Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo — Podiatrists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm podiatrists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo? F’liema dipartimenti qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pazjenti fl-Isptar Sir Anthony Mamo jinghataw is-servizz ta’ podjatrista mill-profesjonisti ta’ Mater Dei

Sptar Monte Carmeli — Podiatrists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm podiatrists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Monte Carmeli? F’liema dipartimenti qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm zewg podiatrists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Monte Carmeli. Dawn jagħtu servizz tal-podiatrija lill-pazjenti kollha gewwa l-Isptar, kemm dawk bi problem ta’ sahha mentali kif ukoll dawk anzjani.
Leg 12 PQ #20317 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju Konġunt — Postijiet Kummerċjali – ċens rivedut

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ persentaġġ li bih l-Uffiċċju Konġunt jikkapitalizza l-ammont ta’ ċens rivedut fuq postijiet kummerċjali (li kienu jappartjenu lill-Knisja) u li s-sidien ikunu jridu jifdu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’kazijiet ta’ ċnus perpetwi rivedibbli fuq postijiet użati ghal skopijiet kummerċjali, iċ-ċens jigi kapitalizzat bil-5% wara li dan jigi rivedut skont il-klawsoli relatati mal-konċessjoini emfitwetika oriġinali. Min-naħa l-oħra, mhiex policy tad-Dipartiment illi ċnus temporanji fuq postijiet użati għal skopijiet kummerċjali jinfdew.
Leg 12 PQ #20318 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju Konġunt – reviżjoni ta’ ċnus

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Uffiċċju Konġunt jistabilixxi reviżjoni ta’ ċens (fuq talba ta’ sidien) fuq proprjetajiet residenzjali li qabel kienu jappartjenu lill-Knisja u li fil-kuntratt tagħhom ikun hemm stipulat li tali reviżjoni ssir fuq il-bażi ta’ ġurnata xogħol ta’ ħaddiem skont il-basic minimum wage u li tkun prevalenti fis-sena tar-reviżjoni, jiġu kkunsidrati l-addizzjoni tal-bonus statutorji li jingħata lil kull ħaddiem kull sena ma dak tan-National Basic Minimum Wage?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawk il-każijiet fejn ir-revizjoni trid issir skont il-basic minimum wage, hekk kif stipulat fil-kundizzjonijiet tal-konċessjoni emfitewtika orġinali, din ir-revizjoni ssir skont l-indici tal-minimum wage hekk kif imħabbar fuq il-gazzetta tal-Gvern.
Leg 12 PQ #20319 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju Konġunt – applikazzjonijiet għal ċens fuq proprjetajiet residenzjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, kemm huwa n-numru ta’ case officers fl-Uffiċċju Konġunt li qegħdin jaħdmu fuq: (a) applikazzjonijiet biex jiġi mifdi ċ-ċens fuq proprjetajiet residenzjali li s-sidien ikunu għamlu rikjesta biex jifdu ċ-ċens; u (b) proprjetajiet li jkun għalqilhom iċ-ċens u għalhekk ikunu fi stadju ta’ reviżjoni skont il-kuntratt oriġinali tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Uffċċju Kongunt hemm erbgħa uffiċjali li jaħdmu fuq l-skemi tal-fidi taċ-ċnus.

Operazzjonijiet tal-kataretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar kemm għamel operazzjonijiet tal-kataretti l-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament fil-perjodi kif gej: (a) Qabel l-2007 fl-Isptar San Luqa; (b) Bejn l-2008 u l-2012 fl-Isptar Mater Dei; u (c) Mill-2013 sal-2015 fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t’hawn taħt turi t-total ta’ operazzjonijiet tal-kataretti magħmula mill-professjonisti kollha f’dan il-qasam f’dawn l-aħħar 10 snin, fl-Isptar San Luqa u mill-2008 l-hawn fl-Isptar Mater Dei. Year 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 Total 1102 1094 1189 1223 1716 2365 2438 2564 2113 3651 2922* *up to Sep 2015

Visas lill-barranin għal raġunijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20222 u jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Settur tas-Saħħa – kontroll

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17550, 17555, 19070, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat il-ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala l-preferred bidder għall-privatizzazzjoni tal-Isptarijiet t’Għawdex, San Luqa u Karen Grech? Meta se jpoġġi dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19023.

Bathing Water Sites Classification Report – baħar tax-Xlendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn ġimgħa wara l-oħra, il-Bathing Water Sites Classification Report tal-2015 komplew juru kwalità baxxa (poor) tal-baħar fix-Xlendi, Għawdex? Jaf x’qed jikkawża dan it-tniġġiż fil-baħar tax-Xlendi? Jekk iva, x’qed jagħmel biex isolvi din il-problema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif stabbilit fir-Regolamenti tal-2008 dwar il-Maniġġar tal-Kwalità tal-Ilma tajjeb għall-għawm, din il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq evalwazzjoni perċentwali ta’ log10 tal-funzjoni tad-densità tal-probabbilità normali ta’ data mikrobioloġika li tinħadem fuq it-total ta’ kampjuni li jkunu ttieħdu matul l-istaġun uffiċċjali tal-għawm li fih 23 gimgħa u mhux fuq kampjuni individwali. Din il-klassifika ta’ batut hija kkaġunata minn riżultat għoli ħafna ta’ mikrobi li kien inġabar mill-bajja indikata bejn is-17 u it-22 t’ Awwissu. Fil-gimgħat ta’ wara l-iżbroff il-parametri mikrobioloġiċi dejjem kienu f’livelli aċċettabli u bħala tajbin għall-għawm.

Sptar Monte Carmeli – compulsory emergency admissions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena minn Jannar 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm-il pazjent iddaħħal fl-Isptar Monte Carmeli permezz tal-compulsory emergency admissions u kemm minn dawn il-pazjenti tpoġġew taħt observation order fi żmien 24 siegħa minn meta ddaħħlu l-Isptar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 kien hemm 410 Admissions on Emergency Order. Fis-sena 2014, bejn Jannar u Ottubru, sakemm daħlet fis-seħħ il-Liġi l-ġdida tas-Saħħa Mentali, kien hemm 360 Admissions on Emergency Order, filwaqt li minn Ottubru tal-istess sena sal-aħħar tas-sena 2014 kellna 30 Admissions taħt Observation Order. Mill-bidu tas-sena 2015 sa nofs Ottubru 2015 kien hemm 348 pazjent li kollha tpoġġew taħt Observation Order fi zmien 24 siegha.

Sptar Monte Carmeli – mental welfare officers – social workers

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-social workers li jaħdmu bħala mental welfare officers fl-Isptar Monte Carmeli jaħdmu mit-8:00am sa kmieni wara nofsinhar? Jista’ jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera li jaħdmu bħala mental welfare officer wara nofsinhar, filgħaxija u bil-lejl? Kemm minn dawn l-infermiera huma Departmental Nursing Officer?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

National Strategy for Mental Health – verżjoni aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-verżjoni aġġornata tan-National Strategy for Mental Health? Jista’ jgħid meta kienet l-aħħar darba li sar aġġornament ta’ din l-istrateġija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istrateġija tas-Saħħa Mentali ghal dawn l-ahhar sentejn iffukat fuq l-implimentazzjoni tal-ligi l-gdida tas-Sahha Mentali ta’ 2012. Sar tibdil fl-operat tas-servizzi tas- Sahha Mentali biex din il-ligi tigi mplementata u jitharsu d-drittijiet tal-persuni li uzaw dan is-servizz. L-iskedi kollha ta’ din il-ligi issa gew intrdotti bl-emfasi dejjem jibqa fuq kura ta’ livell oghli moghtija minn tim multidixxiplinarju b’ careplan ghal kull pazjent li jidhol gewwa l-isptar. Gew ntrodotti l-Ordni ta’ Kura fil-Komunita, kif ukoll zdiedu l-postijiet ta’ sheltered accommodation permezz tal-ftuh ta’ hostel ohra. Sar titjib fil-kura tat-tfal u adolloxenti, fejn nfetah Youth Residence ghal dawk li ghandhom bzon jircievu kura gewwa l-isptar Monte Carmeli. Se jitwaqqaf Board tad-Diretturi ghas- Servizzi tas-Sahha Mentali li ser ikollu r-responsabilita li jaghti pariri dwar l-istrategija u l-ghanijiet ghas-servizzi tas-Sahha Mentali ghas snin li gejjin.

Il-Mosta – Skola Maria Reġina – nuqqas ta’ għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-Iskola Maria Reġina, fil-Mosta, hemm nuqqas ta’ għalliema fosthom tal-Ingliż?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fid-29 ta’ Settembru 2015, għalliema tal-Ingliż li kienet għadha kemm ġiet impjegata, ħarġet b’sick leave fit-tul. Temporanjament, il-load ta’ din l-għalliema ingħata lil għalliema li kellha tibda il-maternity leave fit-28 ta’ Ottubru 2015. Fil-5 ta’ Ottubru 2015 għalliema oħra tal-Ingliż ġiet detailed għall-MCAST u sussegwentement il-load tagħha ingħata lil għalliema supply. L-għalliema li kellha tibda l-maternity leave fit-28 ta’ Ottubru, bdiet b’dan il-leave fil-15 ta’ Ottubru u l-load tagħha ingħatat lil għalliema supply li bdiet l-impjieg fis-27 ta’ Ottubru 2015.
Leg 12 PQ #20316 Sitting 320 2015-11-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju Konġunt — Postijiet residenzjali – ċens rivedut

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ persentaġġ li bih l-Uffiċċju Konġunt jikkapitalizza l-ammont ta’ ċens rivedut fuq postijiet residenzjali (li kienu jappartjenu lill-Knisja) u li s-sidien ikunu jridu jifdu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawk il-każijiet ta’ ċnus perpetwi rivedibbli, iċ-ċens jigi kapitalizzat bil-5% wara li dan ikun ġie rivedut skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-konċessjoni emfitewtika oriġinali. F’dawk il-każijiet ta’ ċnus temporanji rivedibli, dejjem fuq residenzi ordinarji, dan iċ-ċens ma jiġix kapitalizzat, izda japplikaw l-ammonti stipulati.

Xiri ta’ mediċini – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm saru direct orders għal xiri ta’mediċini? Ġew irrispettati r-regoli tal-procurement? Mingħand min inxtraw dawn il-mediċini?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar San Luqa – Child Guidance Clinic

Question

Ladarba l-Isptar San Luqa se jiġi żviluppat u se jkun immexxi mill-privat, jista’ l-Ministru jgħid fejn se jiġi rilokat iċ-Child Guidance Clinic (CGC)? Jista’ jgħid jekk bediex xi xogħol f’dan ir-rigward u jekk il-professjonisti ġewx ikkonsultati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom qed isiru diskussjonijiet dwar din il-materja.

Ingaġġ mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-2014 u l-2015, sena b’sena, kemm ġew ingaġġati mal-Gvern: (a) Tobba; (b) Infermiera; (c) Psychologists; (d) Social workers; (e) Podiatrists; (f) Speech language pathologists; (g) Fiżjoterapisti; (h) Spiżjara; (i) Nursing aids; (j) Carers; (k) Cleaners; (l) Administration staff; (m) Security; (n) Drivers; u (o) Messaġġiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2014 kien hemm 430 persuna li ġew ingaġġati mal-Gvern filwaqt li sa Awwissu 2015 kien hemm 285.

Sptar Mater Dei – Theatre Manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għal Theatre Manager fl-Isptar Mater Dei? Kemm applikaw għal din il-post u min hi l-persuna li ntgħażlet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejha inħarġet fil-25 ta’ Novembru 2014, għaliha applikaw tmienja (8). Il-persuna appuntata huwa is-Sur Stanley Iles.

Cervical Cancer — screening

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda s-servizz tal-iscreening tas-Cervical Cancer? Meta ntbagħtu l-ewwel appuntamenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-isccreening għall-kanċer tal-għonq tal-utru beda fis-6 t’Ottubru u s’issa ntbagħtu 500 stedina.

Sptar t’Għawdex – Dipartiment tad-Dermatoloġija – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għall-appuntamenti tad-Dipartiment tad-Dermatoloġija fl-Isptar t’Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 19049.