Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
a. l-isem tal-persuna appuntata;
b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna;
c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna;
d. min għażel lill-persuna;
e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna;
f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata;
g. min kien jokkupa l-po¿żizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum;
h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’
position of trust
jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u
i. jikkonferma jekk l-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13010 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12266, peress li l-entità inkwistjoni hija l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi kif ġej:
2012
404,636
2013
520,181
Jan- Jun 14
273,587
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13008 u 13996, jista’ l-Ministru jgħid f’liema dipartiment fl-Isptar Mater Dei, fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali hemm postijiet vakanti għall-infermiera? Kemm ilhom għaddejin it-taħditiet mal-unions? Ma’ liema unions iltaqa’? Kemm-il laqgħa kellu ma’ kull union?
Response (MIZZI, KONRAD)
Minħabba espansjoni sinifikanti li qiegħda ssir fil-qasam tas-saħħa, id-diskussjonijiet fuq postijiet vakanti huma kontinwi. Fil-fatt isiru laqgħat fuq bażi regolari.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13198 u 13995, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitħabbar il-pjan ħolistiku tal-infrastruttura tas-saħħa u fejn għandu ħsieb li jiġu rilokat id-Dipartiment tad-Dermatoloġija ġaladarba ssir il-migrazzjoni tal-operat tal-Isptar Boffa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-ġimgħa li għaddiet il-Parlament iddiskuta mozzjoni mressqa mill-gvern dwar il-pjanijiet fil-qasam tas-saħħa, inkluż id-Dipartiment tad-Dermatoloġija. L-Oppożizzjoni vvutat favur din il-mozzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13994 u 13199 u jgħid jekk hemmx xi kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-bini u t-tlestija tal-Isptar tal-Onkoloġija li huma in delay fix-xogħol kuntrattat lilhom? Fil-każ li hemm, jista’ jelenka min huma l-kuntratturi in delay, għal xiex kienu kkuntrattati u fiex u b’kemm qegħdin in delay?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13264 u jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u e¿erċizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista' jgħid:
(a) X’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad;
(b) Meta tqabbad;
(ċ) Kemm sewa jew se jiswa;
(d) Kif intgħażel il-kuntrattur;
(e) Min għażel il-kuntrattur; u
(f) Meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13262 u 12395 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid kemm ilhom jistennew skont il-perjodi li ġejjin:
a. anqas minn tliet xhur;
b. bejn tliet xhur u sitt xhur;
c. bejn seba’ xhur u 12-il xahar;
d. bejn 13-il xahar u 24 xhar;
e. bejn 25 xahar u 36 xahar; u
f. aktar minn 36 xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13259 jagħti l-informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014, u kemm kienet tiswa?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni hija kif gej:
Novembru 2014
Numru ta’ Spiżeriji li bħalissa qed jipparte
ċipaw fl-Iskema tal-POYC
212
Mediċina li skadiet u li ġarbet ħsarat u li nġabret f’dan il-perjodu
4,963.23
Numru tat-tip ta’ mediċina
54.00
% tal-istokk imqassam lill-pubbliku minn dawn l-ispiżeriji għall-istess perjodu.
0.31%
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 14212, 14213 u 14214, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kienu għall-kura fil-Paediatric Day Care bejn Ottubru 2014 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, li kellhom l-età ta’ aktar minn 18-il sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi kien hemm medja ta’ bejn 2 pazjenti u 3 pazjenti kuljum.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 14212, 14213 u 14214, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kienu għall-kura fil-Paediatric Day Care bejn Ottubru 2014 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija li kellhom l-età ta’ aktar minn 60 sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi kien hemm medja ta’ 2 pazjenti kuljum.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li għamel mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq sabiex il-Berġa tal-istess lokalità ġiet devoluta l-istess Kunsill?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li pazjenti li għamlu użu minn servizz tas-saħħa fil-privat li suppost kien kopert mill-Gvern, irċevew kont biex iħallsu għall-istess servizz li suppost kien b’xejn?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema servizz qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid minn Ottubru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm mietu nies fl-Isptar Mater Dei li kienu qed jiġu kkurati fil-kuruturi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi kif gġj. L-informazzjoni għal Marzu għadha qed tinġabar.
No of Patients Deceased
Nov-140
Dic-140
Jan-152
Frar-152
Jista’ l-Ministru jgħid minn Ottubru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm mietu nies bl-influwenza f’Malta? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-età tal-pazjenti li mietu f’Malta minħabba l-influwenza minn Ottubru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.