Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptarijiet Pubbliċi — kuntratturi fil-Qasam tat-Tindif - numru ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġu l-aħħar tenders biex jintgħażlu l-kuntratturi tax-xogħol ta’ tindif fil-postijiet indikati hawn taħt? Kemm hemm kuntratturi involuti fil-qasam tat-tindif f’dawn il-postijiet u kull kuntrattur kemm għandu ħaddiema miegħu fuq bażi full-time u part-time: a) Sptar Karen Grech; b) Residenza San Vinċenz de Paul; c) Sptar Boffa; d) Sptar Mater Dei; e) Sptar Monte Karmeli; f) Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa; u g) fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Sptar Mater Dei – Persuna — Kariga ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tneħħiet mill-kariga ta’ HR Director fl-Isptar Mater Dei biex ingħatat kariga oħra? Jista’ jgħid x’inhu t-titlu ta’ din il-kariga u jagħti l-job description tax-xogħol tagħha? X’inhu s-salarju marbut ma’ din il-kariga l-ġdida?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija, giet appuntata bhala Director Operational Quality and Performance Management fl-Isptar Mater Dei. Il-persuna msemmija, zammet l-istess kundizzjonijiet.

Sptar Mater Dei – Director Human Resource and Administration

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inħatar bħala Director Human Resources and Administration fi ħdan l-Isptar Mater Dei kif imħabbar fiċ-ċirkulari MDH/70/2016? Jista’ jgħid x’esperjenza u/jew kwalifiki għandu dan l-individwu biex jokkupa din il-kariga? Jista’ jagħti l-job description ta’ dan il-post?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija, giet appuntata bhala Director Human Resources and Administration fl-Isptar Mater Dei. Il-persuna ndikata kienet tokkupa diversi pozizzjonijiet simili f’entitajiet ohra tal-gvern.

Kuntratt għal xogħol legali mogħti b’direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li d-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha kuntratt legali mogħti b’direct order mill-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll: a) meta ngħata dan id- direct order ; b) għal kemm jammonta (fi flus) dan id- direct order ; c) meta jiskadi dan id- direct order ; u d) jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt legali fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Ministeru tiegħi kif ukoll l-Entitajiet, Dipartiment, Fondazzjonijiet, Aġenziji, u Awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, m’għandhomx kuntratti legali mgħotija b’direct order lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament.

Identità tal-Ġeneru — Konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdietx il-konsultazzjoni bejn il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u l-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa kif stipulata fil-liġi tal-Identità tal-Ġeneru, li kienet ippubblikata fl-14 ta’ April 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nikkonferma mal-Onorevoli Interpellant li l-process ta’ konsultazzjonijiet li semmiet, beda.

Liġi tal-Identità tal-Ġeneru – Grupp Interdixxiplinari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkonsultat biex jitwaqqaf il-Grupp Interdixxiplinari kif stipulat fil-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru, ippubblikata fl-14 ta’ April 2015, u jekk dan il-grupp ġiex imwaqqaf?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.

Liġi tal-Identità tal-Ġeneru – Grupp ta’ Ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Grupp ta’ Ħidma kif stipulat fil-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru, ippubblikata fl-14 ta’ April 2015, ġiex imwaqqaf, liema grupp kellu jitwaqqaf tliet xhur wara li daħlet il-liġi, jiġifieri f’Lulju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli skont kif definit fil-Liġi dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – tobba, infermiera u staff mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba, infermiera u staff mediku ieħor jassistu lill-ħabsin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm minnhom iddaħħlu jaħdmu fis-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin hemm tabib wieħed li jaħdem f’ħinijiet fissi u jkun on call fil-ħinijiet li ma jkunx qed isservi fil-Facilita’. Minbarra li meta jinqala l-bżonn jinġiebu tobba oħra mit-taqsima tal-kura primarja tad-Dipartiment tas-Saħħa. Fil-Faċilita’ hemm ukoll dentist u dental assistant li jagħtu servizz darba fil-ġimgħa, kif ukoll Psikjatri li jagħtu servizz darbtejn fil-ġimgħa. Fil-Faċilita’ hemm ukoll Spiżjar fuq kuntratt full-time u numru ta’ nurses ta’ kuljum skont il-ħtieġa. Tabib ieħor ġie ingaġġat għal numru ta’ sigħat fuq bażi part-time fl-aħħar ġimgħat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – spezzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali (Sanità) saret fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, xahar b’xahar, minn Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru konċernat.

Sptar Monte Carmeli – persuni li kkommettew suwiċidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-2015, kemm kien hemm persuni li kkommettew suwiċidju waqt li kienu fil-forensic unit fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat fis-sena 2015, ma kien hemm l-ebda priġunier li kkommetta suwiċidju waqt li kien fil-Forensic Unit fl-Isptar Monte Carmeli.

Ħal Lija — Toroq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21479, jista’ l-Ministru jgħid meta hu biħsiebu li jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ Triq Ġużeppi Cali, f’Ħal Lija (ħdejn l-iskola) li għalkemm mhux imniżżla fit-tweġiba fil-fatt hija responsabilità tal-Ministeru tiegħu għaliex hija triq ġdida u għad trid tinbena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq inkwistjoni se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin. Fil-fatt diġa inħarġet Order to Start Works lill-kuntrattur.

Ħal Lija — Toroq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21479, jista’ l-Ministru jgħid meta hu biħsiebu li jibda x-xogħol fuq Triq Ferdinand Grech, f’Ħal Lija li għalkemm mhux imniżżla fit-tweġiba fil-fatt hija responsabilità tal-Ministeru tiegħu għaliex din it-triq qed iċċedi u trid tinbena mill-ġdid?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija. Fil-fatt, abbażi tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.57, Regolamenti Dwar Toroq Ġodda u Xogħlijiet f’Toroq, Tranpsort Malta hija responsabbli tal-kostruzzjoni u manutenzjoni ta’ toroq arterjali u distributorji u l-kostruzzjoni ta’ toroq residenzjali li qatt ma ġew mibnija mill-Gvern Ċentrali. Toroq li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali rispettiv. Ir-Regolament jispeċifikaw: TAQSIMA II KOSTRUZZJONI U MANUTENZJONI TA’ TOROQ Kostruzzjoni u Manutenzjoni ta’ Toroq. 3. (1) L-Awtorità għandha tipprovdi, jew hi stess jew permezz ta’ impriża, u fejn ikun adatt b’konsultazzjoni mal- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, għall-kostruzzjoni, kostruzzjoni mill-ġdid, twessiegħ, tiġdid, manteniment, titjib, immaniġġar, manutenzjoni u klassifikazzjoni ta’ toroq: Kap. 363. Iżda fejn triq la tkun triq arterjali lanqas triq distributorja, il-manteniment, it-titjib u l-manutenzjoni tagħha għandu jipprovdi għalihom il-Kunsill Lokali adatt skont l-artikolu 33 tal-Att dwar il- Kunsilli Lokali. Definizjonijiet "titjib" tinkludi t-twessiegħ, allinjament mill-ġdid u l-ifformar mill-ġdid ta’ toroq; "manutenzjoni" fir-rigward ta’ toroq pubbliċi tinkludi t-titjib u l-immaniġġar;

L-Iklin — Toroq

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21478, jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Ministeru biex itaffi l-probema serja ta’ konġestjoni ta’ traffiku fit-toroq imsemmija li jaqgħu taħt il-lokalità tal-Iklin imma huma responsabilità tal-Gvern Ċentrali, jiġifieri Triq Dun Karm, Triq tal-Balal u Triq in-Naxxar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda tistudja s-sitwazzjoni ta’ traffiku f’din l-akkwata li hi waħda dinamika ħafna, anki minħabba l-impatt li jista’ jkun hemm b’konsegwenza tax-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Kappara. Il-proġett tal-Kappara Junction, li huwa meqjus bħala proġett infrastrutturali maġġuri, ser ikun qed itaffi l-konġestjoni ta’ traffiku fil-partijiet ċentrali ta’ Malta u se jgħin sabiex jitnaqqsu l-queues twal li bħalissa jakkummulaw mar-roundabout eżistenti permezz ta’ bini ta’ junction iktar effiċjenti. Fl-isfond ta’ dan kollu, mhux mistenni li jsiru interventi speċifiċi fil-lokalita’ ndikata mill-Onor. Interpellant, matul l-andament tax-xogħlijiet relatati mal-proġett tal-Kappara. Madanakollu, Transport Malta se tiżgura li jkun hemm pjan t’immaniġġjar tat-traffiku ħolistiku tul il-proġett sabiex iż-żoni kollha tal-madwar jiġu mpattati bl-inqas mod possibli.

Sptar Monte Carmeli – pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali li ngħataw kura fil-komunità bħala parti mill-outreach tal-Isptar Monte Carmeli, sena b’sena, mis-sena 2010 sas-sena 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-sena 2010 u s-sena 2015 kien hemm medja ta’ 172 -il pazjenti li ngħataw kura fil-komunita bħala parti mill-outreach tal-Isptar Monte Carmeli

Sptar Mater Dei – pazjenti li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Psikjatrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fl-Isptar Mater Dei fid-Dipartiment tal-Psikjatrija, sena b’sena, bejn l-2010 u l-2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2010 u s-sena 2015 kien hemm medja ta’ 307 pazjent fis-sena li għamlu użu mid-Dipartiment tal-Psikjatrija, fl-Isptar Mater Dei.

Sptarijiet u Ċentri tas-Saħħa – ħaddiema protetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex jiġu protetti aktar il-ħaddiema tal-isptarijiet u Ċentri tas-Saħħa minn aggressuri li ħafna drabi jkunu familjarji ta’ pazjent jew pazjenti infushom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa huwa konxju mill-ħtieġa ta' protezzjoni adekwata għall-ħaddiema tas-Saħħa. Tant u hekk li ġew installati security cameras fid-diversi ċentri tas-saħħa. Filwaqt li fl-Isptar Mater Dei teżisti Standard Operating Procedure dwar l-inċidenti ta’ imġieba aggressiva.

Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid – kariga ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru: a) jgħid x’inhi l-pożizzjoni li fiha nħatar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fi ħdan iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid; b) jikkonferma li din il-ħatra saret bħala position of trust ; c) jgħid jekk inħatrux persuni oħra f’din il-pożizzjoni fiċ-Ċentri tas-Saħħa l-oħrajn; d) jgħid x’inhi l-paga u l-iskala li fiha nħatar l-individwu; u e) jekk iva, f’liema ċentri? Jekk le, għalfejn f’Raħal Ġdid biss?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija gie ngaggata fis-27 ta' Awwissu 2014 bhala Manager Health Centre. Huwa responsabbli mit-tmexxija u l-gestjoni tac-Centru tas-Sahha, jikkoordina l-management u jiehu hsieb li r-rosters ikunu mfassla skond l-htiega tal-bzonnijiet tac-Centru tas-sahha, jiehu hsieb il-leave u kwistjonijiet ohra relatati mal-impjegati li jaqghu taht ir-responsabbilta’ tieghu, jizgura li fic-Centru tas-Sahha ikun hemm is-sigurta’ necessarja kemm ghall-haddiema u kif ukoll ghall-pazjenti, izomm kuntatt dirett mal-haddiema u l-pazjenti biex is-servizz mic-Centri tas-Sahha dejjem jitjieb.

Tobba – follow up fuq pazjenti li ħadu trattament għall-kura tas-sider

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba (GPs) li qed jagħmlu follow-up fuq pazjenti li ħadu t-trattament għal kura tas-sider kif imħabbar fit-3 ta’ Diċembru 2015 (PR152735)? Kemm hemm pazjenti li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa hemm 14 –il tabib tal-familja li ghamlu t-tahrig sabiex jissiehbu f'din l-iskema.

Ħabsin li ddaħħlu Sptar Mater Dei

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija: a) kemm iddaħħlu ħabsin l-Isptar Mater Dei; b) kemm minnhom iddaħħlu l-ITU; c) kemm kien hemm gwardjani tal-ħabs, pulizija u staff ieħor li jaħdmu l-ħabs li daħħlu l-Isptar isofru minn sintomi tal-AH1N1; d) kemm kien hemm qraba u viżitaturi fil-ħabs li ddaħlu l-Isptar wara li bdew isofru minn sintomi tal-H1N1?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi minn Jannar 2016 sal-lum kien hemm 23 (tlieta u għoxrin) priġunier li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei għal xi raġuni jew oħra. Tajjeb li jingħad li din hija prassi komuni li jkun hemm priġunieri li jkunu meħtieġa li jmorru l-isptar għal kura. Tnejn minn dawn iddaħħlu l-ITU u fil-preżent m’hemm l-ebda inmate fl-ITU.. Ma kien hemm ebda gwardjan tal-ħabs, pulizija jew staff ieħor li jaħdmu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin li ddaħħlu l-Isptar isoffru minn sintomi tal-influwenza A H1N1. Fuq jekk kienx hemm qraba u viżitaturi li ddaħħlu l-Isptar wara li bdew isofru minn sintomi tal-H1N1 il-Faċilita’ m’ghandhiex din l-informazzjoni.

Hepatitis C — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bil-Hepatitis C li ngħataw il-mediċina b’xejn? Kemm kien il-valur ta’ din il-mediċina? Il-ħlas għal din il-mediċina ħareġ mill-Malta Community Chest Fund jew mill-Ministeru għas-Saħħa, jiġifieri mit-taxxi tal-poplu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċina tal-Hepatitis C waslet fl-2015 u l-ewwel trattament beda fl-4 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Twaqqaf kumitat kliniku magħmul minn esperti biex jevalwaw liema pazjenti jistaw jibbenefikaw minn dan it-trattament.