Legislature:
Category:
Reset
Active:

Foundation for Medical Services – safe/fire proof document cabinet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sal-aħħar ta’ Mejju 2014, x’kien jitpoġġa fis-safe tal-Foundation for Medical Services? Jista’ jippreċiża jekk dan kienx effettivament safe jew jekk kienx fire proof document cabinet li huwa intenzjonat preċiżament sabiex jipproteġi dokumenti sensittivi? Min kellu ċ-ċavetta ta’ dan is-safe jew cabinet? Min kien jikkontrolla l-aċċess għalih?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rapport tal-inkjesta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – bord tal-inkjesta dwar il-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord tal-inkjesta li qed jinvestiga l-konkrit u l-istruttura tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rapport tal-inkjesta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – bord tal-inkjesta dwar il-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex parti mill-bord tal-inkjesta dwar il-bini tal-Isptar Mater Dei? Jekk iva, jista’ jgħid jekk jaqbilx li dan jikkostitwixxi kunflitt ta’ interess?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rapport tal-inkjesta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – bord tal-inkjesta dwar il-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx preżenti fil-bord tal-inkjesta dwar il-bini tal-Isptar Mater Dei u staqsiex mistoqsijiet? Jekk iva, il-Ministru ma jikkunsidrax dan bħala kunflitt ta’ interess doppju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rapport tal-inkjesta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – rapport ikkummissjonat fl-1996

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika r-rapport tal-periti kif kien ikkummissjonat fl-1996 mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien? Peress li wara dan ir-rapport, il-Gvern kien iddeċieda li jżid mill-inqas żewġ sulari oħra u blokka ta’ bini oħra ma’ dawk eżistenti, u r-rapport tal-1996 kien wasal għall-konklużjonijiet li dan seta’ jsir, jista’ l-Ministru jippubblika dawn il-konklużjonijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor Interpellant biex tispeċifika għal liema rapport qed tirreferi.

Sptar Mater Dei – kostruzzjoni fil-perjodu 1996-1998

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998, il-kostruzzjoni fuq l-Isptar Mater Dei tkompliet biż-żieda ta’ sular fuq il-bini oriġinali u blokka oħra mal-wards ta’ Block D u li dan il-proċess kien jinkludi l-użu ta’ konkos?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni li qed titlob l-Onor. Interpellant tinsab fir-rapport tal-inkjesta li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Xogħlijiet li saru wara l-perjodu msemmi, taħt id-Design and Build Cost Plus, estendew l-istruttura fosthom D.1.3 li ġiet estiża vertikalment u D.1.1 li ġiet estiża vertikalment u oriżżontalment.

Sptar Mater Dei – xogħlijiet fuq il-Helipad – drittijiet tal-Gvern fuq l-istruttura

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li x-xogħol fuq il-helipad ġdida fuq Block D1 kien beda wara li ġie ppubblikat it-tender u li dan ix-xogħol kien qed jiġi mmanniġat mill-istess kumpanija ta’ periti li kienu responsabbli għall-istruttura tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jikkonferma li din il-kumpanija tqabbdet mill-Foundation for Medical Services għar-raġuni speċifika li d-drittijiet legali kollha tal-Gvern fuq l-istruttura jiġu mħarsa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Proġett tal-Medical Assessment Unit — structural intergrity testing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru qattx irċieva rakkommandazzjonijiet mill-Foundation for Medical Services li l-periti tal-proġett tal-Medical Assessment Unit għandhom ikunu l-istess periti li kienu responsabbli għall-istruttura tal-Isptar Mater Dei u dan sabiex id-drittijiet legali kollha tal-Gvern fuq l-istruttura jiġu mħarsa? Jista’ jgħid jekk tali rakkommandazzjonijiet kenux jinkludu tal-Blokk tal-Emerġenza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda bini fuq il-blokk tal-emerġenza.

Sptar Mater Dei — Proġett tal-Medical Assessment Unit – structural intergrity testing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender pubbliku li nħareġ għall-proġett tal-Medical Assessment Unit kienx jinkludi provvedimenti dwar structural intergrity testing?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender pubbliku għall-proġett tal-Medical Assessment Unit kien jinkludi l-ħtieġa li jsir provvediment dwar survey tal-istruttura eżistenti.

Sptar Mater Dei — Proġett tal-Medical Assessment Unit – Periti

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tender tal-Medical Assessment Unit kienx jinkludi provvedimenti speċifiċi li l-periti tal-proġett iridu jinfurmaw lill-periti responsabbli tal-Isptar Mater Dei sabiex isir proċess ta’ change of architect?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm provvedimenti speċifiċi, iżda bini fuq l-istrutturi eżistenti qatt ma sar minħabba l-konkrit inferjuri li nstab.

Sptar Mater Dei – kampjuni tal-konkrit tal-istruttura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa l-ewwel kampjunital-konkrit mill-Isptar Mater Dei li ma ġewx aċċettati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax ma ttieħdux professjonalment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16474.

Sptar Mater Dei – kampjuni tal-konkrit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-kampjuni tal-konkrit li fuqhom saru t-testijiet mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament min ħadhom, jekk hux in-nies tal-kumpanija stess jew individwu/i jew kumpaniji oħra? Jista’ jispeċifika min?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16474.

Sptar Mater Dei – testijiet fuq il-konkrit tal-istruttura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex saru testijiet fuq il-konkrit tal-Isptar Mater Dei? Kien hemm ħsara strutturali viżibbli fil-binja? Jekk iva, f’liema parti tal-Isptar? Jekk le, kien hemm ħsieb li jsir żvilupp fuq il-bini eżistenti tal-Isptar? Jekk iva, fuq liema partijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16474.

Sptar Mater Dei – rapport dwar saħħa tal-konkrit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq is-saħħa tal-konkrit ġiex imqabbel mal-concrete specifications tat-tender tal-kostruzzjoni tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16474.

Sptar Mater Dei – Tender tal-kostruzzjoni — concrete specification

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika bl-ikbar urġenza il-concrete specification kif mitluba fit-tender tal-kostruzzjoni tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16474.

Sptar Mater Dei – Rapport dwar is-saħħa tal-konkrit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq is-saħħa tal-konkrit ġiex imqabbel maċ-ċertifikazzjoni li saret meta oriġinarjament tpoġġa l-konkrit partikolarment fil-kolonni tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16474.

Sptar Mater Dei –rapport dwar testijiet fuq konkrit

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika bl-ikbar urġenza r-rapport sħiħ kif mgħoddi lilu mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq is-saħħa tal-konkrit fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jinkludi: (a) It- terms of reference li ngħatat din il-kumpanija biex tagħmel dan l-istudju; (b) L-informazzjoni dettaljata ta’ kif ittieħdu l-kampjuni tal-konkrit; (c) Il-metodoloġija ta’ kif sar l-ittestjar fuq il-konkrit; (d) Ir-ri¿ultat tat-testijiet li saru; (e) Il-konklużjonijiet fuq kull kampjun; u (f) Il-konklużjonijiet tar-rapport kollu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-rapport se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u fih hemm ir-risposta għad-domandi magħmula mill-Onorevoli Interpellant.

Sptar Mater Dei – Rapporti dwar is-saħħa tal-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux biħsiebu japplika paragrafu 1638 (1) tal-Kodiċi Ċivili fid-dawl ta’ rapport li ħarġu dwar il-is-saħħa tal-bini tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

: Ninforma l-Onor Interpellant li r-risposta tinsab fir-rapport tal-inkjesta li ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif hemm irrakkomandat fir-rapport, l-istess rapport ser jingħata lill-Avukat Ġenerali.

Sptar Mater Dei — Project Closure Agreement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li ma jitteħdux passi kontra Skanska abbażi tal-Project Closure Agreement? Meta ttieħdu pariri legali fuq dan, qabel jew wara l-konferenza stampa li għamel l-istess Ministru u s-Segretarju Parlamentari nhar it-Tnejn 25 ta’ Mejju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant illi l-gvern ma hax din id-decizjoni.

Sptar Mater Dei — project closure agreement bejn FMS u Skanska

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx konxju li l-informazzjoni li hu għażel li jippubblika fuq il-project closure agreement bejn il-Foundation for Medical Services u Skanska tista’ tippreġudika l-pożizzjoni tal-Gvern mal-istess Skanska?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Skanska JV hija firmatarja tal-project closure agreement.