Jista’ l-Ministru jgħid x’rimedju qed jingħataw il-pazjenti li jkollhom ħsara fil-processor tal-Cochlear Implant Freedom minħabba li l-upgrade għal Cochlear Nucleus 6 huwa filfatt out of stock jew pending order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14350.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li wara seba’ snin suppost numru ta’ pazjenti tal-cochlear implant huma intitolati għall-upgrade għal Cochlear Nucleus 6?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14350.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li n-nuqqas tal-upgrades għal Cochlear Nucleus 6 għax huwa out of stock jew pending order, se jaffettwa madwar 20 pazjent li l-maġġoranza tagħhom huma tfal żgħar u żgħażagħ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14350.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ordni tal-upgrade għall-Cochlear Nuclues 6 għaddiet mid-dipartimenti kollha konċernati iżda weħlet għand iċ-Chief Medical Officer tal-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14350.
Upgrade għal Cochlear Nucleus 6 – appell minn speċjalisti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ispeċjalisti qed jappellaw bla waqfien biex pazjenti li għandhom bżonn l-upgrade għal Cochlear Nucleus 6 jiġu trattati bħala high priority? Jikkonferma li dawn l-appelli saru b’insistenza fil-perjodu bejn Ġunju 2014 u Jannar 2015? Jikkonferma wkoll li minħabba li dan in-nuqqas ta’ upgrade jaffettwa numru ta’ tfal li jmorru l-iskola, kien hemm insistenza qawwija min-naħa ta’ speċjalisti biex dawn jaslu Malta fis-sajf tal-2014 ħalli lit-tfal ikun sarilhom l-upgrade fiż-żmien qabel ma jerġgħu jibdew l-iskola?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14350.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13768 u jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew rilaxxati pazjenti mill-Isptar Mater Dei (discharges)? Jista’ jqabbel dawn id-discharges mal-istess perjodu tal-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13767 u jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm daħlu nies għall-kura fl-Isptar Mater Dei (admissions)? Jista’ jqabbel dawn l-admissions mal-istess perjodu tal-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’Jannar 2014 kien hemm 7,675, filwaqt li fl-istess xahar fil-2015 kien hemm 8,082 .
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13764 u 13553 u jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew ikkurati fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei, minn Novembru 2014 sa Jannar 2015, xahar b’xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’Novembru 2014 kien hemm medja ta 20 persuna kull jum, filwaqt li f’Diċembru 2014 il-medja kienet ta 14-il persuna kull jum. Il-figuri ta’ Jannar għadhom qed jinġabru.
Sptar Mater Dei – ħtieħa tas-CPR trolley fil-kurituri tal-livell -1
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13763 u jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il darba ssejjaħ is-CPR trolley fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty?
Response (MIZZI, KONRAD)
S-CPR trolley ġie msejjaħ erba darbiet fl-areas indikati. Darba fil-Paediatric Area f’Diċembru, darbtejn f’Jannar u darba fi Frar fl-MAU1 Extension.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm mudell tal-Cochlear Implant Freedom li qed jintuża minn pazjenti Maltin li sal-aħħar tas-sena 2015 se jkunu obsolete?
Response (MIZZI, KONRAD)
Id-Dipartiment tas-Saħħa ħa d-deċiżjoni li l-Cochlear Implants kollha se jiġu upgraded bil-mudell il-ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid meta kien biħsiebu jinforma lill-poplu fuq in-nuqqas ta’ effettività tat-tilqima kontra l-influwenza fuq livell internazzjonali u għalfejn għadu m’għamel l-ebda kampanja edukattiva fuq dan meta awtoritajiet tas-saħħa f’pajjiżi oħrajn infurmaw lill-poplu b’din il-possibilità imma xorta nsistew li tingħata t-tilqima filwaqt li għaddew linji gwida lill-poplu fuq kif jevita t-tixrid tal-influwenza? Il-Gvern, meta kellu l-ħsieb li jagħmel dan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kampanja tat-tilqim u ta’ pariri dwar kif tevita t-tixrid tal-influwenza bdiet f’Ottubru. Ghalkemm it-tilqima ma kienetx effettiva daqs snin ta’ qabel, ir-rakkomendazzjoni fuq livell internazzjonali mill-ECDC kienet biex tinbqa tinghata ghaliex xorta kienet effettiva fuq certu strains. Il-lista ta’ fejn il-gvern ghamel il-kampanji fuq l-influenza hija kif ser naqra. Qed inpoggi kopja tal- poster fuq il-mejda tal-kamra.
Influenza Promotion
Radio u TV:
· 13ta Ottubru 2014 – F-Living – Favorite Channel
· 23ta Ottubru 2014 – Kalamita - ONE –)
· 27ta Ottubru 2014 – F-Living – Favorite Channel
· 29ta Ottubru 2014 – Is-Suggett – ONE Radio
· 30ta Ottubru 2014 – F-Living – Favorite Channel
· 30ta Ottubru 2014 – Radju Malta
· 31ta Ottubru 2014 - Magazine – Radio 101
· 6ta Novembru 2014 – TVPM – TVM
· 11ta Novembru 2014 - TVAM –TVM
· 14ta Novembru 2014 – Magazine – Radio 101
· 8 ta Jannar 2015 – Newsfeed - NET TV
· 14ta Jannar 2015 – Radio 101
· 24ta Jannar 2015 – Radio 101
· Talks minn NIS nurses fil-Kunsilli Lokali:
· 14ta Ottubru Mosta LC
· 15ta Ottubru Mdina LC
· 17ta Ottubru Mgarr LC
· 21ta Ottubru Mtarfa LC
· 22ta Ottubru Kalkara LC
· 23ta Ottubru St. Paul’s Bay LC
· 27ta Ottubru Santa Lucia LC
· 29ta Ottubru Msida LC
· 30ta Ottubru Sliema LC
· 31ta Ottubru Vittoriosa LC
· 21ta Ottubru Talk minn NIS nurse gewwa Casa Arkati
Artikli
· Artiklu ta’ Dr. Vicky Farrugia St’ Angelo fuq “Prevention of colds and Flu” ppublikat f’Novembru gewwa n-newsletter tal-Primary Health Care.
· 2 artikli gewwa VIDA Magazine li jitqassam mal-gazzetti : Wiehed fl-edizzjoni ta Novembru 2014 u l-iehor f’ta Jannar 2015
Advertising fuq ir-radju
Kampanja fuq numru ta’ stazzjonijiet tar-radju.
Radio
Campaign No of spots
Daily spots
Duration /Days
RTK
330
22
15
PBS
150
10
15
ONE
150
10
15
101
225
15
15
Total
855
57
Informazzjoni fuq il- website
Sezzjoni iddedikata lill-influenza fuq il-website
https://ehealth.gov.mt/healthportal/public_health/idcu/infectious_diseases/diseases_a_to_d/influenza.aspx
Posters kemm bl-Ingliz kif ukoll bil-Malta
https://ehealth.gov.mt/download.aspx?id=9884
https://ehealth.gov.mt/download.aspx?id=9906
Sptar Mater Dei – pazjenti minħabba n-nuqqas ta’ effettività tat-tilqima kontra l-influwenza
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li parti mill-kriżi li għandu l-Istpar Mater Dei bħalissa huwa għaliex numru ta’ pazjenti (partikolarment tfal u anzjani) li hemm għal kura, huma pazjenti li ma ħadmitx fuqhom it-tilqima kontra l-influwenza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kaġun ta’ ħafna mill-problemi ġewwa l-Isptar Mater Dei huwa in-nuqqas ta’ sodod minħabba pjanar ħażin mill-amministrazzjoni preċedenti. Tul din is-sena kien hemm influss ta’ pazjenti li dahlu l-Isptar Mater Dei b’mard respiratorju.
Sptar Mater Dei – pazjenti li jenħtieġu jkunu f’nursing homes
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13963 u jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, jum b’jum, kemm kien in-numru ta’ pazjenti li kienu għall-kura fl-Isptar Mater Dei imma li fil-fatt jeħtieġu kura f’nursing homes jew post ta’ riabilitazzjoni u mhux kura akuta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi kif tidher fit-tabella:
01-Nov-14
Rehab 13
LTC 111
01-Dec-14
Rehab 35
LTC111
01-Jan-15
Rehab 35
LTC 108
01-Feb-15
Rehab 62
LTC 46
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13771 u jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kien l-average bed hours tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jqabbel dawn il-figuri mal-istess perjodu tal-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-average patient bed hours fl-aħħar tliet snin kien hekk:
Nov 2012 - 5.1
Nov 2013 - 5.0
Nov 2014 - 4.3
Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza – ħinijiet ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13770 u jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kien l-average waiting time fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jqabbel dawn il-figuri mal-istess perjodu tal-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13769 u jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew rilaxxati pazjenti li reġgħu ġew admitted fl-Isptar Mater Dei fi żmien ġimgħa? Jista’ jqabbel dawn ir-re-admissions mal-istess perjodu tal-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Giovanni Curmi Higher Secondary School – teħid tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu l-Ministeru tiegħu wara rapport li deher fil-Malta Today tat-28 ta’ Jannar 2015 dwar teħid tad-droga fil-Higher Secondary Giovanni Curmi fin-Naxxar, speċjalment minħabba li fil-viċinanzi hemm l-Iskola Sekondarja Subien San Nikola u l-Middle School Kulleġġ Maria Reġina?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li wara li deher ir-rapport li għamlet referenza għalih l-Onor. Interpellant, mill-investigazzjonijiet li għamlet l-iskola ma nstab xejn li xi ħadd għamel użu mid-droga fl-iskola. Il-Kap tal-iSkola sejjaħ laqgħa ma' uffiċjali tad-drug squad li talabhom jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom skont dak li deher fil-ġurnal. L-iskola għaddiet kull informazzjoni li kellha relatat mal-każ għal aktar investigazzjoni mill-pulizija.
Infurmat ukoll li kemm l-omm kif ukoll l-istudent qed jingħataw l-għajnuna kollha mill-iskola u t-tifel kien diġa` qed jingħata assistenza qabel deher l-artiklu in kwistjoni.