Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ftehim mar-Russja — taħriġ u servizzi mediċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim mar-Russja mħabbar fil-15 ta' Settembru hux għal taħriġ jew għal servizzi mediċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Memorandum of Understanding li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tas-Saħħa — ingaġġ ta' payroll officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fl-aħħar sejħa għall-Payroll Officer fl-isptarijiet u fid-Dipartiment tas-Saħħa, kemm kien hemm bżonn persuni u kemm fir-realtà ġew appuntati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li għall-Payroll Officer fl-isptarijiet u fid-Dipartiment tas-Saħħa, kien hemm bżonn ta’ żewġ persuni u tnejn ġew appuntati.

Programm ta' taħriġ għat-tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn din is-sena ma nfetaħx il-programm ta' taħriġ għat-tobba f'livell ta' BST għall-kura fil-komunità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli interpellanta li jekk b’ “kura fil-komunità” qed tirreferi ghal-ispecjalizzazjoni tal-Medicina tal-Familja (Family Medicine) id-dipartiment tas-Sahha qed jistenna l-ezitu ta’ decizjoni mill-Qorti tal-Appell u ghalhekk ma setax johrog sejha ghal-applikazzjonijiet godda

Sptar Boffa — pjanijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li m'għadx hemm pazjenti fl-Isptar Boffa ħlief għad-Dipartiment tad-Dermatoloġija, x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal dan l-Isptar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13973.

Sptar Boffa — xogħlijiet ta' tibjid

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li diġà beda xi xogħol ta’ tibjid fl-Isptar Boffa biex jibdew jitpoġġew pazjenti u/jew anzjani f’dan il-bini?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19038

Formularju tal-mediċina — żieda fil-lista ta' mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mediċina żdiedet mill-formolarju tal-mediċini tal-mediċini taħt Schedule V?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant din hija l-lista ta’ mediċini ġodda li gew mi¿juda mil-2013 sa llum . Fentanyl 25mcg transdermal patches,Fentanyl 50mcg transdermal patches,Capecitabine 150mg tablets,Capecitabine 500mg tablets,Cyclophosphomide 1g injections,Lenalidomide 10mg capsules ,Lenalidomide 15mg capsules,Erlotinib 100mg tablets,BCG vaccine,Docusate Sodium 100mg tablets,Baclofen vials,Flucloxacillin 1000mg injections,Daptomycin 500mg injections,Azithromycin 250mg capsules,Azithromycin 500mg capsules,Azithromycin 250mg/5L suspension,Ciprofloxacin 250mg/5mL suspension,Natalizumab 20mg/mL infusion,Atomoxetine 10mg capsules,Atomoxetine 18mg capsules ,Atomoxetine 25mg capsules ,Atomoxetine 40mg capsules ,Atomoxetine 60mg capsules,Atomoxetine 80mg capsules,Fingolimod 0.5mg capsules,Danaparoid 750units/0.6mL injections,Dimethyl Fumarate 20mg capsules,Dimethyl Fumarate 40mg capsules,Teriflunomide 14mg tablets,Argatroban 100mg/mL concentrate for infusion,Human Papillomavirus vaccine,Pancreatin Capsules (Creon 25,000U),Simeticone 40mg/mL suspension,Tirofiban 250mcg/ml concentrate for infusion,Sulphur Hexafluoride 8 microlitres/mL injections,Sunitinib 25mg capsules.

Formularju tal-mediċini — lista ta' mediċini li tneħħew

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' mediċini li tneħħew mill-formolarju tal-mediċini mill-2013 sa kemm titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jindika b'mod ċar kull mediċina għal liema kundizzjoni tintuża?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar

Formularju tal-mediċini — lista ta' mediċini li żdiedu

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' mediċini li żdiedet mill-formolarju tal-mediċini mill-2013 sa kemm titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jindika b'mod ċar kull mediċina għal liema kundizzjoni tintuża?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar

Mediċini ġodda għal kura tal-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żdiedux mediċini ġodda għal kura tal-kanċer bejn l-2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija? Jekk iva, jista' jindika limema huma dawn il-mediċini u għal liema kanċer jintużaw?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi ghat-tabella t’hawn taht: Mediċina Indikazzjoni Fentanyl 25mcg transdermal patches Uġieh kroniku f’pazjenti bil-kanċer Fentanyl 50mcg transdermal patches Uġieh kroniku f’pazjenti bil-kanċer Capecitabine 150mg tablets Kanċer tal-musrana Capecitabine 500mg tablets Kanċer tal-musrana Cyclophosphomide 1g injections *(Doza gdida) Pazjenti morda b’diversi tipi ta’ kanċer Lenalidomide 10mg capsules *(Doza gdida) Pazjenti morda bil-Multiple Myeloma Lenalidomide 15mg capsules * (Doza gdida) Pazjenti morda bil-Multiple Myeloma Erlotinib 100mg tablets * (Doza gdida) Pazjenti morda bil-kanċer tal-pankreas u Non Small Cell Lung Cancer BCG vaccine Washout għall-pazjenti bil-kanċer fil-bu¿ieqa tal-urina

Memorandum of Understanding bejn Malta u r-Russja

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding bejn Malta u r-Russja li tħabbar nhar il-15 ta' Settembru 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument mitlub diġa’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ftehim iffirmat mar-Russja — rwol tas-CEO tal-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min kien akkumpanjat biex sar il-ftehim mar-Russja imħabbar fil-15 ta' Settembru 2015? X'kien ir-rwol tas-CEO tal-Isptar Mater Dei f'dan il-ftehim?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru kien akkumpanjat minn delegazzjoni magħmula minn membri tas-Segretarjat tal-Ministeru u mill-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei. Il-Kap Eżekuttiv kien parti minn din id-delegazzjoni li ¿aret ċentri medicċi ta’ eċċellenza li jistgħu jgħinu fl-iżvilupp ta’ koperazzjoni iktar b’saħħitha bejn iż-żewġ pajjiżi, u possibilment b’introduzzjoni ta’ servizzi għall-benefiċċju tal-pazjenti f’pajjiżna.

Sptar Mater Dei – Pazjenti fil-kuriduri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti fil-kuriduri jew f’dawn iż-żoni tal-Isptar Mater Dei (Medical Imaging Corridor, Pediatric Corridor (mhux tfal), Pediatric Day Care (mhux tfal), Day Surgery Recovery) matul Lulju u Awwissu 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni miġbura mis-CPAS n-numru ta’ pazjenti li daħlu għal kura fiż-żoni msemmija fil-mistoqsija parlamentari, matul Lulju kien ta’ 237 u f’Awwissu 2015 kien ta’ 304, medja ta’ 5 pazjenti kuljum fiż-żona magħrufa bħala MAU1. Fiż-żoni tal-Paediatric Corridor u MOT recovery ma kien hemm l-ebda pazjent f’Lulju u matul ix-xahar ta’ Awwissu kien hemm medja ta’ tliet pazjenti kuljum. Dan juri l-progress li sar hekk kif f’Lulju u Awwissu tal-2011 in-numru ta’ pazjenti fil-kuriduri kien ta’ 1285, filwaqt li fl-istess perjodu fl-2012 in-numru ta’ pazjenti fil-kuriduri kien ta’ 1352.

Sptar Mater Dei — anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Awwissu kien hemm aktar minn 140 pazjent anzjan fl-Isptar Mater Dei jistennew biex jittieħdu għall-kura f’dar jew fi sptar tal-anzjani?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’żewġ konferenzi tal-aħbarijiet li l-Onorevoli Interpellant għamlet fl-aħħar jiem ta’Awwissu sostniet li fl-isptar Mater Dei kien hemm 451 pazjent li qiegħed f’dan l-isptar għat-tul. F’dawk l-istess ġranet iżda n-numru ta’ anzjani li kienu qegħdin Mater Dei għal kura fit-tul kienu 68, filwaqt li 13-il pazjent ieħor kien qed jistenna għar-rijabilitazzjoni. Dan għal total ta’ 81 pazjent.

St. James Hospital – Ftehim iffirmat

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt li l-Gvern iffirma ma’ St. James Hospital biex isiru operazzjonijiet fil-privat, liema ftehim tħabbar f’Awwissu 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt huwa ta’natura kummercjali ghaldaqstant ma jistghax jigi ippublikat. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-istess klawsola tinsab ukoll fil-kuntratti precedenti li saru bejn l-amministrazzjoni precedenti u l-isptar imsemmi.

St. James Hospital – ftehim iffirmat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ftehim fuq kemm iridu jsiru operazzjonijiet b’kollox fl-Isptar St. James bħala parti mill-ftehim bejn il-Gvern u St. James Hospital? Kemm iridu jsiru operazzjonijiet f’kull operating session? Kemm hi twila kull operating session?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt mal-Isptar St James jittratta l-kiri ta’ teatru ghall- sessjoni ta’ 4 sighat il-wahda, flimkien mas-servizzi ta’ anestetista u nurses.

Sptar St. James — operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret fl-Isptar St. James f’Awwissu 2015 bħala parti mill-ftehim bejn il-Gvern u dan l-isptar privat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum saru 60 –il operazzjoni.

Sptar Monte Carmeli — carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn carers imħallsa mill-Isptar Monte Carmeli ħadu ħsieb pazjenti fil-privat imma baqgħu jitħallsu mill-Isptar Monte Carmeli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Community Treatment Order huwa pjan ta kura fil-kommunita taht il-ligi l-gdida tas-sahha mentali (kap. 525), dan huwa approvat mil-Kummisarju tas-Sahha mentali hekk kif mitlub mil-istess Ligi.

Sptar Mater Dei – infezzjonijiet minn suturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti fl-2015 li żviluppaw xi infezzjoni u/jew kumplikazzjoni minħabba suturi (sutures) li ma kenux ta’ kwalità u li ntużaw fl-Isptar Mater Dei?? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-każijiet seħħew fil-Gynae and Obstetric?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont taghrif migbur mill-Infection Control Department tal-Isptar Mater Dei ma kien hemm ebda infezzjoni fiz-zmien indikat mil-Onorevoli Interpellant minhabba suturi li ma kienux ta’ kwalita’.

Sptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo — Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew jingħataw is-servizzi fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo? X’tip ta’ servizzi bdew jingħataw?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi kollha tal-Onkologija qed jinghataw mil-Isptar Sir Anthony Mamo.

Sptar Mater Dei – kuntratt tal-Medical Assessment Unit

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt tal-Medical Assessment Unit tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-kuntratt huwa ta’natura kummercjali u ghaldaqstant ma jistghax jigi ippublikat.