Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tilqima tal-influwenza xtara l-Gvern għall-istaġuni 2015-2016? Kemm-il persuna ħadu t-tilqima tal-influwenza (2015-2016)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-istaġun 2015-2016 il-Gvern xtara record ta' 80,000 tilqima tal-Influwenza. Sat-12 ta’ Frar 2016 ibbenefikaw minn din it-tilqima 72,835 persuna.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Mobile Dental Unit li tħabbret f’Ottubru 2015 fil-fatt hija parti mill-Università ta’ Malta fuq inizjattiva tal-Fakultà tal-Mediċina u tad-Dipartiment tar-Riċerka u mhux inizjattiva tal-Gvern?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif ga hu indikat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21466, is-servizz tad-dentistrija fil-komunita’ qed isir b’kollaborazzjoni mal-Universita ta’ Malta. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li dan is-servizz minghajr hlas ta’ dentistrija fil-komunita’ rega beda f’Settembru 2015, wara li s-servizz tad-dentistrija fic-Centri tas-Sahha kien twaqqaf mill-gvern precedenti f’April 2010.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 19269 u 21459, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ persuni li għamlu suwiċidju matul is-sena 2015 li kienu pazjenti psikjatriċi fl-Isptar Monte Carmeli u kemm mit-total ta’ 13,000 persuna li huma reġistrati bħala Outpatients mas-Servizz ta’ Saħħa Mentali għamlu suwiċidju?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Monte Carmeli fl-2015 ma kien hemm l-ebda pazjent li wettaq suwiċidju. Informazzjoni dwar il-forensic unit u dwar persuni li mhumiex residenti, fuq din il-materja, għandha tintalab lill-Ministru konċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21009, jista’ l-Ministru jiddefinixxi min huma dawk il-persuni li jaqgħu taħt il-protokoll u huma intitolati għall-fixed braces? Dawn jinkludu persuni li jkunu fuq l-għajnuna soċjali (ir-relief)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isir hiedma biex il-protokoll ikun estiz ghal aktar individwi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21008, jekk huwiex minnu li “s-servizz ta’ fixed braces mill-Isptar Mater Dei għall-pazjenti intitolati dejjem ingħata bla ħlas”, kif kien hemm pazjenti li fl-2014 – 2015 intalbu ħlas ta’ €800 għas-servizz ta’ fixed braces mill-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma ghal dab’ohra lill-Onorevoli Interpellant li huwa minnu li s-servizz ta’ fixed braces mill-Isptar Mater Dei, ghall-pazjenti intitolati, dejjem inghata bla hlas.
L-amministrazzjoni prezenti fix-xhur li ghaddew hadet azzjoni biex ziedet il-kriterji li permezz taghhom iktar pazjenti qed ikunu intotolati ghas-servizz ta’ fixed braces bla hlas mill-Isptar Mater Dei. U fil-prezent ghaddeja hidma biex ikun esplorat kif dawn il-kriterji jistghu jergghu jizdiedu bil-ghan li iktar pazjenti jibbenefikaw minn dan is-servizz bla hlas.
Dawk il-pazjenti li ma humiex intitolati ghal servizz ta' fixed braces minghajr hlas, ghandhom l-opportunita illi jiehdu servizz minghand il-Fakulta tad-Dentistrija Tal-Universita Ta' Malta bi prezz issussidjat.
B'referenza għar-rapporti fil-media li erba' pazjenti qed ibatu mill-bacteria New Delhi Metallo-Beta-Lactamase (NDM-1), jista' l-Ministru jgħid:
1. x'inhi l-kundizzjoni tal-pazjenti llum;
2. jekk il-pazjenti kenux fl-istess sala;
3. x'wassal biex il-mikrobu ttieħed minn pazjent wieħed u nfirex fuq erba' pazjenti;
4. x'kienet ir-raġuni li ġew identifikati erba' pazjenti bil-mikrobu u mhux pazjent wieħed li seta' ġie iżolat waħdu;
5. x'falla fis-sistema tal-
Infection Control
; u
6. hux qed issir investigazzjoni fuq dan il-każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-pazjenti ma kienux infettati bil-NDM-1 Klebsiella imma semplicement kienu “carriers” ta’ dan il-mikrobu rezistenti. Ghaldaqstant, il-prezenza tal-mikrobu f’dawn il-pazjenti ma kellha l-ebda impatt fuq il-kundizzjoni klinika taghhom.
Barts School of Medicine – Malta Medical Students Association
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21438, jista’ l-Ministru jgħid jekk fost l-oġġezzjonijiet tal-istudenti tal-mediċina hemmx is-segwenti: (a) li l-istudenti barranin ta’ Barts mhux se jkollhom Medical Maltese bħal m’għandhom l-istudenti tal-fakultà tal-Università ta’ Malta (2) l-istudenti ta’ Barts se jieħdu post l-istudenti Maltin biex jagħmlu l-prattika f’Mater Dei u (3) li minħabba l-istudenti ta’ Barts, se tinħoloq problema fuq in-numru ta’ studenti Maltin li jistgħu jidħlu fil-Foundation Course?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment tas-Sahha iltaqa mal-istake holders kollha kkoncernati. Id-diskusjonijiet bejn l-Universita ta’ Malta u l-Gvern jinsabu fi stadju avvanzat, tant li fil-jiem li gejjin ser ikun qed jigi ffirmat il-ftehim bejn iz-zewg partijiet fuq dan ir-rigward.
Barts School of Medicine – Malta Medical Students Association
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21438, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-ftehim bejn l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tas-Saħħa?
Barts School of Medicine –Medical Association of Malta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21439, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-ftehim mal-Medical Association of Malta (MAM) fuq kif se jiġu affettwati t-tobba Maltin minħabba l-kuntratt li ġie ffirmat ma’ Barts School of Medicine?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21440, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-maġġoranza tal-lecturers fil-Fakultà tal-Mediċina mhux qed jaqblu li Barts School of Medicine jużaw l-Isptar Mater Dei għat-taħriġ tal-istudenti barranin għax dan se jkollu impatt negattiv fuq il-pazjenti Maltin, l-istudenti Maltin, il-lecturers Maltin u l-istess Università ta’ Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li mistoqsija parlamentari 22602.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21441, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti ta’ Barts hux se jużaw Għawdex għall-ewwel sentejn akkademiċi u wara jużaw l-Isptar Mater Dei għas-sezzjonijiet prattiċi mal-pazjenti Maltin?
Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule – Speech Language Pathologists
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20597, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jibda joffri servizz ta’ speech language pathology fl-Outpatients tar-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ili, ir-Residenza San Vincenz de Paule, toffri servizz ta’ Speech Therapy għar-residenti tagħha. Is-servizz ta’ out-patients għal speech language pathology jingħata minn Dipartimenti oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20590, jista’ l-Ministru jgħid, issa li dan is-servizz se jkun f’idejn il-privat, hemm xi pjan li jiżdied fin-numru ta’ pazjenti u fin-numru ta’servizzi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, is-servizz jiżdied skont il-bżonn u d-domanda.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-infermiera li kienu jagħtu servizz fil-komunità permezz tal-MMDNA humiex se jibqgħu jagħtu dan is-servizz mal-privat sabiex tiġi garantita l-continuity of care speċjalment fil-pazjenti b’kundizzjonijiet kroniċi bħad-dijabete?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-'Continuity of Care’ huwa prinċipju u standard ewlieni fl-operat tad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’. Mhux biss żammejna f’moħħna l-kura u s-saħħa tal-klijenti tagħna, imma ukoll rajna li fit-tranżizzjoni l-ebda ħaddiem ma jitlef l-impjieg. Is-servizz ta’ ‘nursing/caring’ fil-komunita’ għadu jingħata u għaddej kif kien qabel.
Residenza San Vinċenz de Paule – anzjana li tħalliet waħedha
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17019 u jikkonferma li nhar is-27 ta’ Mejju 2015, anzjana tħalliet waħedha fil-ward fir-Residenza San Vinċenz de Paule wara li l-istaff u l-pazjenti marru fuq ħarġa? Jikkonferma li din l-anzjana kellha problemi ta’ saħħa u li n-nuqqas ta’ preżenza ta’ professjonisti mediċi kienu ta’ periklu għaliha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mhuwiex minnu li anzjana tħalliet waħedha fil-ward fir-Residenza San Vinċenz de Paule, nhar is-27 ta’ Mejju 2015. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kienet organizzata ħarġa għall-pazjenti tas-sala San Franġisk 3, akkumpanjati mill-istaff tal-istess sala. Madanakollu, dawk ir-residenti li ma setgħux joħorġu għal diversi raġunijiet, fosthom dawk ta’ saħħa, ingħataw l-attenzjoni kollha meħtieġa.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġiunieri bi problema ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex il-priġunieri li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jiġu rijabilitati biex ikollhom id-dinjità tagħhom? Jista’ jgħid jekk inħatarx Bord magħmul minn esperti f’dan il-qasam biex jaraw li dawn il-priġunieri jingħataw is-servizz li jixirqilhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta ‘Psychiatric In-Reach Services’ ġewwa l- Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ġie mniedi sena u nofs ilu, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa. Dan is-servizz huwa imexxi minn żewġ Konsulenti Psikjatri li flimkien mat-team ta’ tobba, psychologists u counsellors jipprovdu kura abbażi ta prassi moderni psikjatrici, lil priġunieri tal-faċilita`. Għal dan il-għan, qegħdin jitmexxew Clinics darbtejn fil-gimgħa, ġewwa il-Facilita` stess, dan sabiex jiffaċilitaw assessments bikrin, u mingħajr dewmien. Każijiet aktar kumplessi u li jkollhom bżonn rijabiltazzjoni intensiva, jiġu rreferuti għal kura ġewwa l-Forensic Unit, Mount Carmel Hospital, fejn l-istess team multidixxiplinarju jkompli jsegwi l-kaz. L-Uffiċju tal-Kummissarju tas-Saħħa Mentali huwa involut fl-evalwar tas-servizzi psikatriċi b’emfażi fuq id-dinjita u id-drittijiet ta’ kull pazjent (inkluzi priġunieri) li jiġi segwit minn professjonisti f’dan il-qasam.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20305, jista’ l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm saru direct orders għal xiri ta’ mediċini? Ġew irrispettati r-regoli tal-procurement? Mingħand min inxtraw dawn il-mediċini?
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ Ħal Lija jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Lija dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabiltà ta’ Transport Malta:
Triq il-Mosta
Triq in-Naxxar
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ Birkirkara jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Birkirkara dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta:
Triq Fleur de Lys
Triq Salvu Psaila
Triq Dun Karm
Triq in-Naxxar
Triq il-Wied