Jista’ l-Ministru jippublika l-ftehim li ffirma l-Gvern ma’ Barts School of Medicine?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li la darba jkunu magħluqa l-agreements kollha relatati mal-faċilitajiet ta’ tagħlim kliniku, ser tingħata l-informazzjoni mhux kummerċjali.
Barts School of Medicine – Malta Medical Students Association
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Barts School of Medicine ltaqgħux mal-Malta Medical Students Association (MMSA)? X’kienet l-opinjoni tal-istudenti fuq il-Barts mal-Gvern u kif se jaffetwa lilhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni ma’ dawk kollha konċernati għadhom għaddejin u qiegħed jitfassal ftehim bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Università ta’ Malta. Saru laqgħat kemm mal-fakultà tal-mediċina kif ukoll mal-assoċjazzjonijiet tal-istudenti.
Il-ftehim bejn l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tas-Saħħa ser jiġi konkluż fiż-żmien qarib.
Barts School of Medicine –Medical Association of Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Barts School of Medicine ltaqgħux mal-Medical Association of Malta (MAM)? X’kienet l-opinjoni tat-tobba fuq il-ftehim ta’ Barts mal-Gvern u kif se jaffettwa lilhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 21438.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Barts School of Medicine ltaqgħux mal-lecturers tal-Università ta’ Malta u tal-Iskola Medika Maltija? X’kienet l-opinjoni tagħhom fuq il-ftehim ta’ Barts mal-Gvern u kif se jaffettwa lilhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 21438.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Barts School of Medicine humiex se jużaw il-faċilitajiet tal-Iskola Medika Maltija, tal-Università ta’ Malta u tal-Isptar Mater Dei għaliex fil-fatt ma jistgħux jużaw l-Isptar Ġenerali t’Għawdex kif kien il-pjan oriġinali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Barts School of Medicine ser tkun qed tuza primarjament l-Isptar Generali ta’ Ghawdex ghat-taghlim kliniku, madana kollu se tuza ukoll facilitajiet f’istituzzjonijiet medici ohra.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji fuq il-Medical Association of Northern Virginia li ssemmiet mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li se tkun involuta fis-Servizzi tas-Saħħa ta’ pajjiżna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħti d-dettalji tal-kumpanija li suppost ingħataw separatament u ma ngħatawx.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19420, 19423, 20222, 20542 u jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta bdiet tinzamm l-istatistika b’mod elettroniku, minn Frar 2015 sa Settembru 2015 inħarġu ħames mija, disgħa u għoxrin (529) visa għal raġunijiet mediċi. Din il-figura tikludi l-qraba tal-pazjenti li akkompanjawhom hawn Malta waqt il-perjodu tal-kura. In-numru ta’ visa skont in-nazzjonalita’ hija kif tidher hawn taht.
Pajjiz
Numru ta’ visas
Libanu
1
Libja
518
Marokk
3
Filippini
1
Sirja
5
Ukraina
1
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala l-preferred bidder biex tmexxi s-sistema tas-saħħa f'pajjiżna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor Interpellant biex tispeċifika għal liema parti tas-servizz tas-saħħa f’pajjiżna qed tirreferi għalih.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim iffirmat mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament huwiex għal service concession jew procurement?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija numru 21433.
Tmexxija tas-sistema tas-saħħa f’pajjiżna – kumpaniji – due diligence assessment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx due diligence assessment fuq il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid x'esperjenza għandhom fis-settur tas-Saħħa biex intgħażlu bħala l-preferred bidders?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija numru 21433.
Hip u knee replacement – lista ta’ stennija u waiting time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija u waiting time għall-hip u knee replacements?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-amministrazzjoni wirtet listi twal ta’ stennija f’ħafna oqsma f’Mater Dei. Dan il-Gvern jinsab kommess biex dawn l-listi ta’ stennija jitnaqqsu għal-livelli aċċettabbli.
F’ċerti oqsma bħal CT scan, MRI’s, bone density, sleep lab u operazzjonijiet tal-kataretti l-listi ta’ stennija diġa naqsu b’mod drastiku.
Matul is-Sajf li għadda, il-gvern daħal fi ftehim mal-isptar St James biex operazzjonijiet meqjusa intermedjarji ikunu jistgħu jsiru f’dan l-isptar. Il-ftehim ma’ St James kien ikopri 130 sessjoni fejn kull sessjoni involviet bejn erba’ u ħames operazzjonijiet.
Ftit tal-jum ilu, il-Ministeru tas-Saħħa ħareġ espressjoni ta’ interess, għall-operazzjonijiet maġġur biex isiru fi sptarijiet privati, bil-għan li jsiru madwar 400 operazzjoni maġġuri, bl-enfażi tkun fuq il-bdil tal-ġenbejn u rkoppa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ billing li ħareġ mis-sistema tal-IT mill-2010 sal-2015, sena b’sena? Jista’ jikkonferma li s-sistema tal-Clinical Patient Administration System ( CPAS) għandha ineffiċjenzi serji fejn tidħol il-kura ta’ pazjenti barranin li suppost qed iħallsu għas-servizz tas-saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bil-processi l-godda relatati mal-billing function l-ammont ta’ invoices mahruga mis-sistema mis-sena 2010 ghas-sena 2013 zdied drastikament. Bhalissa ghaddejjin processi ta’ titijib biex min hu obbligat ihallas ghas-servizzi tas-sahha li jiehu f’pajjizna jaghmel dan.
Dipartiment tas-Saħħa — ingaġġ ta' payroll officers
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19036, jista’ l-Ministru jgħid:
(a) min kienu l-persuni appuntati; u
(b) huwa minnu li persuna minn dawk li ntgħażlu rrifjutat il-
post
?
Jekk iva, se terġa ssir sejħa jew issa l-post imtela minn persuna oħra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni appuntati kienu s-Sinjuri Sharon Veneziani u Elizabeth Gatt. Persuna minn dawn li ntghazlu imliet il-post, izda rrizenjat wara ftit gimghat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’każ ta’ major accident, kemm hemm ambulanzi f’idejn id-Dipartiment tas-Saħħa li mhumiex jinkrew?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Isptar Mater Dei ghandu 14 -il ambulanza li jistghu jintuzaw f’kaz ta’ incident magguri, filwaqt li l-Isptar Generali t’Ghawdex ghandu 2 ambulanzi li jintuzaw ghal dan il-ghan.