Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jagħmlu l-Bone Conduction system? Huwa minnu li din il-proċedura twaqqfet? Jekk iva, hemm ħsieb li terġa’ tkompli? Jekk le, għalfejn? X’se tkun is-soluzzjoni għall-pazjenti li qed jistennew dan is-servizz?
Response (MIZZI, KONRAD)
Hemm 26 il-pazjent fuq il-lista, tnejn minnhom għadhom qed jiġu evalwati għall-eliġibilità. Ninforma l-Onor. Interpellant li mhuwiex minnu li l-proċedura twaqqfet.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14898, 13008 u 13996, jista’ l-Ministru jgħid f’liema dipartiment fl-Isptar Mater Dei, fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fil-qasam tal-Kura tas-Saħħa Mentali hemm postijiet vakanti għall-infermiera?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14921, jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-Operations Manager Ambulance Garage? Jista’ jgħid kif l-esperjenza tiegħu fit-tmexxija ta’ flotot ta’ karozzi tal-linja tagħmlu idoneju biex imexxi s-servizz tant delikat u sensittiv tal-ambulanzi? Huwa minnu li din il-persuna m’għandha l-ebda kwalifika jew esperjezna fil-qasam tas-saħħa? Vera li din il-persuna lanqas biss taf tuża kompjuter?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija għandha l-kwalifiki u l-ħiliet neċessarji biex tagħmel xogħolha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14921, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li d-Dipartiment tas-Saħħa qed jirċievi diversi ilmenti fuq in-nuqqas ta’ professjonalità li qed juri l-Operations Manager Ambulance Garage? Huwa minnu li l-aktar ilmenti li qed jagħmlu l-ħaddiema huma marbuta ma’ imġiba u attitudni mhux xierqa fuq il-post tax-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa ma rċieva l-ebda ilmenti f’dan ir-rigward.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 14917, 14918, 14919 u 14920, jista’ l-Ministru jgħid min qed imexxi r-riforma msemmija fid-Dipartiment tal-Emerġenza u x’sar s’issa? B’liema mod qed jiġu involuti l-infermiera li huma speċjalizzati f’dan il-qasam?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-riforma fl-Emerġenza qed titmexxa minn taskforce ta' professjonisti varji involuti f'dan id-Dipartiment li tinkludi rappreżentanti tan-nurses.
Pjan dettaljat ta’ ristrutturar ġie imniedi F’Mejju 2014 wara konsultazzjoni estensiva. Minn dak iż-żmien 'l hawn, minkejja li kellha tissaħħaħ l-istruttura tal-binja fejn jinstab id-Dipartiment, u għaldaqstant kellhom jittardjaw ix-xogħlijiet strutturali li kienu ppjanati, ix-xogħol kumpless kompla għaddej b'rittmu mgħaġġel tant li sal-lum twettaq dan li ġej:
F'Awwissu 2014 Ġew assenjati 12 il–tabib addizjonali fid-Dipartiment
Inbiddlu l-proċeduri biex il-pazjenti jiġu eżaminati minn tabib fl-aktar fis possibli (
early senior medical contact
)
F'Settembru Tnediet sistema manwali ta’ ttrakkjar ta’ pazjenti li wittiet it-triq għall-introduzzjoni tat-
tracking system
elettronika li daħlet fis-seħħ fil-bidu tad is-sena
Ġew assenjati 19-il infermier/a fid-Departiment
F’ Ottubru Ġie introdott is-servizz ta’ infermier/a fir-
reception
tad-Dipartiment biex jinqdew aħjar u aktar malajr il-pazjenti li jistgħu jiġu ttrattati f'dipartimenti oħrajn.
F’Novembru Beda jiġi innominat ‘
Clinical lead
’ għal kull sezzjoni tad-Dipartiment
Beda ix-xogħol biex jiġu r-rilokati il-pazjenti li ma ikollhomx bżonn jiġu ttrattati fid-Dipartiment ta’ Emerġenza billi beda ix-xogħol fuq il-
Minor Care Clinic
F’Jannar Bdiet topera il-‘
Minor Care Clinic
’
F’Frar Bdew ix-xogħlijiet strutturali
Bdiet titħaddem is-sistema elettronika biex jiġu ttrakkjati l-pazjenti
Tneħħiet b'mod temporanju l-
X-Ray machine
tad-Dipartiment biex isir spazju għal
cubicles
addizzjonali
F’March Ġew assenjati żewġ
p
hlebotomists
biex jitqassar il-ħin li pazjenti jistennew sakemm joħorġu riżultati fuq testijiet tad-demm.
F’April
X-Ray
ta’ Dipartiment reġgħet bdiet titħaddem.
F’Mejju Tlestew 11-il
cubicle
ġdid.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 14909 u 14910, jista’ l-Ministru jgħid issa li saret is-sejħa għall-fiżjoterapisti, kemm ġew impjegati u kemm hemm fiżjoterapisti kwalifikati (li ggradwaw u għamlu l-interview) li għadhom ma ġewx impjegati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li għaddej il-proċess biex il-fiżjoterapisti jiġu mpjegati skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’:
a. jagħti l-isem tal-persuna appuntata;
b. jagħti l-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna;
c. jagħti d-data li fiha ġiet appuntata l-persuna;
d. jgħid min għażel lill-persuna;
e. jgħid x’inhuma l-kwalifiki akkademiċi tal-persuna;
f. jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata;
g. jgħid min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum;
h. jgħid jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’
position of trust
jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet; u
i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:
Assistant Head Nursing Services
CEO
CEO Special Projects
Chief Executive Officer
Chief Executive Officer Procurement & Supplies
Chief Financial & Administration Officer
Chief Operations Officer
Co-Ordinating Officer
Director Client Relations
Director Engineering
Director Human Resources and Administration
Director Nursing and Midwifery Services
Director Resourcing
Executive Human Resources
Financial Controller
Head Administration, communication and business services
Head Nursing and Midwifery
Head Nursing Services
Health Services co-ordinator
Health Strategy Advisor
Management Co-Ordinator SLH & MDH Ambulance Garages
Manager Health Centre
Medical Director
Messenger/Driver
Migration Co-ordinator
Ministry Programme Co-ordinator
Programme Director, Health Reform
Projects Director
Station Officer
Osservazzjoni ta’ pazjenti fl-Isptar Mater Dei minn studenti tal-Mediċina Maltin u studenti ta’ Barts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Università ta’ Malta u l-iskola medika ta’ Malta fuq il-mod kif l-istudenti Maltin u dawk ta’ Barts se jkunu qed josservaw il-pazjenti f’każ li jkollu jintuża l-Isptar Mater Dei?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar mal-persuna li nħatret bħala Advisor – Nursing Deployment f’April 2015? Jista’ jgħid jekk din kenitx position of trust jew jekk kienx hemm sejħa għal dan il-post?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kuntratt qed jiġi ffinalizzat.
Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara – servizzi offruti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qed joffri ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara fil-weekend? Huwa minnu li pazjenti li qed imorru f’dan iċ-Ċentru tas-Saħħa qed isibu s-servizz ta’ nurses biss u xorta waħda qed ikollhom imorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta jew fl-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li minn Novembru 2014 dan iċ-ċentru li qabel kien jiftaħ 08.00 - 13.00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa , beda jiftaħ sal 17.00. F’April, il-ġinijiet reġgħu ġew estiżi sat-20.00. Dan iċ-ċentru beda jiftaħ ukoll is-Sibt bejn it-08.00 u is- 13.00hrs bit-tabib bħal ċentri oħra u nhar ta' Ħadd joffri servizz ta' nurse.
Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara – pazjenti fi tmiem il-ġimgħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mis-7 t’April 2014 sal-lum, kemm-il persuna marret fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara fi tmien il-ġimgħa (is-Sibt u l-Ħadd)? Kemm minn dawn il-persuni marru fiċ-Ċentru tal-Mosta jew fl-Isptar Mater Dei għaliex ma kienx hemm servizz ta’ tabib biex jinqdew?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14900, 13994 u 13199 u jgħid jekk hemmx xi kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-bini u t-tlestija tal-Isptar tal-Onkoloġija li huma in delay fix-xogħol kuntrattat lilhom? Fil-każ li hemm, jista’ jelenka min huma l-kuntratturi in delay, għal xiex kienu kkuntrattati u fiex u b’kemm qegħdin in delay?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14899, jista’ l-Ministru jgħid sakemm jistlesta x-xogħol fuq l-Isptar San Luqa, fejn hu maħsub li jiġi rikolat id-Dipartiment tad-Dermatoloġija ġaladarba ssir il-migrazzjoni tal-operat tal-Isptar Boffa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li s-servizz ħa jkompli jingħata mill-Isptar Boffa sa la darba jinfetaħ mill-ġdid l-Isptar San Luqa.
Sptar Mount Carmel – azzjoni industrijali mis-social workers
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx jew kienx hemm azzjoni industrijali mis-social workers li jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Fil-preżent hemm azzjoni industrijali tas-social workers ġewwa l-Isptar Mount Carmel. Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja dan, is-servizz ta’ on call għadu qed jingħata lill-pazjenti minn żewġ mental welfare officers li mhumiex milquta mid-direttiva.
Sptar Mount Carmel – azzjoni industrijali – ksur tal-Mental Health Act
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-azzjoni industrijali mis-social workers li jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel kenitx tikkostitwixxi ksur tal-liġi skont il-Mental Health Act?
Ftehim ma’ Queen Mary University of London – Barts and the London School of Medicine and Dentistry
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat ma’ Queen Mary University of London – Barts and the London School of Medicine and Dentistry fit-18 ta’ Marzu 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva.
Queen Mary University of London – Barts and the London School of Medicine and Dentistry – Studenti f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, minħabba li f’Għawdex mhemmx l-ispeċjalizzazzjonijiet kollha li fuqhom iridu jipprattikaw l-istudenti ta’ Queen Mary University of London – Barts and the London School of Medicine and Dentistry, dawn l-istudenti hux se jiġu jipprattikaw f’Malta, fl-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-investiment fl-Isptar t’Għawdex se jwassal għat-tkabbir ta’ dan l-isptar u f’żieda tal-ispeċjalizzazzjonijiet offruti sabiex l-istudenti jkunu jistaw jipprattikaw. Huwa ppjanat li l-Isptar San Luqa ukoll jintuża minn dawn l-istudenti.