Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #24738 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ persuna – pakkett finanzjarju u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenari 24013 u jgħid xi rwol għandha fil-Ministeru tiegħu l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed tingħata din il-persuna?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmiha ġiet ngaġġata fuq bażi ta’ Contract for Service u titħallas skond is-siegħat li taħdem.

Konsulenti Mediċi — żieda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu konsulenti mediċi mal-Gvern minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija u f’liema dipartimenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-gvern kompla jsahhah is-servizz tas-Sahha ghall-pazjenti tieghu, billi zied 48 konsulent mediku, mis-sena 2013 il-quddiem. Dawn il-konsulenti medici qeghdin jaghtu s-servizzi taghhom f’diversi dipartimenti gewwa l-Isptar Mater Dei, fosthom fl-Anestesija, Pedjatrija u fl-Oftalmoloġija.

Sptar Mater Dei – Theatre Manager

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20308, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm appell għall-ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Operating Theatre Manager? Jekk iva, x’kienet id-deċiżjoni aħħarija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata nhatar bhala Theatre Manager f’Mater Dei wara li gie konkluz process ta’ ghazla skont ir-regolamenti tal-PSC.

Sptar Mater Dei – Theatre Manager

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20308, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li wkoll laħqet Theatre Manager qed taħdem fuq Skala 5 meta l-managers ta’ fuqha huma fuq Skala 6?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika Theatre Manager prezenti fl-Isptar Mater Dei huwa l-persuna ndikata fit-twegiba ghall-mistoqsija 20308.

Central Sterilisation Supplies Department (CSSD)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm fuq l-istruttura tal-management tas-Central Sterilisation Supplies Department (CSSD)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ticcara din il-mistoqsija.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24003, 21471 15966, 14901 u 13264 u jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista' jgħid: (a) x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; (b) meta tqabbad; (ċ) kemm sewa jew se jiswa; (d) kif intgħażel il-kuntrattur; (e) min għażel il-kuntrattur; u (f) meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta? Jista’ jgħid jekk huwiex konxju li din il-mistoqsija saret għall-ewwel darba fil-31 ta’ Diċembru 2014 mill-Onor. Claudio Grech u sal-lum għadha ma ġietx imwieġba għax l-informazzjoni għadha qed tinġabar? X’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispecifika x’tifhem b’assignments u / jew kummissjonijiet.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – spejjeż għal safar

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17565 u 24004 u l-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jispeċifika x’safar għamel hu b’mod uffiċjali minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm swiet kull safra, x’kien l-iskop ta’ kull safra u minn min kien akkumpanjat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta’ żjarat uffiċjali.

Operazzjoni tal-Kataretti — stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istat ta’ stennija għall-operazzjonijiet għat-tneħħija tal-kataretti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dewmien medju għall-proċedura tal-kataretti permezz ta’ loppju lokali, niżel minn tliet snin fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti għal madwar erbgħa xhur. Nirrimarka li l-kazijiet kollha jitqiesu skond l-urgenza medika.

Operazzjoni ta’ Knee Replacement — stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istat ta’ stennija għall-operazzjonijiet tan-Knee Replacement?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dewmien medju għall-proċedura ta ‘knee replacement’ huwa ta’ madwar sentejn. Nirrimarka li l-kazijiet kollha jitqiesu skond l-urgenza medika. Nfakkar illi f’Marzu 2013, kien hemm total ta’ 1733 open case ghal- Knee Replacement , filwaqt li prezentament hemm 1192.

Operazzjoni tal-Hip Replacement — stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istat ta’ stennija għall-operazzjonijiet tal-Hip Replacement?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dewmien medju għall-proċedura tal-‘hip replacement’ huwa ta’ madwar sentejn. Nirrimarka li l-kazijiet kollha jitqiesu skond l-urgenza medika.

Sptar Mater Dei – rapport annwali tal-operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei għas-sena 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2015 saru 52,889 proċeduri gewwa l-Isptar Mater Dei. Dan l-Isptar zied l-ammont ta’ operazzjonijiet b’ 16,914, mqabbla mas-sena 2008, meta l-isptar Mater Dei infetah.

Liġi tal-Ġeneru – Grupp ta’ ħidma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Grupp ta’ Ħidma kif stipulat fil-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru, ippubblikata fl-14 ta’ April 2015, ġiex imwaqqaf, liema grupp kellu jitwaqqaf tliet xhur wara li daħlet il-liġi, jiġifieri f’Lulju 2015?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grupp ta' Ħidma twaqqaf.

Diskussjonijiet fuq il-liġi tal-Identità tal-Ġeneru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk bdewx id-diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa kif ġiet stipulat fil-liġi tal-Identità tal-Ġeneru? Jekk iva, min qed imexxi dawn id-diskussjonijiet? Jekk le, meta se jibdew?

Response (DALLI, HELENA)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess ma jistipulax li għandhom isiru diskussjonijiet jew kif għandhom isiru d-diskussjonijiet bejn il-Ministeru tiegħi u dak għall-Enerġija u s-Saħħa. Madanakollu, nikkonferma mal-Onor. Interpellant li seħħew diversi diskussjonijiet u li dawn qed jitmexxew mill-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa bil-parteċipazzjoni ta’ rappreżentant tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.
Leg 12 PQ #24012 Sitting 373 2016-04-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ individwu – pakkett finanzjarju u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed jingħata dan l-individwu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta .
Leg 12 PQ #24013 Sitting 373 2016-04-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ persuna – pakkett finanzjarju u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandha fil-Ministeru tiegħu l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed jingħata din il-persuna?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta .
Leg 12 PQ #24014 Sitting 373 2016-04-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ persuna – pakkett finanzjarju u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed jingħata dan l-individwu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta .

Residenza San Vinċenz de Paul – anzjana li tħalliet waħedha

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17019 u jikkonferma li nhar is-27 ta’ Mejju 2015, anzjana tħalliet waħedha fil-ward fir-Residenza San Vinċenz de Paul wara li l-istaff u l-pazjenti marru ħarġa? Jikkonferma li din l-anzjana kellha problemi ta’ saħħa u li n-nuqqas ta’ preżenza ta’ professjonisti mediċi kienu ta’ periklu għaliha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21488.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – spejjeż għal safar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17565 u jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa minn Jannar sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra (a) min kienu l-persuni li siefru; (b) minn min kienu akkumpanjati; u (c) x’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17774 (sbatax-il elf, seba’ mija, erbgħa u sebgħin), filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li tkopri sal-perjodu Frar 2016.