Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux konxju li bi €30, persuna li hi ntitolata għall-prodotti gluten free tista’ biss tixtri ftit oġġetti u li dawn ma jservux għal xahar sħiħ?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-persuni intitolati għall-vouchers tal-prodotti gluten free qed isibu diffikultajiet kbar? X'rimedju biħsiebu joffri lil dawn il-persuni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li għat-tweġiba tal-mistoqsija palamentari 17257.
Jista’ l-Ministru jgħid waslulux ilmenti fuq it-tmexxija tas-CEO tar-Residenza San Vinċenz de Paul li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, kemm kienu n-numru ta’ ilmenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru waslulu xi lmenti dwar każi ta' dixxiplina fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Dawn l-ilmenti qed jiġu investigati.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid waslulux ilmenti fuq it-tmexxija tas-CEO tar-Residenza San Vinċenz de Paul li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, kemm kienu n-numru ta’ ilmenti?
Dipartiment tas-Saħħa – Ambulanzi – pompi tal-petrol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema pompi tal-petrol qed jinxtara l-fuel tal-ambulanzi u l-vetturi kollha li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u Mejju 2015 il-vetturi kollha tad-Dipartiment tas-Sahha setgħu jixtru l-fuel mingħand: Industrial Motors, Manoel Island Service Station Ltd, St. Joseph Petrol Station (Frank Cortis), Attard Service Station, GO Fuels – Gozo, JA Borg & Sons Ltd, Salvu Cassar, Vella Service Station, Golden Lion Petrol Station, J.Micallef Service Station, Mario Service Station, VC Service Station, Pit stop Service Complex, Carlo Cini Ltd, Mario Vella Service Station, Cini Service Station, Santa Maria service Station, John Vella, C&V Camilleri, Gatt Service Station, J.Gaff Service Station, J.A. Trading Ltd, Wembley Service Station and Paul & Rocco.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha tar-riżultati tat-testijiet li saru fuq il-kwalità tal-baħar tal-Bajja s-Sabiħa mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali mill-bidu ta’ Ġunju 2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l- Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali jagħmel test kull ġimgħa f’kull bajja. Dawn it-testijiet isiru skont il-kriterji tal-Avviz Legali 125 tal-2008, li fuqhom tiġi klassifikata l-bajja. It-testijiet li jsiru normaslment ikunu għall-Intestinal Enterocci fejn dawn ma jridux jaqbżu l-500cfu/100 mls u għall- Escherichia coli fejn dawn ma jridux jaqbżu l-1000cfu/100mls. Jekk matul dawn it-testijiet jkun hemm darba li dan l-ammont jinqabeż jerġa’ jittieħed kampjun ieħor. Jekk it-tieni kampjun jeċċedi dan l-ammont, il-bajja tingħalaq u jittieħdu kampjuni kuljum. Ikun biss wara li jkun hemm tlett rizultati konsekuttivi li l-bajja terġa tkun miftuħa.
Tajjeb li ngħid li dan id-direttorat jimmoniterja 87 bajja u jiġbor kampjun kull ġimgħa biex isiru t-testijiet li semmejt aktar qabel.
Id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali jimmoniterja l-kwalità tal-ilma għall-parametri bioloġiċi skont id-direttiva 2006/7/EC.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi ghat-tabelli t’ hawn taht:
Tabella A – Dok 1 sa Dok 4 – Rizultati tal-kampjuni
DATE OF SAMPLING
IDENTIFICATION CODE
INTESTINAL ENTEROCOCCI / 100 ML
E. COLI / 100ML
1st JUNE 2015
MT0130131500000A14
<15
<15
1st JUNE 2015
MT0130131500000A15
<15
<15
8TH JUNE 2015
MT0130131500000A14
<15
<15
8TH JUNE 2015
MT0130131500000A15
<15
<15
15TH JUNE 2015
MT0130131500000A14
<15
<15
15TH JUNE 2015
MT0130131500000A15
30
<15
22ND JUNE 2015
MT0130131500000A14
<15
<15
22ND JUNE 2015
MT0130131500000A15
<15
<15
Tabella B – Dok 5 – Riżultati tal-kampjuni bħala parti mill-investigazzjoni li saret fil-15 ta’ Ġunju, 2015 mill-analisti tal-laboratorju tas-Saħħa Pubblika fi ħdan l-istess Direttorat
DATE OF SAMPLING
15
TH
JUNE 2015
TEST
RESULT
pH:
8.2 @ 24oC
Colour:
No abnormal colour change
Mineral Oils:
No film visible on the surface of the water and no odour
Surface Active Substances
No lasting foam
Phenols
No specific odour
Tarry residuals and floating materials
Absent
Waste or Splinters
Absent.
Floriana Health Centre – servizzi mill-klinika tal-Fibromyalgia
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi se jiġu offruti fil-klinika tal-Fibromyalgia li nfetħet fil-Floriana Health Centre?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l- Onor. Interpellant li s-servizz tal-fibromyalgia clinic jagħmel parti minn Shared programme bejn id-Dipartiment tal-kura primarja u d-Dipartiment tar-Rewmatologija fl-Isptar Mater Dei. Din il-klinika qed toffri servizz ta’ follow-up lil pazjenti stabbli li qed ibaghtu bil-Fibromyalgia.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-klinika tal-Fibromyalgia li nfetħet fil-Floriana Health Centre hijiex verament klinika jew kamra li qed tintuża wkoll minn diversi professjonisti biex jitrattaw kundizzjonijiet differenti u jagħtu servizzi differenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-frasi Fibromyalgia Clinic tirreferi għas-servizz mogħti minn professjonisti, aktar milli għall-binja per se.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-GPs fir-Residenza San Vinċenz de Paul tħallew jattendu konferenza fil-ġimgħa bejn it-8 u t-12 ta’ Ġunju imma r-Resident Doctors le?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal-liema konferenza qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ir-rosters tat-tobba fir-Residenza San Vinċenz de Paul qed jaġevolaw lill-GPs għad-detriment tar-Resident Doctors?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rosters tat-tobba fir-Residenza San Vinċenz de Paul mhux qegħdin jaġevolaw lill-ebda grad partikulari. It–tobba ġewwa San Vincenz qegħdin jaħdmu fuq duty rosters ta’ 1 in 8. Dan għall-kuntrarju ta’ meta t-tobba residenti kienu jqassmu d-duties bejniethom fejn it-tobba residenti kienu dejjem jieħdu huma l-Ħdud u l-festi u jħallu l-ġranet l-oħra għall-General Practitioners u l-Foundation Doctors, tant li dawn tal-aħħar kienu għamlu lment mal-MAM kif ukoll mal-amministrazzjoni ta’ San Vincenz.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fir-Residenza San Vinċenz de Paul hemmx GPs li ġew assenjati inqas minn 70 pazjent waqt li hemm Resident Doctors li għandhom iktar minn 170 pazjent? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal din id-diskrepanza qawwija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi b'mod temporanju, hemm General Practitioner waħda (1) li kellha inqas swali minn tobba oħra, u dan minħabba li qiegħda tagħmel diversi xogħolijiet oħra li jinkludu coverage ta’ tobba li jkunu fuq vacation leave u sick leave. Il-General Practitioner in kwistjoni tagħmel ukoll diversi assessments lill-persuni qabel ma jiddaħlu fir-residenża San Vincenż. Dawn is-servizzi jinvolvu skariġġ u ġiri f'diversi sptarijiet, djar tal-Gvern u djar privati, li ma jingħatawx mit-tobba residenti ta’ San Vincenż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fost il-GPs li bdew jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paul hemmx tobba li qed jiġu aġevolati minħabba parentela politika jew trejdunjonistika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-amministrazzjoni ta’ San Vincenż la kienet u lanqas hi interessata fil-parenteli, affiljazzjonijiet jew orientazzjonijiet tal-persuni ingaġġati magħha bħala GPs. Jekk kien isir hekk qabel, din il-prattika ma teżistix illum.
Residenza San Vinċenz de Paul – GPs – kuntratti ffirmati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-GPs li għamlu l-interview u ntgħażlu biex jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paul iffirmawx il-kuntratt tagħhom? Jekk iva, meta ġie ffirmat? Jekk le, għalfejn għadu ma ġiex iffirmat? Kien hemm xi tibdil mill-kuntratt oriġinali?
Jista’ l-Ministru jgħid liema items huma out of stock mir-Renal Unit tal-Isptar Mater Dei u kif qed jiġu affetwati l-pazjenti minħabba dan in-nuqqas?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kull pazjent fir-Renal Unit qed jieħu t-trattament neċessarju. L-unika item li kien out of stock minn Mater Dei Hospital Pharmacy fir-rigward tar-Renal Unit kien l-IV iron imma l-ebda proċedura ma ġiet affetwata u l-pazjenti kollha ħadu t-trattament li kellhom bżonn, peress li ghad fadal hazna limitata fir-Renal Unit innifisha. Sal-ahhar ta’ din il-ghima l- Mater Dei Hospital Pharmacy se jerga ikollha dan item in stock.
Residenza San Vinċenz de Paul – anzjana li tħalliet waħedha
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li nhar is-27 ta’ Mejju 2015, anzjana tħalliet waħedha fil-ward fir-Residenza San Vinċenz de Paul wara li l-istaff u l-pazjenti marru ħarġa? Jikkonferma li din l-anzjana kellha problemi ta’ saħħa u li n-nuqqas ta’ preżenza ta’ professjonisti mediċi kienu ta’ periklu għaliha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – CEO — rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn is-CEO tar-Residenza San Vinċenz de Paul li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mhux qed timxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Ombudsman fir-rigward tal-każ ta’ Resident Doctors u l-GPs?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha żball. Sa minn qabel ma l-Ombudsman ta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fl-aħħar ta’ April 2015, t-tmexxija ta’ San Vinċenz de Paul kienet diġa ħadet passi f’din id-direzzjoni, f’konformita’ sħiħa mad-disposizzjonijiet tal-ftehim iffirmat bejn il-MAM u l-Gvern preċedenti fis-27 ta’ Frar 2013. Dan pero seta’ jsir biss wara negozjati li wasslu għal qbil bejn il-Gvern preżenti u l-MAM fil-15 ta’ Diċembru 2014 li permezz tiegħu Klawsola 6 tal-ftehim ta’ Frar 2013 kienet ri-attivata fuq bażi ta’ darba.
Din ir-ri-attivazzjoni ta’ darba tfisser li dawk li huma fil-grad ta’
Senior Staff Grade
u li huma fuq l-i
Specialist Register
tal-ispeċjalita’ relevanti hekk kif miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta, saru eleġibbli li joqgħodu għal intervista sabiex ikunu jistgħu jipprogredixxu għal Skala 5 fil-grad ta’
Resident Specialist (Geriatrics)
jew
Senior General Practitioner
. Permezz ta’ hekk nħarget sejħa għal applikazzjonijiet għal dawk eliġibbli li fetħet fit-23 ta’ Marzu 2015 u għalqet fil-15 ta’ April 2015.
Għaldaqstant kif spjegajt qabel nikkonferma li s-CEO u l-amministrazzjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul kienu diġa qegħdin jimxu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman minn qabel ma dan ħareġ il-konklużjonijiet tiegħu.
Residenza San Vinċenz de Paul – Twissija tal-Ombudsman
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Ombudsman, fid-deċiżjoni tiegħu fuq il-GPs u r-Resident Doctors fir-Residenza San Vinċenz de Paul wissa li d-deċiżjoni tas-CEO li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hija inġusta u se toħloq bad blood bejn it-tobba?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 17020. Fl-istess waqt nistieden lill-Onorevoli Interpellant taqra sew il-konklużjonijiet tal-Ombudsman hekk kif dan ikkonferma li ma sab l-ebda nuqqas amministrattiv fl-ebda parti tat-tmexxija ta’ San Vinċenz de Paul, kif ukoll iddikjara kategorikament li fil-kwistjoni kollha, l-aħjar l-interess ta’ San Vinċenz de Paul ipprevala fuq kull kunsiderazzjoni oħra.