Peress li fil-bidu ta’ Diċembru 2014 l-awtoritajiet tas-saħħa Amerikani avżaw li t-tilqima kontra l-influwenza ta’ din is-sena ma ħadmitx daqs kemm kien mistenni fuq livell internazzjonali u peress li fil-bidu ta’ Frar 2015 l-awtoritajiet fir-Renju Unit iddikjaraw li f’pajjiżhom it-tilqima kienet effettiva biss fuq madwar 3% ta’ min ħadha, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kienet effettiva f’Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) fil-mid season risk assessment tiegħi dwar l-influenza fl-emisfera tat-tramuntana jikkalkola li madwar 60% tal-virus Tal-influenza prevalenti din is-sena huwa l-A(H3N2). Billi l-istess ECDC sabet evidenza ta' mismatch bejn il-vaċċin ta' din is-sena u l-A(H3N2) qiegħed ikun kalolat illi l-vaccine huwa effettiv f'inqas minn 25%.
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar jaf (ġurnata, xahar u sena) li t-tilqima kontra l-influwenza ma kenitx effettiva (fuq livell internazzjonali) daqs kemm kien mistenni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ewwel indikazzjonijiet li l-vaċċin ma kienx effettiv daqs kemm mixtieq fl-emisfera tat-tramuntana hargu f’Diċembru 2014 miċ-Centre For Disease Control, fl-Istati Uniti. Fl-Ewropa l-aħbar ħareġ uffiċjalment mill-European Centre for Disease Control fl-aħħar ta’ Jannar 2015.
Tilqima kontra l-Influwenza – nuqqas ta’ effettività
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin kellhom ħjiel sa minn Ġunju 2014 li t-tilqima kontra l-influwenza ta’ din is-sena ma kenitx se taħdem fuq livell internazzjonali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 14337.
Jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu ladarba l-Gvern sar jaf li t-tilqima kontra l-influwenza ma kenitx effettiva daqs kemm mistenni fuq livell internazzjonali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li saru bosta kampanji edukattivi fil-media, kemm fuq it-television u r-radju, kif ukoll permezz ta’ flyers u adverts ffukati sabiex jaghtu taghrif fuq mizuri ta’ prevenzzjoni.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13213, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx appuntamenti għall-2017? Kemm hemm u f’liema dipartimenti huma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar.
Minħabba li l-informazzjoni mitluba hija parti mill-leġiżlazzjoni ta’ pajjiżna, jista’ l-Ministru jgħidilna meta se jkun f’pożizzjoni li jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13211, 12331 u 8274 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-reġistru li fih jinkludi l-benefiċċji, servizzi, interventi u t-trattamenti kollha pprovduti mis-sistema pubblika tas-saħħa, u l-ispiża u/jew it-tariffi ma’ kull tali benefiċċju, servizz, intervent u trattament, hekk kif ipprovdut fl-Att dwar is-Saħħa (Kap.528)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghal-mistoqsija parlamentari 13211
Jista’ l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, liema mediċini kienu out of stock mill-Isptar Mater Dei? Kemm-il ġurnata damet out of stock kull mediċina msemmija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-onorevoli interpellant li fil-prezent 12-il medicina jinsabu out of stock. Fosthom hemm medicina li bhalissa mhux disponnibli fuq livell internazzjonali. Ta min isemmi li fil-passat kien hemm istanzi fejn l-ammont ta’ medicini out of stock f’Mater Dei kien jaqbez il-mitejn.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13205, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun f’pożizzjoni li jippreżenta l-HR plan tiegħu u jgħid fejn (bħala Dipartiment), f’liema gradi u b’kemm għandu bżonn jingaġġa aktar riżorsi matul l-2015 biex l-operat tal-qasam tas-saħa jkun qiegħed jopera kif jixraq?
B’referenza għat-tweġiba għall-msitoqsija parlamentari 13204, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn erbat-itfal taħt is-16-il sena qed jistennew biex isirilhom proċedura ta’ Intrathecal Baclofen?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-proceduta tal- Intrathecal Baclofen lokalment s’issa dejjem saret biss fuq l-adulti. Fil-prezent qed isiru diskussjonijiet biex din tibda tinghata ukoll lil-pazjenti taht it-18-il sena.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13203, jista’ l-Ministru jgħid jekk tkomplewx it-taħdidiet mal-MUMN fuq il-parkeġġ tal-Isptar tal-Onkoloġija, u jekk fl-affermattiv, x’kien l-eżitu ta’ dawn it-taħdidiet u jekk in-nuqqas ta’ qbil fuq il-parkeġġ hux qed joħloq dewmien biex il-pazjenti jibdew jieħdu l-kura fiċ-ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Gvern u l-MUMN waslu ghal qbil fuq dan ‘l fuq minn ġimgħatejn ilu.
San Ġiljan – Ċentru Reġjonali għall-kura primarja – cost benefit analysis
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13218, 12343 u 8075 u ċjoè, b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista’ jagħti data meta se jitlesta l-cost benefit analysis imsemmi fit-tweġiba?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghal mistoqsija parlamentari 13218.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 13217 u 12345, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx qbil mal-KSU u l-MMSA dwar il-proġett mal-Barts School of Medicine u l-operat f’dan il-proġett u kif dan jista’ jkun qiegħed jimpatta fuqhom bħala studenti tal-mediċina?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li saru diskussjonijiet mal-MMSA fuq dan is-suggett f’aktar minn okkazzjoni wahda.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 13215, 13216, 7940 u 12341, u peress li issa l-Gvern ilu kważi sena li ħabbar dan il-proġett, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni konkreta dwar il-proġett tal-ftehim li l-Gvern għamel mal-Barts School of Medicine?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet għaddejjin.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistosijiet parlamentari 13215, 13216, 7940 u 12341, u peress li issa l-Gvern ilu kważi sena li ħabbar dan il-proġett, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni konkreta dwar fiex waslu t-taħdidiet mal-MAM f’dan ir-rigward?
Response (MIZZI, KONRAD)
It-tahdiet mal-MAM f’dan ir-rigward huma skedatti ghax-xhur li gejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13199 u jgħid jekk hemmx xi kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-bini u t-tlestija tal-Isptar tal-Onkoloġija li huma in delay fix-xogħol kuntrattat lilhom? Fil-każ li hemm, jista’ jelenka min huma l-kuntratturi in delay, għal xiex kienu kkuntrattati u fiex u b’kemm qegħdin in delay?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13198, jista’ l-Ministru jiċċara, bħala parti mill-pjan ħolistiku dwar l-infrastruttura tas-saħħa, fejn għandu ħsieb li jiġi rilokat id-Dipartiment tad-Dermatoloġija ġaladarba ssir il-migrazzjoni tal-operat tal-Isptar Boffa?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13008 u jgħid f’liema dipartiment fl-Isptar Mater Dei, fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-kura tas-saħħa mentali hemm postijiet vakanti għall-infermiera?
Response (MIZZI, KONRAD)
Fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet mal-Unions biex jiġu identifikati l-postijiet vakanti.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm pazjenti għall-kura fil-Paediatric Day Care fl-Isptar Mater Dei mill-1 ta’ Frar 2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Paediatric Day Care ilu jilqa pazjenti għal kura minn meta fetaħ l-Isptar Mater Dei.