Legislature:
Category:
Reset
Active:

Visas lill-barranin għal raġunijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mater Dei – cardiac MRIs

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li qabel id-29 ta’ Settembru 2015 kienu jsiru cardiac MRIs fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel pazjenti li sarilhom Cardiac MRI bis-software specjalizzat ghal dan il-ghan fl-isptar Mater Dei kien fl-1 ta’ Ottubru 2015. Qabel dan iz-zmien kien hemm arrangament ma sptar f’Monza l-Italja, u ricentament fil-perjodu bejn Marzu u Settembru 2015 fi sptar privat f’Malta.

Visas lill-Barranin għall-raġunijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum u lil liema nazzjonalitajiet ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Settur tas-Saħħa — kontroll

Question

Minħabba li t-tweġiba li ta l-Ministru m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija parlamentari 17555, jista’ l-Ministru jagħti garanzija li mhux se joħolqu monopolju privat fis-settur tas-saħħa? Huwa minnu li l-kontroll totali tas-sistema tas-saħħa f’pajjiżna se tkun f’idejn il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17750

MMDNA — kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu kontijiet pendent mal-MMDNA? X’inhu l-ammont ta’ flus li l-MMDNA għandha tieħu mingħand il-Gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Qasam tad-Djar — strateġija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istrateġija dwar il-qasam tad-Djar li tlestiet fit-23 ta’ Diċembru, 2013 u jindika dawk ir-rakkomandazzjonijiet li hemm f’dan ir-rapport biex jiġu megħjuna persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ir-Rapport imsemmi jirrakkomanda li l-Awtorita’ taddotta mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni li, jikkonsidra mhux biss is-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikanti, iżda wkoll ċirkostanzi oħra bħall-istat mentali tal-individwu.

Visas lill-barranin għal raġunijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-ministru ikkoncernat.

Tender tas-Supply and Mainatenance tal-cardiac MRI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min intrebaħ it-tender tas-supply and maintenance tal-cardiac MRI li tħabbret fid-29 ta’ Settembru 2015? Kemm kienet in-nefqa totali fuq dan il-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-procurement contract ta’ dan il-MRI? Dan l-MRI hu speċifikament għall-cardiac jew jista’ jintuża għall-kundizzjonijiet oħra? Biex inxtara dan l-MRI, il-fondi ġew mill-fond nazzjonali jew sorsi finanzjarji oħra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li cardiac MRI hi nvestigazzjoni u mhux apparat.

Sptar Mater Dei – kuntratt tal-Medical Assessment Unit

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W395 jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt tal-Medical Assessment Unit tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija diga giet imwiegba ghaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W395

Sptar Mater Dei – serq mill-parking area

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W396, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ serq mill-parking area/ garage tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2013, 2014 u 2015 sad-data ta’ din l-interpellanza? Kemm ġew solvuti każijiet u kemm tressqu nies il-Qorti fuq l-istess każijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija diga giet imwiegba ghaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W396

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – spejjeż għal safar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17565 u jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa minn Jannar sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra (a) Min kienu l-persuni li siefru; (b) Minn min kienu akkumpanjati; u (c) X’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17774.

Sptar Monte Carmeli – tenders u kuntratti ta’ tindif

Question

Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17559 il-Ministru wieġeb parti minnha, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tenders u kuntratti ta’ tindif għall-Isptar Monte Carmeli għas-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba parlamentari 17010.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Konsulenti

Question

B’referenza ghall-mistoqsija parlamentari 17558, jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti? Min huma dawn il-konsulenti? Liema hi l-area ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom? Kemm hu s-salarju ta’ kull konsulent?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispecifika ghal-liema konsulenti qed tirreferi.

Sptar Ġenerali t’Għawdex u Sptar Karen Grech — ħaddiema

Question

B’referenza għat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 17556, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan iffisirx li hemm ħaddiema li llum jaħdmu fl-Isptar t’Għawdex u l-Isptar Karin Grech li fil-fatt mhux se jibqgħu jaħdmu mas-settur tas-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17556.

St. James Hospital – Ftehim iffirmat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W389, jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt li l-Gvern iffirma ma’ St. James Hospital biex isiru operazzjonijiet fil-privat, liema ftehim tħabbar f’Awwissu 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà ġiet imwiegba għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W389.

St. James Hospital – ftehim iffirmat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W390 u jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ftehim fuq kemm iridu jsiru operazzjonijiet b’kollox fl-Isptar St. James bħala parti mill-ftehim bejn il-Gvern u St. James Hospital? Kemm iridu jsiru operazzjonijiet f’kull operating session? Kemm hi twila kull operating session?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà ġiet imwiegba għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W390

Sptar St. James — operazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W391 u jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret fl-Isptar St. James f’Awwissu 2015 bħala parti mill-ftehim bejn il-Gvern u dan l-isptar privat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant li sal-lum saru 100–il operazzjoni.

Sptar Monte Carmeli — carers

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W392 u jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn carers imħallsa mill-Isptar Monte Carmeli ħadu ħsieb pazjenti fil-privat imma baqgħu jitħallsu mill-Isptar Monte Carmeli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija diga giet imwiegba ghaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W392

Sptar Mater Dei – infezzjonijiet minn suturi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W393 u jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti fl-2015 li żviluppaw xi infezzjoni u/jew kumplikazzjoni minħabba suturi (sutures) li ma kenux ta’ kwalità u li ntużaw fl-Isptar Mater Dei?? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-każijiet seħħew fil-Gynae and Obstetric?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà ġiet imwiegba għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W393.