Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kiri ta’ ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li wrew interess fil-kiri ta’ ambulanzi? Liema huma dawn il-kumpaniji u liema minnhom qed jieħdu direct orders?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant tispecifika għal liema perjodu qed tirreferi.

Ambulanzi — tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika għat-tiswija ta’ambulanzi? Liema huma l-kumpaniji li applikaw u liema minnhom qed jieħdu direct orders?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispecifika ghal perjodu taz-zmien qed tirreferi.

Garaxx tal-Ambulanzi — tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tmexxija tal-garaxx tal-ambulanzi hijiex f’idejn l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan l-individwu huwiex manager jew assistant manager fil-garaxx tal-ambulanzi? Dan l-individwu huwa intitolat li juża karozza tal-Gvern għall-użu privat tiegħu speċifikament il-karozza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-garaxx tal-ambulanzi jitmexxa mill-individwu imsemmi.

CPSU – tender tal-IT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender tal-IT għas-Central Procurement & Supplies Unit (CPSU) li ħareġ fl-2013 ġiex aġġudikat? Jekk iva, lil min ġie aġġudikat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan it-tender gie ikkancellat.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – sistema tal-IT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tibda titħaddem is-sistema tal-IT il-ġdida fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? Kemm se tiġi tiswa din is-sistema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir żvillup kontinwu fis-sistema pre¿enti tal-IT f’dak li jirrigwarda l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek bil-għan li intejbu s-servizz għall-benefiċċju tal-partijiet interessati kollha.

E-prescribing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jdaħħal l-e-prescribing f’pajjiżna? Meta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir zvillup fis-sistema eletronika tal-POYC Unit sabiex fil-gejjien qrib din tkun tista tiffacilita' l-hrug ta' computer generated prescriptions.

Tqassim ta’ Mediċini fid-djar – proġett pilota

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett pilota dwar l-iskema tat-tqassim tal-medicini fid-djar lill-pazjenti ta’ ’l fuq minn 70 sena u lill-pazjenti li ghandhom nuqqas ta’ mobbilità ser jigi mniedi fil-lokalitajiet tar-Rabat u tar-Rahal Gdid mill-ewwel kwart tal-2016.

Tqassim tal-mediċini fid-djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk filwaqt li sar ftehim mas-sidien tal-ispiżeriji biex iqassmu l-mediċini fid-djar, imma għad m’għandux l-appoġġ tal-ispiżara li fil-fatt se jkunu huma li jqassmu l-mediċini fid-djar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li is-Service Level Agreement gie iffirmat mic-Chamber of Pharmacists fejn dawn jirrapprezentaw lill-ispizjara, kif ukoll mal-GRTU.

Expression of Interest jew tender – kiri ta’ ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa permezz ta’ tender jew expression of interest jew xi tip ta’ sejħa oħra, għall-kiri ta’ ambulanzi li ġie mogħti fis-6 ta’ Ottubru 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sejha ghall-offerta CPSU/CPSU/Q032-4607/15 giet ippubblikata fuq l-Electronic Public Procurement System fit-22 ta’ Settembru 2015 u ghalqet fit-29 ta’ Settembru 2015.

Kiri ta’ Ambulanzi – direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn bejn Awwissu u Settembru 2015, il-kiri tal-ambulanzi ngħata b’direct order? Lil min?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fin-nuqqas ta’ servizz tajjeb minghand il-kuntrattur originali, kien jintalab servizz minghand kuntrattur differenti. Id-differenza fil-prezz kienet tigi imhallsa mill-kuntrattur originali.

Sptar Boffa — anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun in-nefqa fuq l-Isptar Boffa biex dan jilqa’ fih l-anzjani? Jista’ jgħid liema xogħol sar biex dan l-isptar jilqa’ fih l-anzjani?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa saru diversi xoghlijiet biex l-Isptar Boffa jerga ikun disponibbli ghall-pazjenti fosthom trangar ta' membrane fuq is-soqfa tal-isptar kollu, installazzjoni gdida ta dwal li tinkludi s-sistema ta’ circuit breakers li kienu nieqsa fis- sistema precedent, installazzjoni ta’ Fire Safety Detectors and Alarm, sistema ta’ nurse call moderna, bdil ta’ tlett kmamar tal-banju, bdil ta’ tapiti tad-drapp ma’ tapiti tal-vynil, tikhil, kisi u tibjid tas-swali u l-kurituri, tibdil komplut tar-reception area, installazzjoni ta’ air conditioners u rrangar fejn kien mehtieg, installazzjoni ta’ suffetti godda u rrangar ta dawk ezistenti, manutenzzjoni tal-bibien interni, tibdil strutturali u mmodernizzar tal-B Pod station, manutenzzjoni tal-lifts ezistenti u tindif u manutenzzjoni tal-purtieri.

Sptar Boffa – pazjenti anzjani għall-kura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm pazjenti anzjani għall-kura fl-Isptar Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ pazjenti li huwa ppjanat li jigu ospitati ghall –kura gewwa l-isptar Boffa ser jammontaw ghat-total ta’ 50 pazjent.

Sptar Mater Dei – xogħol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi ħdan l-Isptar Mater Dei? X’tip ta’ esperjenza għandu l-individwu biex jagħmel dan ix-xogħol? Kemm qed jitħallas għax-xogħol li qed jagħmel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu indikat qiegħed imexxi programm ta’ titjib fost l-oħrajn fic-Central Procurement and Supplies Unit, fil-Pharmacy of Your Choice, d-dipartiment tal-farmaċewtika, fl-imaniġġjar aħjar u l-utilizzazzjoni tas-soddod f’Mater Dei u fid-dipartiment tal-emerġenza. Huwa wkoll qiegħed imexxi programm ta’ titjib fil-proċess tax-xiri u distribuzzjoni ta’ mediċini. Il-Gvern jinsab impenjat biex ikompli jnaqqas il-mediċini out-of-stock, bir-riŻultati miksuba jibqgħu konsistenti, jkompli jnaqqas il-ħin ta’ stennija fid-dipartiment tal-emerġenza, jiŻdiedu n-numru ta’ soddod f’Mater Dei,jkomplu jonqsu l-listi ta’ stennija għall-operazzjonijiet. Dan minbarra l-proġett pilota ta’ tqassim ta’ mediċini fid-djar tal-anzjani ta’ ‘l fuq minn 70 sena, li mistenni jibda s-sena d-dieħla flimkien mal-GRTU u l-Kamra tal-IspiŻjara.

Kuntratt ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandu fil-kuntratt tiegħu li hu jista’ jqatta’ mill-inqas tliet xhur mis-sena fil-Kanada?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu indikat għandu l-ammont ta’ leave għal vaganza skond il-liġi.

Sistema tal-IT — tibdiliet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema tal-IT li attwalment qed tintuża fis-saħħa, il-Clinical Patient Administration System (CPAS), hijiex se tinżamm kif inhi? Din is-sistema tiflaħ għat-tibdiliet li qed jippjana l-Gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tas-CPAS taghti l-flessibilita’ necessarja biex ikunu jistghu jsiru tibdiliet skond l-esigenzi tas-servizz. Komessi li nibqghu naghmlu l-investimenti necessarji biex inkomplu nghollu l-kwalita’ ta’ servizzi ghall- beneficcju tal-pazjenti.

Sistema tal-IT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kumpaniji li se jieħdu f’idejhom is-sistema tas-saħħa f’pajjiżna ma jixtiequx jaħdmu bis-sistema tal-IT tal-Clinical Patient Administration System(CPAS)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm edba kumpanija li se tiehu f’idejha s-sistema tas-sahha f’pajjizna.

Mediċini out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn id-9 u t-13 ta’ Novembru 2015 kemm kien hemm mediċini out of stock? Liema huma dawn il-mediċini?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant li fid-9 u l-10 ta’ Novembru 2015 kien hemm item wieħed out of stock li kien il-Complete Nutrition. Dan daħal mill-ewwel lura in stock fil-11 ta’ Novembru 2015.

Concerta — disponibbiltá

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun disponibbli l-mediċina Concerta għall-pazjenti? Huwa minnu li din il-mediċina tinsab fuq il-formularju imma għadha ma waslitx f’pajjiżna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-medicina tinsab disponibbli mill-Ispiżeriji tal-Għażla Tieghek.

Sistema tal-IT myhealth — tibdil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu t-tibdil li sar fuq is-sistema tal-IT tal-myhealth? Jista’ jgħid jekk dawn it-tibdiliet humiex lesti u jekk il-GPs jistgħux jibdew jużaw din is-sistema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sistema tal-myHealth żdiedet il-faċilità biex it-tabib tal-familja jingħata aċċess għat-tagħrif mediku tal-pazjenti bil-permess tal-istess pazjent. Dan it-tibdil tlesta f’Settembru, ġie pilotat matul Ottubru, u ġie komunikat lit-tobba tal-familja waqt seminar fl-4 ta’ Novembru. Mindu sar dan it-tibdil, in-numru ta’ pazjenti li t-tobba tal-familja għandhom aċċess għat-tagħrif mediku tagħhom żdied b’il fuq minn 1,500. Ta’ min wieħed jgħid li fl-aħħar ta’ Settembru 2015, wara li l-myHealth kienet ilha topera iktar minn tliet snin u nofs, in-numru ta’ pazjenti li kienu taw aċċess lit-tobba direttament kien biss ta’ 1,616, jiġifieri fl-ispazju ta’ ftit ġimgħat, bħala riżultat tat-tibdil li sar, dan irdoppja.