Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptarijiet u Ċentri tas-Saħħa – lingwi li jidhru fuq mediċni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-Isptarijiet u Ċentri tas-Saħħa qed jintużaw mediċini li l-informazzjoni fuqhom (information leaflet) mhux dejjem qed tkun bl-Ingliż jew bil-Malti kif titlob il-Liġi ta’ Malta? Veru li kien hemm mediċini li l-informazzjoni kienet bil-Grieg u bil-Ġappuniż?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptarijiet u fiċ-Ċentri tas-Saħħa qed jintużaw mediċini li l-informazzjoni fuqhom (information leaflet) dejjem qed tkun bl-Ingliż jew bil-Malti kif titlob il-Liġi ta’ Malta.

Sptar Mater Dei – problema ta’ parkeġġ għall-istaff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern biex isolvi l-problema tal-parking għall-istaff u l-viżitaturi fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-pjanijiet qed jigu ffinalizzati

Sptar Monte Carmeli – servizz tas-saħħa mentali — privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jipprivatizza parti jew is-servizz kollu tas-saħħa mentali f’pajjiżna, speċjalment dawk is-servizzi li qed jingħataw mill-Isptar Monte Carmeli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi kollha tas-saħħa li jipprovdi l-gvern se jibqghu b’xejn ghall-pazjenti Maltin u Ghawdxin.

Qasam tas-saħħa mentali – ħlas lil GPs għas-servizz li jagħtu lil pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħsieb tal-Gvern li jħallas GPs għas-servizz li jagħtu fil-komunità lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali hux se tiġi estiża għall-ispeċjalisti psikjatriċi, psikologi, infermiera u professjonisti mediċi oħra bi speċjalizzazzjoni fil-kura psikjatrika?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-gvern bi hsiebu jsahhah is-servizz fil-komunita’ ghall-pazjenti bi problema ta’ mard mentali. Ghal dan il-ghan, il-gvern qieghed jiddiskuti mal-istake holders varji, kif l-ahjar jinvolvi il- professjonisti medici f’dan il-pjan.

Sptar Monte Carmeli — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli, sena b’sena, mis-sena 2010 sas-sena 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-sena 2010 u s-sena 2015 kien hemm medja ta’ 1,347 – il pazjent fis-sena rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli.

Fixed braces

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 21009, 22610 u 22611, jista’ l-Ministru jikkonferma li persuni fuq l-għajnuna soċjali (ir-relief) qed jintalbu jħallsu €800 għall-fixed braces?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22611.

Każijiet ta’ mwiet b’riżultat ta’ suwiċidji

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 19269, 21459 u 22609, jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-total ta’ 13,000 persuna li huma reġistrati bħala outpatients mas-Servizz tas-Saħħa Mentali għamlu suwiċidju fis-sena 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22609.

Sptar Mater Dei –post ta’ Consultant paediatrician with a special interest in Paediatric Emergency Care

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22607, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-post ta’ consultant paediatrician with a special interest in Paediatric Emergency Care imtlietx? Jekk iva, minn meta? Jekk le, għadhiex miftuħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess ta’ selezzjoni għal dan il-post wara li għalqet is-sejħa fil-5 ta' dan ix-xahar.

Nurse Navigators

Question

B’referenza għall-introduzzjoni ta’ nurse navigators li ħabbar is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne fit-3 ta’ Frar 2016, jista’ l-Ministru jgħid: a) kemm hemm infermiera li se jkunu nurse navigators ; b) dawn l-infermiera huma fost dawk li diġà jaħdmu fis-SAMOC; c) fuq liema kriterji se jiġu assenjati mal-pazjenti; u d) kull pazjent se jkun intitolat għal nurse navigator ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara s-sejha li harget fil-gazetta tal-gvern ghall-practice nurse u li ghalqet fil-21 ta’ Jannar, bhalissa qieghed isir il-process tal-ghazla ghal dawn l-infermiera. Dawn l-infermiera ser ikunu qed isegwu lill-dawk il-pazjenti li ghandhom dijanjosi ta’ kancer kolorettali jew tal-pulmun.

Pjan Nazzjonali tal-Kanċer – pubblikazzjoni tat-tieni pjan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat it-tieni Pjan Nazzjonali tal-Kanċer li kien imwiegħed mis-Segretarju Parlamentari fil-Jum Dinji kontra l-kanċer aktar minn sena ilu fi Frar 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 23243.

Insulin Pens 8mm – bdil fid-ditta tal-labar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn inbidlet id-ditta tal-labar tal-Insulin Pens 8mm li jitqassmu permezz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? Jista’ jikkonferma li kien hemm ħafna ilmenti fuq dawn il-labar u li kellha ssir investigazzjoni? Saret l-investigazzjoni? Jekk iva, x’kien l-outcome? Jekk le, meta se jsir?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-labar tal-Insulina ntagħżlu skont il-proċeduri stabbiliti wara li ħareġ it-tender fit-13 ta’ Mejju 2014. Is-CPSU qiegħed f’kuntatt man-numru żgħir ta’ pazjenti li urew preferenza għal-labar li kienu jużaw qabel ma’ ħareġ dan it-tender.

Stqarrija dwar il-virus taz-Zika

Question

B’referenza għall-istqarrija PR 160222 maħruġa fl-4 ta’ Frar 2016 fuq il-virus taz-Zika, jista’ l-Ministru jgħid: a) għalfejn il-Ministeru ħareġ din l-istqarrija fl-4 ta’ Frar u mhux fl-1 ta’ Frar hekk kif ħareġ l-avviż tal-WHO; b) huwa minnu li dan l-avviż ħareġ fil-fatt l-għada tal-wasla f’Malta ta’ Malti infettat b’dan il-virus; c) liema huma dawk il-miżuri, azzjonijiet u prekawzjonijiet li ttieħdu qabel il-wasla tal-persuna infettata bil-virus taz-Zika f’pajjiżna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sahha Publika hareg diversi stqarrijiet dwar il-virus Zika. Fil-fatt sa minn qabel ma l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjarat il-virus taz-Zika bħala Emerġenza għas-Saħħa Pubblika ta’ Tħassib Internazzjonali (Public Health Emergency of International Concern), id-dipartiment hareg stqarrija fejn fost oħrajn elenka numru ta’ pariri għal dawk il-vjaġġaturi li se jżuru pajjiżi affetwati. Din l-istqarrija ġiet ippubblikata fis-26 ta’ Jannar 2016. Bhal ma’ taf l-Onorevoli Interperllant l-Ghaqda Dinjija tas-Sahha ddikjarat emergenza ta' interess internazzjonali fl-1 ta' Frar, jigrifieri 6 ijiem wara. Fid-29 ta’ Jannar imbaghad, 3 ijiem qabel id-dikjarazzjoni tad-WHO, id-Dipartiment tas-Saħħa ordna l-kits biex ikun jista’ jsir test mediku għal dan il-virus.

New Delhi Metallo-Beta-Lactamase — mikrobu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22766, jista’ l-Ministru jgħid: a) kemm damu l-Isptar Mater Dei dawn il-pazjenti; b) kemm damu in isolation dawn il-pazjenti; c) jekk kenux oriġinarjament fl-istess sala meta nstab li kienu carriers tal-NDM-1 Klebsiella; d) x’kienet ir-raġuni li ġew identifikati erba’ pazjenti bil-mikrobu u mhux pazjent wieħed li seta’ ġie iżolat waħdu; e) x’falla fis-sistema tal- Infection Control ; u f) hux qed issir investigazzjoni fuq dan il-każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 22766.

Sptar Mater Dei – tender għal kiri ta’ trasport

Question

B’referenza għat-tender Q031-8502/15 għall-kiri ta’ trasport minn u lejn l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija li rebħet it-tender imsemmi ma kellhiex il-mini buses u/jew vetturi addattati biex jagħtu s-servizz meħtieġ lid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghal din is-sejha ghall-kwotazzjoni ma ntefghet l-ebda offerta.

Servizz ta’ Trasport għall-outpatients

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-servizz ta’ trasport għall-outpatients mhux qed jaħdem kif suppost għaliex il-vetturi li qed jintużaw kif speċifikat fit-tender huma żgħar wisq u mhux ilaħħqu mal-volum ta’ pazjenti li jridu jużaw dan is-servizz biex imorru għall-visti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li skada il-kuntratt mal-kumpanija li kienet qed toffri s-servizz tat-trasport ghall-outpatients, inhareg tender li gie aggudikat lill-kumpanija ohra fil-11 ta’ Frar 2016. Il-kuntratt ta’ din il-kumpanija mistenni jibda jopera mit-2 ta’ Marzu 2016. Bhalissa qed jintuza servizz temporanju biex jaqdi l-htigijiet necessarji.

Sptarijiet tal-Gvern — Servizz ta’ trasport għall-outpatients

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm numru ta’ pazjenti li qed jilmentaw mis-servizz inadegwat tat-trasport lejn l-outpatients tal-Istpar Mater Dei, Sptar San Luqa u Sptar Boffa għaliex it-trasport li qed jintużaw jieħu inqas passiġġieri u wheelchairs mis-servizz li kien qed jingħata sa Jannar 2016?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 23320.

Sptar Mater Dei – servizz lil pazjenti biex imorru l-outpatients

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li pazjenti qed jitħallew jistennew fil-bieb tal-outpatients tal-Isptar Mater Dei għal ħin twil għax ma jkunx hemm post għalihom fuq il-mini buses, li qed jaslu tard ukoll għall-appuntamenti tal-outpatients għall-istess raġuni, u li għalkemm żdiedu żewġ mini buses oħra bi spiża addizzjonali u li ma kenitx parti mit-tender oriġinali, xorta waħda s-servizz mhux ilaħħaq kif suppost?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 23320.

Dipartiment tas-Saħħa – ħlas lil studenti tal-Occupational Therapy u Physiotherapy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn studenti tal-occupational therapy u tal-physiotherapy li s-sajf li għadda kellhom placement mad-Dipartiment tas-Saħħa (fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Karen Grech u fi sptarijiet u ċentri tas-saħħa oħra), għadhom ma tħallsux ta’ dan il-placement? Jista’ jgħid sa meta huwa l-ħsieb li dan il-ħlas isir?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kors tal-Occupational Therapy u Physiotherapy huma korsijiet li parti obbligatorja minnhom huwa placement ġewwa klinika/l-Isptar. L-ammont ta’ sigħat obbligatorju bħala placement ikun determinat mill-Università ta’ Malta meta jiġu determinati l-korsijiet li ser ikunu offruti u d-deskrizzjoni tal-kors. Il-placement ta’ dawn l-istudenti fis-sajf jiġi kkordinat bejn l-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tas-Saħħa. Infurmat li dwar il-ħlas ta’ dawn il-placements fis-sajf qed isiru diskussjonijiet bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u stakeholders konċernati.

Ministeru għall-Familja u Soliderjatà Soċjali – kariga ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għamel żmien jaħdem fis-Segretarjat tal-Ministeru tiegħu jew tas-Segretarju Parlamentari li hemm fil-Ministeru tiegħu? X’kienet il-kariga tiegħu? Meta beda jaħdem fis-Segretarjat u meta spiċċa? X’kienet ir-raġuni li spiċċa mis-Segretarjat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna kkonċernata, kienet impjegata mas-Segretarjat Parlamentari, bħala messaġġier fl-14 ta' Mejju 2014 sa ma rriżenja fit-23 ta' Ottubru 2015.

Sptar Mater Dei – pazjenti infettati bl-AH1N1

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-ġranet ta’ qabel u wara l-14 ta’ Frar 2016, kien hemm madwar 30 pazjent infettat bl-AH1N1 fl-Isptar Mater Dei? X’miżuri ttieħdu biex din l-infezzjoni ma tinfirix fl-Isptar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tispecifika d-dati ezatti li qed tirreferi ghalihom.