Jista’ l-Ministru jgħid meta se jieqaf jintuża l-linear accelerator fl-Isptar Boffa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li huwa pjanat li l-linear accelerator ġewwa l-Isptar Boffa se jibqa jaħdem sa wara li ssir il-migrazzjoni. Sa dan it-tant, l-linear accelerators il-ġodda fl-Isptar Sir Anthony Mamo se jkunu bdew jintużaw.
Sptar Boffa – Linear Accelerator – overlap of treatment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żmien allokat biex isir overlap of treatment għal dawk il-pazjenti li bdew it-trattament fl-Isptar Boffa u mhux se jkunu jistgħu jibdew jużaw il-linear accelerators il-ġodda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Linear Accelerators tal-Isptar Sir Anthony Mamo u dik tal- Isptar Boffa se jkunu qed jintużaw in parallel għal numru ta’ ġimgħat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux it-testijiet meħtieġa fuq il-ħitan ta’ fejn se jingħataw ir-raġġi fiċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija? Jekk iva, min għamilhom u meta saru?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li saru it-testijiet ta’ żewġ żoni li se jakkommodaw il-“Linear Accelerators”.
Sptar Mater Dei – pazjenti fil-kuritur tal-Medical Imaging
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar, x’kienu l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-pazjenti li tpoġġew fil-kuritur tal-Medical Imaging (-1) fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ pazjenti għall-kundizzjonijiet differenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema xhur qed tirreferi.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – ġarr ta’ strumenti mediċi
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-istrumenti li jintużaw fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex qed jinġiebu Malta kuljum u jittieħdu lura Għawdex bi trasport li qed jinkera kuljum għal dan? Jista’ jgħid x’inhi l-ispiża totali s’issa fuq it-trasport f’dan ir-rigward u jekk dan hux qed isir b’direct order kull xahar jew kull ġimgħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-istrumenti qed jigu sterilizzati fl-isterilization unit ta’ Mater Dei. Il- kuntratt tat-trasport sar wara li ħarġet sejħa pubblika għall-kwotazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Gvern ħa deċiżjoni li ma jixtrix mediċini branded? X’jiġri meta jkun hemm konsulenti li jitolbu li pazjenti jingħataw mediċina branded għaliex ikunu każijiet eċċezzjonali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li l-Gvern jixtri l-mediċini skont kif inhu stipulat mir-regolamenti tal-2010 dwar il-Kuntratti Pubblici.
Jista’ l-Ministru jgħid kif wasal għall-konklużjoni li d-danni fl-Isptar Mater Dei marbuta mal-konkrit difettuż jammontaw għall-€35 miljun?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l- stima preliminari moghtija mill- kumpanija ARUP ghad-Dipartiment tas-Sahha, ghax-xoghlijiet li ghandhom isiru fid-Dipartiment tal-Emergenza minhabba n-nuqqasijiet fid-disinn u s-sahha tal-konkrit kienet ta’ 5 miljun ewro.
Meta il-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici hadu il-kalkoli tad-difetti strutturali li instab li jezistu fil-kumplament tal-isptar il-figura li waslu ghaliha kienet ta’ 35 miljun ewro . Dipendenti mir-rizultat ahhari tal-analizi mill-ARUP fuq id-disinn u l-konkrit ta’ Mater Dei kollu, c-cifra imsemmija tista tvarja.
Sptar Mater Dei – Linear Accelerators – training ta’ staff
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx training ta’ staff biex jużaw il-linear accelerators il-ġodda fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-Isptar Boffa ghamel pjan fit-tul fuq it-tahrig mehtieg. Dan il-pjan beda jigi implimentat minn Marzu 2015, fejn gie finalizzat training fuq l-equipment innifsu ghal professjonisti bhal m’huma tobba, radiographers u medical physicists. Inghata ukoll training in-house ghal Medical Physicists li wassal ghall-izvilupp ta’ Quality Control procedures specifici. Bhala tahrig ‘on-going’, se jibqa ghaddej fit-tul u se jibqa jigi offrut anke lill-haddiema godda li jinghaqdu mal-Onkologija.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – żieda ta’ infermiera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, issa li żdiedu għaxar cubicles fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, żdidux l-infermiera f’dan id-dipartiment biex ilaħħqu maż-żieda fil-pazjenti? Jekk iva, b’kemm żdiedu l-infermiera?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nurses zdiedu b’20 f’Ottubru 2014. Hekk il-pazjent dejjem qed ikun moqdi fl-inqas hin possibbli.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza — żieda ta’ cubicles
Question
Jista’ l-Ministru jgħid ma’ min ikkonsulta fuq iż-żieda ta’ għaxar cubicles fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei? X’tip ta’ assessment sar f’dan ir-rigward? Jew ma sar l-ebda assessment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li saru diskussjonijiet mal-istakeholders involuti.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – żieda ta’ cubicles
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li ż-żieda ta’ għaxar cubicles fid-Dipartiment tal-Emerġenza, jista’ jwassal biex jinkuraġġixxi aktar pazjenti jmorru hemmhekk minflok ifittxu s-servizzi taċ-ċentri tas-saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li d-Dipartiment tal-Emergenza flimkien mal-management qed jiehdu l-passi mehtiega biex il-pazjent jinqeda fl-inqas hin possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei minn Jannar 2014 sa Mejju 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li minn informzjoni moghtija mis-CEO ta’ Mater Dei n-numru ta’ pazjenti li daħlu għal-kura fl-ispazji barra s-swali ghal matul is-sena 2014 kien ta’ 2500. Ta’ min iqabbel din il-figura ma’ tas-sena 2012, fejn in-numru ta’ pazjenti fl-ispazji barra s-swali kien ta’ 8118.
Jista’ l-Ministru jgħid xahar b’xahar kemm mietu pazjenti li kienu fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei minn Jannar 2014 sa Mejju 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li minn informazzjoni miġbura mis-CPAS bejn Jannar 2014 u April 2015 kien hemm 7 pazjenti li mietu barra is-swali. Filwaqt li fl-2012 kien hemm 8.
Sptar Mater Dei – sodod fil-kuritur tal-Medical Imaging
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod fil-kuritur tal-Medical Imaging (-1) fl-Isptar Mater Dei? Kemm minn dawn is-sodod kienu okkupati minn Jannar 2014 sa Mejju 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan l-ispazju jesa 35 sodda. Minn Jannar 2014 sa April 2015 kien hemm okkupazzjoni medja ta’ 43%.
Sptar Mater Dei — Proġett tal-Medical Assessment Unit - periti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-periti kurrenti tal-proġett tal-Medical Assessment Unit qattx tkellmu mal-periti responsabbli għall-istruttura tal-Blokk tal-Emerġenza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma sarx bini fuq il-blokka tal-emerġenza.
Sptar Mater Dei – Proġett tal-Medical Assessment Unit –bdil ta’ sit
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-deċiżjonijiet li jinbidel is-sit tal-proġett tal-Medical Assessment Unit ittieħdet mingħajr ma tkellmu bejniethom il-periti l-ġodda u dawk li effettivament kienu responsabbli għall-integrità tal-binja?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ra siti alternattivi sabiex ikun jista’ jsir dan il-proġett nazzjonali mingħajr ma jintilfu l-fondi.