Sptar Mater Dei – Pariri dwar –rimedji ma’ Skanska
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Segretarju tal-Foundation for Medical Services, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u avukati oħra membri tal-bord tal-FMS, kenux tal-parir li l-Ministru jippubblika l-pożizzjoni tiegħu qabel ma jfittex rimedju ma’ Skanska?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni unika tal-Gvern hija li jieħu l-passi kollha neċessarji kontra l-persuni kollha responsabbli għal dan l-iskandlu.
Sptar Mater Dei –kampjuni tal-konkrit tal-istruttura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien u/jew x’inhu l-involviment tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew il-kumpanija li d-dettalji dwarha wkoll qed jingħataw separatament fil-proċess tat-teħid ta’ kampjuni ta’ konkrit mill-Isptar Mater Dei u t-testjar tagħhom? Veru li l-individwu kien involut jew għadu involut fil-kumpanija li ħadet l-ewwel samples tal-konkrit tal-Isptar Mater Dei li ma ġewx aċċettati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax ma kenux ittieħdu kif suppost?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-samples ġew meħudha minn Terracore, Solid Base u Celltest. Aktar testijiet ittieħdu mill-ARUP.
Sptar Monte Carmeli — infermiera li ma jitkellmux bil-Malti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-preżenza ta’ infermiera li ma jitkellmux bil-Malti fl-Isptar Monte Carmeli qed toħloq problemi serji speċjalment ma’ pazjenti li għandhom problemi psikjatriċi akuti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li infermiera barranin kollha jikkomunikaw tajjeb mal-pazjenti u dejjem jaħdmu fil-preżenza ta’ infermiera Maltin.
Sptar Mater Dei – Servizz ta’ Crisis intervention team
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Crisis Intervention Team li huwa bbażat fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, jibda joffri servizz ta’ 24 siegħa kuljum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed issir evalwazzjoni tal-Crises Resolution Service biex l-espanzzjoni ta’ dan is-servizz isir bl-iktar mod effiċjenti u bl-aħjar użu ta’ riżorsi. Hemm speċjalista fis-psikjatrika ddedikat full-time speċifikament għall-Crisis Intervention Team u għadha kif ħarġet EOI għan-nurses li jixtiequ jaħdmu f’dan is-servizz.
Sptar Mater Dei – Crisis Intervention Team – home visit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-crisis intervention team li huwa bbażat fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, jibda joffri servizz ta’ home visits meta pazjenti ma jkunux iridu jiġu rikoverati l-isptar jew meta l-familja titlob l-intervent tat-team f’każ ta’ kriżi?
Korp tal-Pulizija — Passi dixxiplinarji kontra membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi dixxiplinarji ttieħdu kontra membri tal-Korp tal-Pulizija (madwar 15), inkluż il-pulizija li d–dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li kienu involuti f’użu abbużiv u eċċessiv ta’ forza mal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament f’ħanut ġewwa Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta, nhar it-8 ta’ Jannar 2015 għall- ħabta tal-4.30pm.
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li in konnessjoni mal-allegat inċident ta’ użu abbużiv u eċċessiv ta’ forza mal-individwu li dettalji tiegħu ingħataw separatament, li seħħ f’ħanut ġewwa Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta, nhar it-8 ta’ Jannar 2015 għall-ħabta tal-4.30pm, saru l-investigazzjonijiet meħtieġa mit-taqsima tal-Internal Affairs fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. F’dawn l-investigazzjonijiet barra li ġew interrogati is-seba’ Pulizija involuti, ġew mitkellma wkoll tlett persuni li nzertaw fil-lok tal-inċident u nvoluti fil-każ. Mill-istħarriġ li sar irrizulta li l-uffiċjali tal-Korp aġixxew b’mod tajjeb waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Sptar Monte Carmeli – Mental Welfare Officers — reponsabilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’responsabilitajiet għandhom il-Mental Welfare Officers li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-responabilitajiet tal-Mental Welfare Officers huma li f’każ fejn persuna li għandha problema ta’ saħħa mentali għandha l-bżonn li tidħol b’mod involentarju ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, jsir assessment u applikazzjoni għad-dħul ġewwa l-isptar. Dan jsir f’ċirkostanzi fejn m’hemmx next of kin jew responsible carer preżenti.
Sptar Monte Carmeli – Mental Welfare Officers – Xogħol ta’ Social Worker
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ċirkostanzi l-Mental Welfare Officers li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli jagħmlu xogħol ta’ social workers?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Mental Welfare Officers li huma wkoll Social Workers jagħmlu x-xogħol kollu relevanti għall-profesjoni ta’ Social Workers skont il-grad u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom.
Sptar Monte Carmeli – infermiera speċjalizzati fis-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-ratio ta’ infermiera speċjalizzati fis-saħħa mentali mal-pazjenti li qed jiġu kkurati fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-ratio ta’ infermiera speċjalizzati fis-saħħa mentali man-numru ta’ pazjenti jvarja skont il-livell u tip ta’ kura li jkollu bżonn il-pazjent. Fis-swali fejn hemm pazjenti iktar akuti r-ratio huwa ta’ infermier/a għal kull tliet pazjenti. Fi swali fejn hemm pazjenti kroniċi jew bi problemi ta’ ġeriatrija barra ta’ saħħa mentali, r-ratio ta’ infermiera speċjalizzati fis-saħħa mentali huwa ta’ infermier/a għall kul erbgħa jew ħames pazjenti waqt li parti mill-kura tiġi pprovduta minn infermiera bi kwalifiki ta’ general nursing.
Dipartiment tal-Kura Primarja – organisational chart
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational chart bil-karigi u l-ismijiet ta’ min qed jokkupa kull kariga fid-Dipartiment tal-Kura Primarja?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational chart bil-karigi u l-ismijiet ta’ min qed jokkupa kull kariga fid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onor. Interpellant tispeċifika liema dipartimenti qed tirreferi għalihom.
Segretarjat tal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – organisational chart
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational chart bil-karigi u l-ismijiet ta’ min qed jokkupa kull kariga fis-Segretarjat tal-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational chart bil-karigi u l-ismijiet ta’ min qed jokkupa kull kariga fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14905, 13241 u 12372 u jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri;
c. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – pagamenti pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14904 u 13249 u jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjali, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet, fl-aħħar ta’ Novembru 2014? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Novembru 2014 l-ammont dovut lil kredituri b'ageing 'il fuq minn 60 jum kien ta’ €1,847,997
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14901 u 13264 u jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista' jgħid:
(a) X’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad;
(b) Meta tqabbad;
(ċ) Kemm sewa jew se jiswa;
(d) Kif intgħażel il-kuntrattur;
(e) Min għażel il-kuntrattur; u
(f) Meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.