Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Boffa – infermiera — rekwiżit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm tibdil fis-sejħa permezz taċ-ċirkulari DH 553/2015 biex tneħħa r-rekwiżit li dawk l-infermiera li se jkunu qed jaħdmu l-Isptar Boffa, irid ikollhom esperjenza jew kwalifika fil-Kura tal-Anzjani?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Paul Boffa, fil-gimghat li gejjin ser ikun qed jilqa pazjenti long term care li bħalissa qed jokkupaw sodda f’Istpar Mater Dei. Dawn il-pazjenti se jkollhom livell ta’ kura minn infermiera skont kif maqbul mal-Union taghhom.

Sptar Boffa — anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-anzjani li se jkunu fl-Isptar Boffa humiex se jkunu jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Familja u s-Soliderjetà Soċjali jew il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Isptar Paul Boffa jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa.

Residenza San Vinċenz de Paule – Occupational Therapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm ghaxar Occupational Therapists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule – Occupational Therapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-istess mistqosija diġa agħmlitha u għalhekk għandha tirreferi għat-tweġiba li ngħtat għal Mistoqsija Parlamentari numru 20595.

Residenza San Vinċenz de Paule — psychologists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psychologistsli qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jingħatawx servizzi ta’ psychologists ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule.

Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule — psychologists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm psychologists li qed jagħtu servizz fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma jingħatawx servizzi ta’ psychologists fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule.

Residenza San Vinċenz de Paule – social workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tlett (3) social workers mill-Aġenzija Appoġġ qed jagħtu servizz ta’ social work fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule – social workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jagħtu servizz fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jingħatawx servizzi ta’ social worker fl-Outpatients gewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule iżda nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li għadni kif tajt għal Mistoqsija Parlamentari tagħha stess numru 20602.

Residenza San Vinċenz de Paule — podiatrists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm podiatrists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi hemm sitt (6) podiatrists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule — podiatrists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm podiatrists li qed jagħtu servizz fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jingħatawx servizzi ta’ social worker fl-Outpatients gewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule iżda nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li għadni kif tajt għal Mistoqsija Parlamentari tagħha stess numru 20592.

Residenza San Vinċenz de Paule — physiotherapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm physiotherapists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi hemm disa’ (9) physiotherapists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule — physiotherapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm physiotherapists li qed jagħtu servizz fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li kull physiotherapist li taħdem SVP tagħti s-servizz ta’ Outpatients.

Residenza San Vinċenz de Paule – Speech Language Pathologists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speech language pathologists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi hemm tmien speech language pathologists li qed jagħtu servizz fir-Residenza San Vinċenz de Paule fejn is-servizz qed jinghata: · Zewg (2 ) persuni fuq bazi full time · Waħda (1) fuq bazi ta’ reduced hours · Ħamsa (5) jiġu San Vincenz tlett (3) darbiet fil-ġimgħa.

Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule – Speech Language Pathologists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm speech language pathologists li qed jagħtu servizz fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jingħatawx servizzi ta’ speech language pathologists fl-Outpatients gewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule iżda nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li għadni kif tajt għal Mistoqsija Parlamentari tagħha stess numru 20596.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – occupational therapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Ġenerali t’Għawdex? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Generali t’Ghawdex hemm 3 Occupational Therapists. Dawn jaghtu s-servizz taghhom fl-in patients, fl-out patients, Child Guidance Clinic, home visits u fil-Psychiatric Occupational Therapy department.

Ċentri tas-Saħħa – occupational therapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz f’kull Ċentru tas-Saħħa; Għawdex, il-Mosta, ir-Rabat, Ħal Qormi, il-Furjana, Birkirkara, Paola u l-Gżira? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pazjenti jiehdu dan is-servizz mill-Isptar Mater Dei.

Bereġ ta’ Malta u Għawdex – occupational therapists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists li qed jagħtu servizz fil-Bereġ ta’ Malta u Għawdex? F’liema bereġ qed jingħata dan is-servizz?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 20587

Qasam tad-Djar — strateġija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19073, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux biħsiebu jimxi mal-istrateġija dwar il-Qasam tad-Djar li tlestiet fit-23 ta’ Diċembru 2013 speċjalment ir-rakkomandazzjonijiet li hemm f’dan ir-rapport biex jiġu megħjuna persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, kif indikat mill-istess Ministru fit-tweġiba?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 19073 għadha tgħodd.

MMDNA — pazjenti fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm l-infermiera tal-MMDNA jaraw pazjenti fil-komunità kull sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 ‘l hawn l-infermiera li jaħdmu fil-komunita’ raw dawn l-ammonti ta’ pazjenti: 2013 – 20,322 pazjent 2014 – 21,539 pazjent 2015 (sa l-aħħar ta’ Ottubru) – 21,037 pazjent

MMDNA – kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu kontijiet pendenti mal-MMDNA? X’inhu l-ammont ta’ flus li l-MMDNA għandha tieħu mingħand il-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali u ma tistax tingħata.