Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ Santa Venera jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Santa Venera dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-respnsabilità ta’ Transport Malta:
Triq il-Ferrovija
Triq Reġjonali
Triq Salvu Psaila
Triq il-Kanun
Il-Mini ta’ Santa Venera
Triq Ġuże’ Flores
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità tal-Mellieħa jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Mellieħa dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-respnsabilità ta’ Transport Malta:
Triq il-Marfa
Dawret il-Mellieħa
Triq Louis Wettinger
It-Telgħa tax-Xemxija
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta:
Xatt il-Pwales
Telgħa tax-Xemxija
Triq ta’ Xifer il-Kief
Kennedy Drive
Dawret San Pawl il-Baħar
Triq Burmarrad
Triq Toni Camilleri.
Residenza San Vinċenz de Paule – podiatrists u social workers
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 20592 u 20593, jista’ l-Ministru jgħid jekk permezz tat-tweġibiet li hu stess qed jagħti, hux qed jipprova jiġġustifika li fir-Residenza San Vinċenz de Paule, m’hemmx social workers għax hemm podiatrists meta suppost jaf li m’hemm l-ebda konnessjoni bejn ix-xogħol ta’ podiatrist u ta’ social worker?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol ta’ Podiatrists u Social Workers huma ovvjament żewġ professjonijiet differenti u għaldaqstant bħal ma taf, is-servizz li jagħtu hu wieħed differenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15956, 14900, 13994 u 13199 u jgħid jekk hemmx xi kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-bini u t-tlestija tal-Isptar tal-Onkoloġija li huma in delay fix-xogħol kuntrattat lilhom? Fil-każ li hemm, jista’ jelenka min huma l-kuntratturi in delay, għal xiex kienu kkuntrattati u fiex u b’kemm qegħdin in delay?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara – pazjenti fi tmiem il-ġimgħa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15955 u jgħid mis-7 t’April 2014 sal-lum, kemm-il persuna marret fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara fi tmien il-ġimgħa (is-Sibt u l-Ħadd)? Kemm minn dawn il-persuni marru fiċ-Ċentru tal-Mosta jew fl-Isptar Mater Dei għaliex ma kienx hemm servizz ta’ tabib biex jinqdew?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa Gunju 2009 ic-Centru tas-Sahha ta’ B’Kara kien jiftah mit-Tnejn, sal-Gimgha bejn 8.00a.m u 1.00 p.m. F’ Novembru 2013 dan ic-centru tas-sahha beda jinfetah mit-Tnejn sal-Gimgha bejn 8a.m u 5p.m. u minn April 2014 il-hin ta’ dan ic-centru tas-sahha gie estiez sa’ 8p.m mit-Tnejn sal-Gimgha. Minn Novembru 2014 beda jinfetah wkoll is-Sibt bejn 8.00a.m u 1.00p.m.
Mis-7 t’April sal-ahhar ta’ Dicembru 2015 attendew 2,421 –il persuna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14908 u 13007 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim kollettiv għall-Allied Healthcare Professions?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
a. l-isem tal-persuna appuntata;
b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna;
c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna;
d. min għażel lill-persuna;
e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna;
f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata;
g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum;
h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u
i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità tan-Naxxar jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-toroq fil-lokalità tan-Naxxar jaqgħu taħt ir-respnsabbilta’ ta’ Transport Malta:
Triq Margaret Murray
Triq is-Salini – l-parti mis-Salini sa Kennedy Grove
Triq il-Kosta
Triq tal-Labour
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità tal-Iklin jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Iklin dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta:
Triq Dun Karm
Triq tal-Balal
Triq in-Naxxar
Sptar Monte Carmeli – mental welfare officers – social workers
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20313 u jikkonferma li s-social workers li jaħdmu bħala mental welfare officers fl-Isptar Monte Carmeli jaħdmu mit-8:00am sa kmieni wara nofsinhar? Jista’ jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera li jaħdmu bħala mental welfare officer wara nofsinhar, filgħaxija u bil-lejl? Kemm minn dawn l-infermiera huma fil-grad ta’ Departmental Nursing Officer?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ Infermiera li jaħdmu bħala Mental Welfare Officer wara nofsinhar huwa sitta (6) li jagħmlu xogħol Malta u Infermier ieħor li qiegħed Għawdex. Minn dawn, tnejn (2) huma Departmental Nursing Officers.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – spejjeż għal safar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentair 17565 u jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa minn Jannar sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra
(a) min kienu l-persuni li siefru;
(b) minn min kienu akkumpanjati; u
(c) x’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ċentru l-Ġdid tal-Onkoloġija – variation fuq il-kuntratti għal xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16707 u jgħid kemm hemm variation fuq il-kuntratti prinċipali tax-xogħol li qed isir fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Sptar Mater Dei – xogħlijiet fuq il-Helipad – drittijiet tal-Gvern fuq l-istruttura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16488 u jikkonferma li x-xogħol fuq il-helipad ġdida fuq Block D1 kien beda wara li ġie ppubblikat it-tender u li dan ix-xogħol kien qed jiġi mmanniġat mill-istess kumpanija ta’ periti li kienu responsabbli għall-istruttura tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jikkonferma li din il-kumpanija tqabbdet mill-Foundation for Medical Services għar-raġuni speċifika li d-drittijiet legali kollha tal-Gvern fuq l-istruttura jiġu mħarsa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2014 ix-xoghol tal-Helipad fuq D1 kien gie temporanjament sospiz sakemm kellu jinbena l-bini taz-zewg swali godda fuq l-emergenza. Wara li minn testijiet fuq il-bini tal-emergenza sar maghruf illi l-istruttura tal-Isptar Mater Dei kella konkrit dghajjef, ix-xoghol ta’ bini fuq l-emergenza kif ukoll tal-helipad fuq il-bejt ta’ D1 twaqqaf kompletament.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15966, 14901 u 13264 u jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista' jgħid:
(a) x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad;
(b) meta tqabbad;
(ċ) kemm sewa jew se jiswa;
(d) kif intgħażel il-kuntrattur;
(e) min għażel il-kuntrattur; u
(f) meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15964, 14905, 13241 u 12372 u jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri;
c. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Il-Furjana — Ċentru tas-Saħħa – pjan ta’ refurbishing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan għar-refurbishing taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana? Meta se jibda u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li ghaddiet fic-Centru tas-Sahha tal-Furjana sar upgrade tal-Cold Room, inxtara Ophthalmic equipment, ECG Machine, Dressing Trolley, Interferential Unit, Pharmaceutical Fridge u Steel Stair Case. Filwaqt li matul din is-sena ser isir xoghol ta’ refurbishment li jikkonsisti fl-estensjoni tar-Reception.
Dan ir-refurbishment jinvolvi bini ta’ hitan godda, aperturi, stallazjoni ta’ l-elettriku, Air Conditioning gdid, tqeghid ta’ madum tibjid u ghamara gdida. Dan ix-xoghol beda fl-4 ta’ Jannar 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt li jkun għaddej ix-xogħol ta’ refurbishing taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, is-servizzi humiex se jkomplu għaddejjin jew humiex se jiġu rilokati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ttiehdu l-passi kollha necessarji biex waqt li jkun għaddej ix-xogħol ta’ refurbishing taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, is-servizzi kollha se jibqgħu għaddejjin normali.
Il-Furjana – Ċentru tas-Saħħa – Ħaddiema – Kundizzjonijiet tax-Xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt li jkun għaddej ix-xogħol ta’ refurbishing taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, il-ħaddiema hux se jkollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol?