Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – infezzjoni tal-AH1N1

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-infezzjoni tal-AH1N1 fl-Isptar Mater Dei hux qed titqies bħala epidemija li setgħet tiġi evitata kieku l-ewwel każijiet (possibilment dawk li ġew mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin) ġew iżolati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bhal fi snin ohra, dawn il-kazijiet ta’ influwenza gew mill-komunita’ u ddahlu l-Isptar Mater Dei ghall-kura. Ma hemmx evidenza ta’ epidemija fl-Isptar Mater Dei . F’kull kaz ta’ pazjent bl-influwenza ammess f’Mater Dei ittiehdu l-prekawzjonijiet kollha skond l-Influenza Infection Control Policy.

Sptar Mater Dei – infezzjoni tal-AH1N1

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min se jġorr ir-responsabilità għall-mod kif l-AH1N1 infirxet fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiga tal-mistosija parlamentari 23314

Sptar Mater Dei – pazjenti bl-AH1N1

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li nstab li huma pożittivi għall-AH1N1 fl-Isptar Mater Dei minn Jannar 2016 sa kemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Dipartiment tas-Saħħa – ħlas lil studenti tal-Occupational Therapy u Physiotherapy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex studenti tal-Occupational Therapy u tal-Physiotherapy li s-sajf li għadda kellhom placement mad-Dipartiment tas-Saħħa (fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Karen Grech u fi sptarijiet u ċentri tas-saħħa oħra), għadhom ma tħallsux ta’ dan il-placement? Jista’ jgħid sa meta huwa l-ħsieb li dan il-ħlas isir?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru id-diskusjonijiet mehtiega mal-istakeholders varji sabiex dawn il-kazijiet jigu rizolti.

Sptar Mater Dei – retroviral therapy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex pazjenti li jieħdu l-mediċina tar-retroviral therapy mill-Isptar Mater Dei mhux qed jingħataw l-ammont ta’ mediċina biex tkoprilhom il-kura għal tliet xhur u qed jirnexxilhom ikopru biss xahar wieħed? Jista’ jgħid jekk din il-proċedura hux se tkompli jew jekk il-pazjenti hux se jerġgħu jibdew mediċina għal tliet xhur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prassi tad-Dipartiment tas-Sahha hija li l-pazjenti li huma fuq doza stabli (doża li ma tinbidilx spiss) jinghataw xahrejn stokk, u dawk li ma jkollhomx doża stabbli minħabba l-kundizzjoni tagħhom jinghataw stokk ghal-xahar biex ma jkunx hemm hela, peress li d-doża tagħhom tista’ tkun mibdula minħabba l-kundizzjoni tagħhom.

Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC) – fire exits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-fire exits fis-SAMOC huma marbuta bit-tie backs u mhux b’xi tip ta’ lock kif titlob il-liġi? F’każ ta’ inċident serju fejn il-pazjenti u l-istaff iridu jaħarbu mill-fire exits, min se jkollu l-għodda neċessarja biex jaqta’ dawn it-tie backs? Ma jaħsibx li dawn it-tie backs immorru kontra r-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà u jpoġġu riskju żejjed fuq pazjenti li huma vulnerabbli ħafna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dak li hi qed tirreferi ghalihom bhala “tie backs” fil-fire exits fl-Isptar Sir Anthony Mamo huma fil-fatt security seals innumerati. Dawn is-security seals huma skond ir-regolamenti tas-sahha u s-sigurta u ma jimpedixux l-uzu ta’ dawn il-bibien kif u meta jkun hemm bzonn.

Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC) – nuqqas ta’ televiżjoni fil-wards fejn jingħata l-chemotherapy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fis-SAMOC, il-pazjenti m’għandhomx televiżjoni fil-kmamar fil-wards meta dawn il-pazjenti jqattgħu ħin twil ħafna jieħdu l-chemotherapy?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar tal-Onkologija Sir Anthony Mamo hemm provdut servizz WI-FI b’xejn biex ikun jista jintuza kemm mill-pazjenti u kif ukoll mill-vizitaturi. Barra min hemm hemm servizz ta’ televizjoni fil-common areas.

Mediċini out of stock – direct order

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-1 ta’ Frar 2016 il-mediċini li jidhru hawn taħt kienu out of stock? X’kienet ir-raġuni għalfejn dawn il-mediċini kienu out of stock? Kemm minnhom inxtraw b’direct order urġenti? Kemm kien il-valur ta’ kull direct order? Minn min ġiet awtorizzata d-direct order? Mil-liema kumpanija/kumpaniji nxtraw dawn il-mediċini permezz ta’ direct order? Alimenazine (Trimeprazine) 300mg/5ml Atenolol 50mg tablets Atorvastatin 80mg tablets Baclofen Syrup Bromocriptine 2.5mg tablets Coal Tar Shampoo Cyproterone Acetate 50mg tablets Didanosine tablets Ethinylestradiol 0.01mg tablets Ferrous Gluconate tablets Fluvastatin 80mg capsules Gentamycin & Hydrocortisone eye drops Imipramine 10mg tablets Ivermectine 3mg tablets Indomethacin 100mg suppositories Low Electrolyte Syrup Mebeverine 135 mg tablets Menadiol 10mg tablets Mexiletine 200mg tablets Monogen Food Preparation Nicorandil 10mg tablets Ondasetron 4mg/5ml syrup Prednisolone eye drops Pilocarpine 4% drops Progestamil Powder Phenindione 10mg tablets Phenindione 50mg tablets Rifampicin 100mg/5ml syrup Rosuvastatin 40mg tablets Sodium Cromoglycate tablets Sulindac 200mg tablets Tiopronin 250mg tablets Trifluoperazine 1mg/5ml Syrup Vitamin b complex tablets

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-9 ta’ Frar 2016, l-ebda mill-mediċini li jidhru fil-mistoqsija numru 23248 ma kienu out of stock. Nitlob lill-Onor Interpellant biex tivverifika l-informazzjoni li għandha peress li hija Central Procurement and Supplies Unit li tixtri u tqassam il-mediċini fis-servizz tas-saħħa. Dawn il-mediċini inxtraw kollha skond ir-regolamenti. Tajjeb li nfakkar li fi Żmien l-amministrazzjoni preċedenti in-numru ta’ mediċini out of stock kien jaqbeŻ il-183 mediċina iŻda f’dawn l-aħħar sentejn saru diversi tibdiliet fl-operat tas-CPSU bħal sistema kompjuterizzata ta’ stock management biex dan id-dipartiment isir aktar effiċjenti fl-operat tiegħu. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6644 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 361 ta' nhar l-Erbgħa, 24 ta' Frar 2016)

Mediċini Out of stock – direct order

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fid-9 ta’ Frar 2016, il-mediċini li jidhru hawn taħt kienu out of stock? X’kienet ir-raġuni għalfejn dawn il-mediċini kienu out of stock? Kemm minnhom inxtraw b’direct order urġenti? Kemm kien il-valur ta’ kull direct order? Minn min ġiet awtorizzata d-direct order? Mil-liema kumpanija/kumpaniji nxtraw dawn il-mediċini permezz ta’ direct order? Baclofen syrup Cabergoline 0.5mg tablets Didanosine tablets Digoxin 0.25mg tablets Ferrous Gluconate tablets Ga Gel Lamotrigine 25mg Dispersable Levetiracetam Syrup Mianserin 30mg tablets Monogen Food Preparation Nicotinamide 250mg tablets Phosphate supplements eff. tablets Pku Anamix Quetiapine 200mg (seroquel) Ropinerole 0.25mg tablets Sodium Cromoglycate Tabs Sulindac 200mg tablets Tiopronin 250mg tablets

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-9 ta’ Frar 2016, l-ebda mill-mediċini li jidhru fil-mistoqsija numru 23249 ma kienu out of stock. Dawn il-mediċini inxtraw kollha skont ir-regolamenti

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Tilqima tal-influwenza lill-ħabsin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tilqima tal-influwenza ġiet amministrata fil-ħabs? Kien hemm żieda fin-numru ta’ tilqim tal-influwenza għall-istaff u l-ħabsin minn mindu faqqgħet l-influwenza fil-ħabs?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkoncernat.

Dipartiment tas-Saħħa – investigazzjonijiet

Question

B’referenza għar-rapport li deher fil-ħarġa ta’ The Times of Malta tal-Erbgħa, 3 ta’ Frar 2016, f’paġna 3 jista’ l-Ministru jgħid x’investigazzjonijiet saru mid-Dipartiment tas-Saħħa fuq dan il-każ? Min mexxa dawn l-investigazzjonijiet? Meta bdiet l-investigazzjoni u meta ġiet magħluqa? Jista’ jgħid għaliex la darba rriżulta li persuna kellha f’idejha dokumenti privati li ttieħdu mill-Isptar, ma nħassx il-bżonn li jsir rapport lill-Pulizija biex dawn jinvestigaw kif inħareġ dan il-file?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex tispecifika ghal-liema rapport qed tirreferi peress fil-pagna indikata hemm aktar minn rapport wiehed.

Telefonati fuq il-112 għall-ambulanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hi l-medja ta’ telefonati fuq il-112 għall-ambulanza? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għaliex fl-ewwel ġranet ta’ Frar kien hemm żieda ta’ sejħiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2015 kien hemm medja ta’ 88 –il telefonata kuljum ghall-ambulanza.

Sptar Mater Dei – pazjenti riferuti miċ-Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Jannar 2015 sa Jannar 2016 (xahar b’xahar), kemm pazjenti ġew riferuti miċ-Ċentri tas-Saħħa għall-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar

Sptar Mater Dei – pazjenti li ġew discharged re-admitted ftit ġranet wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2015 sa Jannar 2016 (xahar b’xahar) kemm pazjenti ġew discharged mill-Isptar Mater Dei biex reġgħu daħlu wara inqas minn ħamest ijiem?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn tagħrif miġbur mill-Isptar Mater Dei in-numru ta’ pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Mater Dei u reġgħu daħlu lura b’mod urġenti taħt l-istess speċjalita medika wara inqas minn ħamest ijiem huwa medja ta inqas minn 1% tat-total li gew discharged fl 2015. Din il-figura hija 20% inqas minn dik tas-sena ta’ qabel.

National Cancer Strategy

Question

Jista’ jgħid, sena wara li wiegħed il-pubblikazzjoni tat-tieni National Cancer Strategy għall-pajjiżna, għalfejn din l-istrateġija għadha ma ġietx ippubblikata? Xi pjan għandu l-Gvern f’dan il-qasam? Il-Gvern, meta għandu pjan li jippubblika din l-istrateġija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Pjan Nazzjonali kontra l-Kanċer qiegħed jiġi żviluppat. Il-proċess li qiegħed jintuża jinkludi numru konsiderevoli ta’ konsultazzjonijiet ma diversi entitajiet u professjonisti li huma responsabbli mill-ħafna servizzi li huma nvoluti fil-kontroll tal-kanċer fosthom prevenzjoni, protezzjoni, skrinjar u kura multi-dixxiplinarja. Din l-involviment qiegħed jsir ħalli l-istakeholders involuti jkunu jistgħu jieħdu tassew ownership tal-Pjan li qiegħed jiġi mfassal u għalhehkk l-implimentazzjoni tiegħu jkun iktar żgurat.

Gwardjani tal-Ħabs bl-influwenza AH1N1

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li nhar il-Ħadd, 30 ta’ Jannar 2016, żewġ gwardjani tal-ħabs nisa u persuna oħra (raġel) li possibilment kien żar il-ħabs biex jagħmel xi xogħol, iddaħħlu l-Isptar Mater Dei jbatu mis-sintomi tal-influwenza AH1N1? Jista’ jikkonferma li dawn il-pazjenti ngħataw it-Tamiflu u ntalbu joqogħdu f’darhom (kwarantina) għal madwar ġimgħa? Kif inhi saħħithom illum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa eżamina żewġ gwardjani nisa b’sintomi ta’ influwenza. Wara li ttieħed swab respiratorju, instab li kellhom riħ komuni. Kien hemm gwardjan ieħor li nstab li kellu l-influwenza. Ħadd mill-gwardjani ma kellu bżonn jiġi rikoverat fl-Isptar Mater Dei. Il-gwardjani ntalbu joqogħdu f’darhom għal madwar ġimgħa sakemm is-sintomi jirrisolvu ruħhom

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — ħabsin, gwardjani, pulizija u staff ibatu mill-influwenza AH1N1

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn mindu faqqgħet l-influwenza AH1N1 fil-ħabs kemm ħabsin, gwardjani, pulizija u staff ieħor ġew infettati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkoncernat.

Sptar Mater Dei – pazjenti fl-isolation unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fl-isolation unit tal-Isptar Mater Dei minn Settembru 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm kienu nisa, kemm irġiel u għal liema kundizzjoni jew marda kienu qed jinżammu fl-isolation unit?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Settembru 2015 u Jannar ta’ din is-sena kien hemm medja ta’ 57 li nżammu fl-IDU tal-Isptar Mater Dei. L-iżjed kundizzjoni komuni kienet infjammazzjoni tal-istonku u l-musrana.

Dipartiment tas-Saħħa – prekawzjonijiet meħuda kontra l-AH1N1/Swine Flu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ħa u qed jieħu d-Dipartiment tas-Saħħa biex ma tkomplix tinfirex l-AH1N1/swine flu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull sena diversi miżuri ttieħdu biex titnaqqas il-firxa tal-influwenza staġjonali. Dawn il-miżuri jinkludu: 80,000 tilqima tal-influwenza staġjonali li s’issa ibbenefikaw minn din it-tilqima 72,835 persuna. Kampanja edukattiva mal-pubbliku biex jieħdu t-tilqima fosthom tqassim ta’ fuljetti miċ-Ċentri tas-Saħħa, interventi fuq programmi tal-medja u tagħrif fuq facebook . Miżuri biex titnaqqas il-firxa bħal ħasil tal-idejn aktar ta’ spiss u persuni li ħossuhom ma jifilħux ma jattendux għax-xogħol jew skola. Qiegħda ssir sorveljanza tal-influwenza fil-komunità.