Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – serq mill-parking area

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ serq mill-parking area/ garage tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2013, 2014 u 2015 sad-data ta’ din l-interpellanza? Kemm ġew solvuti każijiet u kemm tressqu nies il-Qorti fuq l-istess każijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Sistema ta' saħħa — preferred bidder

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu l-kumpanija li ntgħażlet bħala l-preferred bidder biex tmexxi s-sistema tas-saħħa f'pajjiżna, l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għadha qed tfittex l-investituri hi stess sabiex jappoġjawha għaliex finanzjarjament mhijiex b'saħħitha biżżejjed? Jekk dan huwa minnu, x'tip ta' due dillegence għamel il-Gvern fuq din il-kumpanija? X'inhuma l-assi ta' din il-kumpanija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija msemmija ssottomettiet business plan u financing plan ta’ livell gholi kif mehtieg.

Sistema tas-saħħa — preferred bidder - ftehim

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li għamel mal-kumpanija li ntagħżlet bħala l-preferred bidder biex tmexxi s-sistema tas-saħħa f''pajjiżna u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-Gvern se jżomm l-istakeholders u lill-Parlament aġġornat bl-iżviluppi dwar il-Public Private Partnership li ser iwassal għal investiment kbir ġewwa Għawdex u St. Luke’s.

Sptar t’Għawdex — kumpanija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17554, peress li m'għandha xejn x'taqsam mal-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid hux minnu li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bagħtu tim ta' persuni biex jitkixxfu fuq l-Isptar t'Għawdex ferm qabel ma rebħu t-tender huma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17554.

Sptar t’Għawdex — management

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17553, peress li m'għandha xejn x'taqsam mal-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid hux minnu li fl-Isptar t'Għawdex il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament se jieħdu l-management f'idejhom minn Settembru 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan mhux minnu. Ix-xahar imsemmi diga ghadda. Il-mudell ta’ PPP gie mhabbar xhur ilu u spjegat ukoll.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Pre Budget Document 2016

Question

Jista' l-Ministru jgħid għafejn fil-Pre Budget Document 2016, il-Gvern qed jirreferi għall-Isptar t'Għawdex bħala l-Isptar ta' Barts f'Għawdex meta Barts suppost li mhumiex l-investituri? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ffirma ma' Barts?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-Isptar ta’ Għawdex ser iservi bħala teaching hospital għall-Medical School prestiġjuża ta’ Barts and the London School of Medicine. Il-ftehim ta’ Barts gie ikkordinat mill-Malta Enterprise.

Formolarju tal-Mediċini — mediċini li tneħħew

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mediċina tneħħiet mill-formolarju tal-mediċini tal-mediċini taħt Schedule V?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi kien hemm medja ta’ 40 medicina fis-sena u li ħafna d-drabi l-mediċini jitneħħew mill-formolarju għaliex ikunu jew introdotti mediċini alternattivi, jew ikunu disponibbli f’dożi oħra, jew ikunu ġew discontinued.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – mobile phones mħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nħoloq wara r-reshuffle ta' April 2014. Il-mansjonijiet tal-Ministeru responsabbli mill-Gustizzja f'din il-legi¿latura huma differenti mill-mansjonijiet tal-Ministeru responsabbli mill-Ġustizzja fi Gvern preċedenti, anke għaliex waqt li f'leġi¿latura preċedenti l-Ministeru responsabbli mill-Ġustizzja ma kellux Segretarju Parlamentari miegħu, il-Ministeru llum hu magħmul kemm minn Ministru u kemm minn Segretarju Parlamentari. Fl-aħħar leġislatura s-Segretarjat Privat fil- Ministeru responsabbli mill-Ġustizzja kellu massimu ta’ 14-il numru bil-mobile phone mħallas mill-Gvern u l-ispi¿a fuq mobile phones f’din il-legislatura kienet ta’ Eur 45,500. Bejn April 2014 u t-30 ta' Ġunju 2015 is-Segretarjati Privati fil-Ministeru tiegħi u tas-Segretarjat Parlamentari bejniethom kellhom 9 persuni bil-mobile phone mħallas bl-ispiza tkun ta’ Eur 17,020.30.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – paga ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-paga tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li s-salarju tal-persuna msemmija huwa ta’ Euro30,000

Pazjenti – Kura għall-abbuż ta’ steroids

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-kura jew ingħata l-kura minħabba abbuż ta’ steroids (anabolic-androgenic steroids) sena b’sena minn Jannar 2010 sa Ġunju 2015? Kemm minn dawn il-pazjenti kienu nfettati ukoll mill-HIV, Hepatits B u/jew C? X’inhi l-età ta’ dawn il-pazjenti? Kemm huma nisa u kemm irġiel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysisu l-Electronic Case Summary kien hemm każ wieħed fejn id-discharge diagnosis kien irreġistrat bħala abbuż ta’ steroids (anabolic-androgenic steroids) bejn Jannar 2010 u Ġunju 2015.

Tilqima tal-Meningits B

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ħadu t-tilqima tal-Meningitis B sena b’sena minn Jannar 2010 sa Ġunju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li kien biss fl-2013 li l-vaccin tal-Meningits B inghata il-marketing authorisation mill- European Medicine Authority.

Pazjenti – problemi tas-saħħa kardjo vaskulari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbagħtu ittri lill-pazjenti Maltin bi problemi tas-saħħa kardjo vaskulari sabiex imorru jagħmlu t-testijiet relatati mal-kundizzjoni tagħhom f’Għawdex? Minn dawk li ġew mistiedna kemm fil-fatt attendew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-unika test li l-pazjenti b’ problema ta’ sahha kardjo vaskulari jintbatu ghalih il-Gozo General Hospital huwa il- Cardiac CT. Dan huwa servizz gdid li inbeda f’ Novembru ta’ 2014. Mis -26 ta’ Novembru 2014 sa 6 ta’ Lulju 2015 kien hemm 49 –il pazjent, li 37 minnhom kienu Maltin.

Ċimiterju tal-Addolorata — depożitu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għamlu depożitu ta’ €2,500 fuq oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Gvern prezenti rega’ ssottometta applikazzjoni mill-gdid lill-MEPA sabiex jitkompla l-progett tat-tkabbir tac-Cimiterju ta’ Santa Marija Addolorata peress li l-Gvern preċedenti kien ħalla l-permess jiskadi f’Gunju tal-2011

Dipartiment tas-Saħħa — pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa ħax jew hux jieħu prekawzjonijiet wara li studju riċenti tal-Għaqda Dinija tas-Saħħa li qed juri l-pestiċida 2,4-dicholorophenoxyacetic acid (2,4-D) li tintuża fit-tneħħija ta’ ħaxix ħażin, tista’ tikkawża l-kanċer jew hija possibbiliment karċeroġina? X’passi ttieħdu u/jew se jittieħdu f’dan ir-rigward?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Mental Welfare Officers – Caring professionals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx caring professionals oħra min barra infermiera u social workers li qed jagħmlu xogħol ta’ Mental Welfare Officers?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li x-xoghol tal-Mental Welfare Officers isir minn infermiera u social workers

Mental Welfare Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu Mental Welfare Officers minn Jannar 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li minn Jannar 2013 iddahhlu 8 Mental Welfare Officers.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – spejjeż għal safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa minn Jannar sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra (a) Min kienu l-persuni li siefru; (b) Minn min kienu akkumpanjati; u (c) X’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa? Min huma dawn il-persuni? X’inhi l-pożizzjoni tagħhom u kemm hu s-salarju tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-membri fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa huma skont kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Full mastectomy – average Hospital Stay

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-average hospital stay għall-pazjenti li jagħmlu full mastectomy?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register u CPAS, l-average length of stay għall-pazjenti li għamlu mastectomjinsab fit-tabella hawn taħt. Il-proċedura mastectomy ġiet maqsuma f’ bilateral mastectomy u unilateral mastectomy u l-anali¿i saret fuq is-sena 2014. Procedure Average Length of Stay (days) Unilateral Mastectomy (ICD 9 CM codes: 85.41, 85.43, 85.45, 85.47, 85.33, 85.34) 2.0 Bilateral Mastectomy (ICD 9 CM codes: 85.42, 85.44, 85.46, 85.48, 85.35, 85.36) 2.8

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li l-persuna msemmija ghandu l-pozizzjoni ta’ Projects Director.