorevoli Interpellant tirefferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 13966

Mediċina Coversyl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-pilloli tal-pressjoni Coversyl mhux qed jingħataw permezz tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek? Jista’ jassigura li l-Perindopril mhijiex mediċina inferjuri għall-Coversyl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Perindopril hija l-forma ġenerika tal-Coversyl u ghalhekk hija l istess medicina.

Sptar Sir Paul Boffa – road map

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Sir Paul Boffa kienx parti mir-road map għas-saħħa qabel l-elezzjoni ġenerali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Parti mill-road map tal-Gvern prezenti hi illi jindirizza l-problema tan-nuqqas ta' sodod li holoq u halla warah gvern Nazzjonalista. Dan qieghed naghmluh billi nibnu facilitajiet godda u billi nuzaw bl-ahjar mod il-facilitajiet ezistenti.

Sptar Sir Paul Boffa — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ servizzi se jkun qed joffri l-Isptar Sir Paul Boffa sal-aħħar ta’ din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-Gvern qieghed f'diskussjoni mal-istakeholders varji sabiex jiddiskuti maghhom il-pjanijiet tieghu ghall-ahjar uzu tal-Isptar Sir Paul Boffa.

Sptar Sir Paul Boffa – operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jibdew isiru operazzjonijiet fl-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor interpellant illi fil-Isptar Sir Paul Boffa ilhom isiru operazzjonijiet mid-Dipartiment tad-dermatologija ghal ghexieren ta' snin.

Public Private Partnership– arranġamenti dwar servizzi tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il arranġament fuq bażi ta’ Public Private Partnership għandu bħalissa l-Gvern ma’ kumpaniji li joffru servizz ta’ high, medium u low dependency?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal-liema servizzi qed tirreferi għalihom.

Public Private Partnership – arranġamenti dwar tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ kumpaniji li magħhom għandu arranġament fuq bażi ta’ Public Private Partnership u jispeċifika għal liema servizzi saru dawn l-arranġamenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u ghalhekk tinghata f'seduta ohra.

Cochlear Implants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li ma jistgħux jużaw il-cochlear implant tagħhom għaliex hemm parts li huma out of stock?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 13966

Cochlear Implants

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ordni tal-parts tal-cochlear implants saret fil-ħin imma l-approvazzjoni weħlet minħabba burokrazija żejda u/jew nuqqas ta’ effiċjenza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 13966.

Trattament tal-IVF — Nisa tal-età ta' 43 sena

Question

Peress li min għandu l-flus jista’ jmur barra u jingħata t-trattament, jikkonferma l-Ministru li d-deċiżjoni li koppji fejn il-mara tkun għalqet it-43 sena ma jiġux megħjuna biex jagħmlu t-trattament tal-IVF fl-isptar tal-Gvern tmur kontra d-dritt ta’ dawn il-koppji li u jixtiequ l-ulied?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa’ ngħatat tweġiba f'dan ir-rigward f'mistoqsija parlamentari 12222 .

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet imħassra

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-weekend bejn il-31 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar 2015, fl-Isptar Mater Dei tħassru numru ta’ operazzjonijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi fil-weekend imsemmmi kien hemm 7 operazzjonijiet minn 188 li ma sarux. Ir-ragunijiet kienu varji.

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet mħassra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ operazzjonijiet li tħassru fil-weekend bejn il-31 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar 2015 fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi ghat-twegiba ta’ PQ 13960

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet mħassra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li tħassru operazzjonijiet fil-weekend bejn il-31 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar 2015 fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi ghat-twegiba ta’ PQ 13960

Sptar Mater Dei – pazjenti għall-kura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, jum b’jum, kemm kien in-numru ta’ pazjenti li kienu għall-kura fl-Isptar Mater Dei imma li fil-fatt jeħtieġu kura f’nursing homes jew post ta’ riabilitazzjoni u mhux kura akuta?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ghada qed tingabar.

Sptar Mater Dei — Pazjenti trasferiti għal istituzzjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il pazjent ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei lejn: (1) L-Isptar San Vinċenz; (2) L-Isptar Karin Grech; (3) Djar tal-anzjani tal-Gvern; (4) Djar tal-anzjani Privati;(5) Oħrajn u fejn? Jista’ jqabbel dawn l-istess figuri mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Director General Finance and Administration

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12953 u 13563 u jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament bħala Director General Finance and Administration of Health fil-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li ismu jidher hawn fuq, u li gie appuntat fi Frar 2014, iħaddan il-pożizzjoni ta’ Chief Finance and Adminsitration Officer u għalhekk l-pakkett finanzjarju tiegħu huwa ta’ € 75,000. L-individwu li għalih qed jirreferi l-Onorevoli interpellant, għandu esperjenza estinsiva fil-qasam finanzjarju, b’27 sena ġol-Maltacom u GO plc u 8 snin minnhom bħala Group Finance Director. Huwa Membru taċ-Chartered Association of Certified Accountants (ACCA), għandu Warrant bħala Certified Public Accountant (CPA); Membru tal-Malta Institute of Accountants; Awditur (CPAA) u Fellow of the Chartered Association of Certified Accountants (FCCA).