B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W394 u jista’ l-Ministru jgħid meta bdew jingħataw is-servizzi fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo? X’tip ta’ servizzi bdew jingħataw?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà ġiet imwiegba għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W394
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn kien ġej it-tniġġiż tal-baħar f’Baħar iċ-Ċagħaq li ġie rappurtat għal żmien twil tul is-sajf 2015? Rapporti fil-media wrew li t-tniġġiż ma kienx ġej mill-park fil-viċin imma mix-xogħlijiet li kienu qed isiru fuq it-Triq tal-Kosta? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan hux minnu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni migbura mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fil-5 t’Awwissu kien iddikkjara li ż-żona tal-bajja Dog Friendly Beach f’Baħar iċ-Ċagħaq ma kinitx rakkomandata għall-għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ fil-baħar. L-izbroff tad-drenagg kien identifikat u l-problema giet solvuta. L-izbroff ma kienx gej mill-park imsemmi. Madanakollu jidher li ghadu gej ilma minn sors iehor mhux identifikat. Sakemm jinstab minfejn hu s-sors u ikun zgurat li ma hemm ebda periklu, ghawm f’din il-bajja ghadu mhux rikomandat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ mard (fosthom infezzjonijiet) li kienu kkawzati mit-tniġġiz fil-baħar? X’tip ta’ mard kien u mil-liema żoni tal-għawm ittieħed dan il-mard?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispecifika ghal liema perjodu qed tirreferi.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17571, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ħadu t-tilqima tal-Meningitis B sena b’sena minn Jannar 2013 sa Settembru 2015?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17566, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’kollox li jaħdmu fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa? Min huma dawn il-persuni? X’inhi l-pożizzjoni tagħhom u kemm hu s-salarju tagħhom?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W387, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti fil-kuriduri jew f’dawn iż-żoni tal-Isptar Mater Dei (Medical Imaging Corridor, Pediatric Corridor (mhux tfal), Pediatric Day Care (mhux tfal), Day Surgery Recovery) matul Lulju u Awwissu 2015?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W388, jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Awwissu kien hemm aktar minn 140 pazjent anzjan fl-Isptar Mater Dei jistennew biex jittieħdu għall-kura f’dar jew fi sptar tal-anzjani?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Environment Health Inspectors kull xahar bejn Jannar 2014 u Settembru 2015 fil-Faċilita Korretiva ta’ Kordin? Kemm minn dawn l-ispezzjonijiet saru fil-kċina?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2015 saru 7 spezzjonijiet mill-Environment Health Inspectors gewwa il-Facilita Korretiva ta’ Kordin, f’Ġunju saru tlett spezzjonijiet li jikkonsitu f’spezzjoni waħda ta’ żewġ kċejjen u spezzjoni oħra fil-forn. F’Lulju saret spezzjoni waħda fil-kċina prinċipal flimkien ma’ teħid ta’ kampjuni u f’Settembru saru tlett spezzjonijiet fil-kċina prinċipali u f’okkażżjoni minnhom sar ukoll teħid ta’ kampjuni.
Environment Health Inspectors — spezzjonijiet - outcomes
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-ispezzjonijiet mill-Environment Health Inspectors bejn Jannar 2014 u Settembru 2015 fil-Faċilità’ Korretiva ta’ Kordin, x’irriżulta fuq l-istat tal-kċina tal-ħabs? X’kienu l-outcomes ta’ dawn l-ispezzjonijiet? X’kienu r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-istess spettorat tas-saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-procedura tad-Direttorat ghas-Sahha Ambjentali, informazzjoni u rizultati dwar spezzjonijiet jinzammu kunfidenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħid, wara l-episodju ta’ food poisoning fl-ikel li ħareġ mill-kċina tal-ħabs, liema azzjoni ttieħdet biex titjieb is-sitwazzjoni? Reġgħu saru spezzjonijiet oħrajn? Jekk iva, x'kien ir-riżultat ta' dawn l-ispezzjonijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Filwaqat li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19047, nitlobha tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — waiting list tas-Servizz tad-Dermatoloġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fuq il-waiting list tas-servizzi tad-dermatoloġija fl-Isptar Ġenerali f’Għawdex? Kemm hi l-medja ta’ stennija għal dan is-servizz?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dipartiment tad-Dermatologija fl-Isptar Ġenerali f’Għawdex m’hemmx lista ta’ stennija. Kasijiet ta’ follow jinghataw appuntament wara medja ta xahrejn.
Jista’ l-Ministru jgħid, bejn Mejju u Settembru 2015 kemm dam wieqaf l-air conditioning f’partijiet differenti tal-Isptar t’Għawdex? Jista’ jikkonferma li l-arja kundizzjonata kienet wieqfa fil-wards tal-anzjani kif ukoll fl-Emerġenza tal-istess Sptar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-arja kondizzjonata ma kinitx wieqfa la fil-wards tal-anzjani u lanqas fl-Emergenza tal-Isptar. Kien hemm ħsara f’parti mis-sistema fi-residenza Sant’Anna, liema ħsara ġiet imsewwija mill-aktar fis possibbli. Fit-teatri tal-operazzjonijiet kien hemm nofs t’nhar li zviluppaw xi hsarat fl-arja kundizzjonata imma din kienet trangata dak in-nhar stess.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjenti żgħażagħ Maltin kienux parti mill-istudju tal-paroxetine? Jekk iva, kemm kien hemm żgħażagħ taħt din il-mediċina u jekk kienx hemm minnhom li żviluppaw side effects konsegwenza ta’ din l-istess mediċina?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onerovoli Interpellanta li d-dipartiment tas Sahha ma kienx involut f' dan l-istudju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Crisis Intervention fi ħdan l-Isptar Mater Dei hux qed jiffunzjona? Kemm hemm nurses imħarrġa fis-saħħa mentali fit-team? Minn min hu mmexxi t-team?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li s-servizz tal-Crises qieghed jiffunzjona. Prezentament jikkonsisti fi Specjalista fil-psikjatrija li imbaghat jirreferi l-kaz lill persuni ohra fis-servizzi tas-sahha mentali f' oqsma multidixxiplinarji varji skond il-htiega ta’ kull kaz individuali.
Ċentri ta' Matul il-Jum — Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali - lista
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista taċ-Ċentri kollha ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u meta dawn infetħu? Kemm hemm impjegati jaħdmu f’kull wieħed minn dawn iċ-ċentri u x’inhuwa l-grad tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li hemm hames centri li jiehdu hsieb il-Persuni b’nuqqas ta’ sahha mentali, dawn jinsabu fiz-Zejtun, f’ Hal Qormi, l-Floriana, Cospicua u Paola.
Hemm erba’ mpjegati f’kull centru, li l-grad taghhom jikkonsisti Occupational Therapist (x 1) u care workers (x 3)
Minbarra dawn l-impjegati tal-post, hemm ukoll numru ta Assistant Psychologists li jaghtu servizz gewwa c-Centri ta’ Matul il-Jum.
Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9509, jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex jerġa’ jiffunzjona l-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali u meta kien twaqqaf dan is-servizz tant importanti għal persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali beda f’2010. Fil-perjodu bejn 2012 u 2013 dan is-servizz gie temporanjament sospiz. Fil-bidu ta’ 2014 sar rekjutagg kemm ta’ volontiera u anke ta’ pazjenti li jistghu jibbenificaw minn dan is-servizz u s-servizz rega beda jiffunzjona lejn l-ahhar ta’2014.
Servizz ta’ psychiatric outpatient — nurses - home visits
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru home visits is-sena l-oħra mill-ħaddiema soċjali u minn psychiatric nurses lil madwar 4,500 psychiatric outpatients kif indikati fil-mistoqsija parlamentari 12334 u li għandna mifruxin madwar Malta u Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’home visits li saru f’2014 kien ta’ 7705 gewwa Malta u 570 gewwa Ghawdex. Dawn il-home visits twettqu minn haddiema profesjonisti diversi skond is-servizzi indikati fit-tabella.
Malta
Day Centres
905
Mental Health Clinics
1313
Outreach Team
3192
Social Workers MCH
2050
Occupational therapists
245
7705
Ghawdex
Social workers
522
Occupational therapists
48
570
Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jgħixu waħidhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li qed jgħixu waħidhom? X'inhuma s-servizzi li qed jingħataw mill-Gvern dawn il-persuni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa hemm total ta’ 13,000 persuna reġistrata mas-servizzi ta’ Saħħa Mentali li jirċievu servizz ta’ Outpatients ġewwa l-isptar Mater Dei jew fil-komunita. Hemm ukoll 96 -il persuna li jirċievu servizz ta’ kura u sapport mis-servizz ta’ l-Outreach u 267 il-persuna li jattendu d-Day Centres.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-pilloli tal-ħadid mhux qed jingħataw b'xejn lid-donaturi tad-demm f'Malta? Jista' jgħid ukoll jekk fil-fatt jingħatawx b'xejn lid-donaturi Għawdxin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’Ghawdex id-donaturi tad-demm jinghataw il-pilloli tal-hadid mill-ispizerija tal-isptar t’Ghawdex.
Qeghdien issiru arrangamenti sabiex id-donaturi tad-demm f’Malta ikunu jistghu jinghataw il-pilloli tal-hadid mill-ispizerija ta’ Mater Dei.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim mar-Russja imħabbar fil-15 ta' Settembru 2015 jinvolvix l-Isptar Mater Dei? Jekk iva, ġew ikkonsultati l-clinical chairs qabel ma saru dan il-ftehim? Jekk iva, x'kienet ir-reazzjoni tagħhom? Fil-fatt, is-CEO iddiskuta dan il-ftehim mar-Russja fiċ-Chairmen's meeting?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Memorandum of Understanding li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.