Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Paediatric Day Care

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-pazjenti għall-kura fil-Paediatric Day Care fl-Isptar Mater Dei mill-1 ta’ Frar 2015 sakemm tiġi mwieġba din il-msitoqsija, tpoġġew fil-play area?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-pazjenti huma kkurati fi kmamar mgħammra bl-apparat mediku neċessarju kollu.

Sptar Mater Dei – Paediatric Day Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kundizzjonijiet kellhom il-pazjenti li tpoġġew għall-kura fil-Paediatric Day Care fl-Isptar Mater Dei mill-1 ta’ Frar 2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni hi kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt: Presenting Complaint Percentage of Total Admissions to PWDC in the period: 1st Feb to 18th Feb 2015 (%) Respiratory 38 Angina 24 TIA/syncope 18 CHF 6 Others 15

Sptar Mater Dei –Medical Assessment Unit

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar min rebaħ it-tender għall-bini tal-Medical Assessment Unit fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tender għall-bini tal-Medical Assessment Unit fil-Isptar Mater Dei intrebaħ minn Joint Venture magħmula minn Attard Bros u Mekanika.

Sptar Mater Dei –Medical Assessment Unit

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-kuntratturi kollha li qegħdin jaħdmu fuq il-proġett tal-Medical Assessment Unit fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 13988

Sptar Mater Dei — Medical Assessment Unit – tibdil fil-proġett

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar it-tibdil li kien hemm fil-proġett tal-Medical Assessment Unit minn dak kif kien oriġinarjament approvat mill-Planning and Priorities Co-ordination Division (PPCD)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-binja kellha tiġi rilokata minħabba li l-konkrit li sar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien dgħajjef

Sptar Mater Dei — Medical Assessment unit

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar xi diffikultajiet li jista’ jkun hemm fil-kuntratt tal-Medical Assessment Unit? Jista’ jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kuntratti qattx kien infurmat dwar problemi fuq dan il-kuntratt?

Response (MIZZI, KONRAD)

M’hemm l-ebda diffikultajiet attwali mad-Dipartiment tal-Kuntratti fuq dan il-proġett.

Sptar Mater Dei — Medical Assessment Unit

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-involviment tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-proġett tal-Medical Assessment Unit?

Response (MIZZI, KONRAD)

L- individwu huwa nvolut bhala Project Management u Engineering Consultancy services Advisor fil- Ministeru tas-Sahha u L-Energija

Sptar Mater Dei – Medical Assessment Unit – fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li m’hemm l-ebda problema mal-Planning and Priorities Co-ordination Division (PPCD) dwar fondi Ewropej allokati għall-proġett tal-Medical Assessment Unit minħabba t-tibdil li sar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn il-PPCD, FMS, Dipartiment tal-Kuntratti u d-Dipartiment tas-Saħħa.

Ċentru tal-Onkoloġija –linear accelerators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija jew instituzzjoni ġiet ingaġġata sabiex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-istituzzjoni hija l- “Leeds Teaching Hospitals NHS Trust”.

Ċentru tal-Onkoloġija –linear accelerators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża totali li se titħallas il-kumpanija jew instituzzjoni li ġiet ingaġġata sabiex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ammont totali li jrid jithallas lil “Leeds Teaching Hospitals NHS Trust”, li hija l-istituzzjoni ingaggata biex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, huwa ta’ €873,894.00.

Ċentru tal-Onkoloġija –linear accelerators

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar mal-kumpanija jew instituzzjoni li ġiet ingaġġata sabiex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjali.

Safar ta’ uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-natura ta’ safar li sar bejn Ġunju 2014 u Jannar 2015 minn persuni, flimkien jew separatament, li d-dettlaji dwarhom qed jingħataw separatament, bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, kif ukoll bħala advisors tal-Ministru?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-onorevoli Interpellant illi l-ivjaġġar sar b'rabta mas-site survey li qed isir wara li nstab li kien hemm concrete f'ċertu kolonni li kien ta' kwalita' inferjuri.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi –vettura wżata mill-Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jispjega l-proċess li ntuża sabiex tiġi leased vettura Range Rover Evoque għall-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jista’ jgħid kemm hija l-ispiża li qed titħallas għal din il-vettura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess li ntuża kien skont ir-regoli tal-procurement tal-Gvern. L-ispiża hi kumparabli ma tas-CEO ta’ qablu.

Sptar Mater Dei –Medical Assessment Unit

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fejn wasal il-proġett tal-Medical Assessment Unit fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Plan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ix-xogħol miexi fuq ritmu tajjeb u kif pjanat. Diġà sar ix-xogħol ta’ tħammil, bini ta’ pedamenti u bini ta' kolonni.

Sptar Sir Paul Boffa – proġett ta’ refurbishment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett ta’ refurbishment tal-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13973

Sptar Sir Paul Boffa – nefqa fuq refurbishment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun in-nefqa kapitali biex isir ir-refurbishment tal-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 13973

Sptar Sir Paul Boffa – nefqa fuq tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun in-nefqa rikkorenti tat-tmexxija tal-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 13973

Sptar Mater Dei – discharge policy

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-discharge policy li qed tintuża bħalissa fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti jiġu discharged ladarba l-Konsulent jara li jkunu f’kundizzjoni li jiġu discharged.

Pazjenti discharged

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija jum b’jum, kemm kien in-numru ta’ pazjenti li ġew discharged fi tmiem il-ġimgħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghar-risposta li inghatat f'mistoqsija parlamentari 13768