Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Monte Carmeli – tenders u kuntratti ta’ tindif

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tenders u kuntratti ta’ tindif għall-Isptar Monte Carmeli għas-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li fl-isptar Monte Carmeli bejn is-16 ta’ Gunju 2010 u l-15 ta’Marzu 2015 il-kuntrattur ghat-tindif kien Clentec Cleaning Services, filwaqt li mis-16 ta’ Marzu 2015 sad-data tallum WM Environment huwa l-kuntrattur li qed jiehu hsieb it-tindif.

Dipartiment tal-Fiżjoteraprija – ingaġġ ta’ manager

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk inħatarx manager għad-Dipartiment tal-Fiżjoterapija? Jekk iva, meta u min hi l-persuna maħtura? Jekk le, għalfejn? Jista’ jikkonferma jekk saritx sejħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li skond il-Collective Agreement il-hatra ta’ manager m’ghadiex applikabbli u se jinhatar Professional Lead Health Practitioner.

Fiżjoterapisti – 7-day week

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li l-Fiżjoterapisti jibdew jaħdmu bis-7-day week? Jekk iva, minn meta? Saru diskussjonijiet mal-istakeholders konċernati fuq dan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li fl-interess li jinghata l-ahjar servizz lill-pazjenti d-dipartiment tas-Sahha kontinwament jifli l-work practices tal-impjegati tieghu. Jekk u meta ikun hemm xi hsieb li ssir xi tibdil, l-istakeholders kollha inkluz il-unions koncernati, ikunu nvoluti fid-diskussjonijiet.

Mediċina Trimipramin 50mg

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-mediċina Trimipramin 50mg kienet jew hijiex out of stock?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fuq parir tal-Clinical Chairman tad-dipartiment tal-Psikjatrija il-Trimipramin giet sostitwita b’medicina alternattiva, Amitriptyline hydrochloride 10 mg and 25mg tablets, Clomipramine hydrochloride 10 mg and 25mg tablets ,Imipramine hydrochloride 10 mg and 25mg tablets, Nortriptyline 10 mg and 25mg tablets and Mianserin hydrochloride 10mg and 30 mg

Mediċina Ferrologic Injections

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-mediċina Ferrologic Injections kienet jew hijiex out of stock?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi din il-mediċina qatt ma kienet fil-Formularju tal-Gvern.

Sptarijiet ta’ Malta – problemi bid-drips

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx jew kienx hemm problemi bid-drips fl-isptarijiet ta’ Malta u humiex jew kienux out of stock?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma kienx hemm drip sets out of stock.

Ċentru tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid — paga ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li taħdem fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid taħdem żewġt iħdud fix-xahar imma titħallas paga ta’ xahar sħiħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija titħallas skond kemm taħdem.

Il-Bajja s-Sabiħa – żejt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Bajja s-Sabiħa ma’ ġietx magħluqa minnufih mill-awtoritajiet tas-Saħħa Ambjentali meta feġġgħet roqgħa żejt nhar il-Ħamis 11 ta’ Ġunju 2015? Jista’ jgħid kemm-il siegħa għaddiet biex ittieħdet azzjoni wara li daħlu l-ewwel rapporti? Jista’ jikkonferma jekk l-għeluq tal-bajja kienx marbut mar-rapporti fil-media u fil-media soċjali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi l-Bajja s-Sabiħa ingħalqet għall-għawm mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mal-ewwel indikazzjoni illi seta’ kien hemm kontaminazzjoni vicin ix-Xatt, il-Ġimgha 12 ta’ Ġunju. Il-pubbliku kien infurmat dwar dan permezz ta’ stqarrija għall-istampa. Id- Direttorat tas-Saħħa Ambjentali reġa' ħareġ stqarrija il-Ħadd biex ifakkar il-Pubbliku li l-bajja kienet għada magħluqa sakemm isiru t-testijiet neċessarji, liema bajja nfetħet għall-għawm nhar it-Tlieta 17 ta’ Gunju 2015.

Sptar Ġenerali t’Għawdex — kwalifiki ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn membri tal-istaff tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex qed jintalbu jgħidu x’inhuma l-kwalifiki tagħhom fuq livell individwali u personali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li dan l-eżerċizzju qiegħed issir sabiex id-dipartiment tal-HR ikollu r-records kompluti

Sptar Karen Grech — kwalifiki ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn membri tal-istaff tal-Isptar Karen Grech qed jintalbu jgħidu x’inhuma l-kwalifiki tagħhom fuq livell individwali u personali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li dan l-ezercizju qieghed issir sabiex id-dipartiment tal-HR ikollu r-records kompluti

Dipartiment tas-Saħħa – social workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa u kif inhuma allokati skont l-isptarijiet u health centres differenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mad-Dipartiment tas-Sahha hemm 52 –il Social Worker.

Sptar Monte Carmeli – problema bl-arja kundizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-ġimgħa bejn it-8 u t-12 ta’ Ġunju 2015 kienx hemm problema bl-arja kundizzjonata tal-Isptar Monte Carmeli? Jista’ jikkonferma jekk din il-ħsara waslitx biex pazjenti rġiel jieħdu azzjoni u jirrifjutaw li jieħdu l-mediċina tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-ġimgħa msemmija kien hemm rappurtar ta’ ħsarat f’4 mit-12 il-AC unit. Il-hsarat gew imsewwija mill-kuntrattur. Il-pazjenti kollha ħadu l-mediċina preskritta għalijhom fil-ħin tas-soltu.

Fiżjoterapisti – applikazzjonijiet għal skala 8 irtirata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-applikazzjoni għall-fiżjoterapisti fi skala 8 (bil-Masters) ġiet irtirata minn Ottubru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li s-sejħa giet irtirata fuq parir tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Is-sejha regghet inharget fi Frar 2015.

Il-Magħtab — Triq il-Kappella ta’ Santa Marija – speed cameras u sleeping policemen

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, issa li Triq il-Kappella ta’ Santa Marija, il-Magħtab, qed tintuża bħala triq alternattiva sakemm titlesta triq il-Kosta, hemm xi ħsieb li fi Triq il-Kappella ta’ Santa Marija jitpoġġew sleeping policemen jew speed cameras biex jikkontrollaw l-veloċità eċċessiva li biha qed isuqu l-karozzi minn din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li iktar kmieni din is-sena f'din it-triq ġew implimentati speed limit signs u roundels ta' 30km/h flimkien ma’ SLOW markings. Infurmat ukoll illi fil-parti kantuniera ma’ Triq Arznu, ġiet implimentata island bil-hatching u bil-cats eyes. Minħabba li din it-triq hija diversion route ta' triq arterjali mhux rakkommandat li jsiru road humps.

Ċentru l-Ġdid tal-Onkoloġija – variation fuq il-kuntratti għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm variation fuq il-kuntratti prinċipali tax-xogħol li qed isir fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant illi l- informazzjoni ghadha qed tingabar

Sptar Ġenerali t’Għawdex – testijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm Maltin intalbu jmorru Għawdex biex jagħmlu testijiet mediċi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Kemm minnhom aċċettaw u marru jagħmlu dawn it-testijiet Għawdex? Liema kienu dawn it-testijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li mill-2013 kien hemm 2,044 pazjent Malti li mar ghal testijiet Ghawdex.. It-testijiet jikkonsistu f’CT Scans, Virtual Colonoscopy, Cardiac CT Angiograms/CT Calcium Scoring, Bone density, Colon Cancer Screening u Endoscopy,

Overtime ta’ tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li fl-aħħar ta’ Mejju 2015 ittieħdet id-deċiżjoni li jitneħħa l-overtime tat-tobba? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan u x’effett jista’ jkollha din id-deċiżjoni fuq il-ħidma tat-tobba u l-patient safety?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li mhux korrett illi ttiehdet decizjoni li jitnehha l- ‘overtime’ tat-tobba.

Fiżjoterapisti – job description

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħa toħroġ b’mod uffiċjali l-job description tal-fiżjoterapisti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-job description tal-fiżjoterapisti tista’ tingabar mid-dipartiment tar-Rizorsi Umani.

Fiżjoterapisti – progress fi skali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-fiżjoterapisti kinux imwiegħda li jitilgħu skala 8 u skala 9 (skont għandhomx Masters u/jew esperjenza) b’mod retroattiv b’effett minn Frar 2013? Jista’ jgħid fiex waslet din il-wegħda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li dawk il-ħaddiema li jkunu lestew Masters Degree u sentejn (2) ta' servizz sodisfaċenti fil- grad 9 jipprogressaw awtomatikament ghal Skala 8 wara n-notifika lill HR.

Fiżjoterapisti – competency framework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinħareġ il-competency framework tal-fiżjoterapisti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li skond l-Allied Health Agreement, dan se jkun implimentat sal-aħħar tal 2015.