Legislature:
Category:
Reset
Active:

Operazzjoni tal-Hip Replacement — stennija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24724, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-hip replacement u kemm ilhom jistennew biex jagħmlu din l-operazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bhalissa hemm 270 pazjenti jistennew sabiex jaghmlu l-operazzjoni tal-hip replacement. Nirrimarka li din hija l-inqas lista ta’ stennija f’dawn l-ahhar snin. Ghat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija 24724.

Operazzjoni tan-Knee Replacement — stennija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24723, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex jagħmlu operazzjoni tan-knee replacement u kemm ilhom jistennew biex jagħmlu din l-operazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 24723.

Operazzjoni tal-Arthroscopy — stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24722 u jgħid x’inhu l-istat ta’ stennija għall-operazzjonijiet tal-arthroscopy?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.

Hip Replacement — żmien ta’ stennija - Pazjenti riferuti mit-tabib tal-familja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ż-żmien ta’ stennija biex pazjent riferut mit-tabib tal-familja jarah konsulent ortopediku għall-hip replacement?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta pazjent jiġi riferut l-ewwel darba biex jarah konsulent ta’ l-Ortopedija, id-deċiżjoni jekk għandiex issir operazzjoni/intervent tkun għada mhux mehuda. Din id-deċiżjoni tittieħed mill-konsulent, skond il-kundizzjoni klinika tal-pazjent u wara li jkun ezaminah u jkunu saru l-investigazzjonijiet mehtiega.

Operazzjoni ta’ Knee Replacement — stennija

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24723 jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru eżatt ta’ operazzjonijiet tan-knee replacement li saru fl-2014 u dawk li saru fl-2015? Kemm minn dawn l-operazzjonijiet kienu revision?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.

Knee Replacement — żmien ta’ stennija - Pazjenti riferuti mit-tabib tal-familja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ż-żmien ta’ stennija biex pazjent riferut mit-tabib tal-familja jarah konsulent ortopediku għan-knee replacement?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 24961.

Operazzjoni tal-Arthroscopy — stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24722 u jgħid x’inhu l-istat ta’ stennija għall-operazzjoni tal-Arthroscopy? Kemm kien in-numru eżatt tal-operazzjonijiet tal-Arthroscopy li saru fl-2014 u dawk li saru fl-2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, fis-sena 2015 saru 805 operazzjonijiet tal-Arthroscopy, illi jirrapprezentaw zieda ta 46% fuq is-sena 2013.

Arthroscopy — żmien ta’ stennija - Pazjenti riferuti mit-tabib tal-familja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ż-żmien ta' stennija biex pazjent riferut mit-tabib tal-familja jarah konsulent ortopediku għall-Arthroscopy?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 24961.

Konsulenti Mediċi – ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24727, jista’ l-Ministru jgħid: a. Meta (f’liema sena) ġie appuntat kull konsulent; b. F’liema speċjalità ġie appuntat; u c. Liema minnhom kienu konsulenti appuntati biex jieħdu post konsulenti li rtiraw jew telqu mis-servizz u liema fil-fatt kienu żieda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-lista ta’ 48 konsulent mediku gdid li gew appuntati mill-2013 li l’hawn. Waqt illi 4 minn dawn il-konsulenti nhatru biex jiehdu post konsulent li kien irtira, 1-44 posts l-ohra huma godda.
Leg 12 PQ #24739 Sitting 380 2016-04-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għalGħawdex – ingaġġ ta’ persuna – pakkett finanzjarju u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24014 u jgħid xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed jingħata dan l-individwu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi ġie ngaġġat bħala Ministry Co-ordinator fuq affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kultura buq bażi ta’ Person of Trust għal 20 siegħa fil-gimgħa. Huwa qed jitħallas pro rata fuq skala ta’ salarju 7 u qiegħed jingħata Mobile Allowance ta’ €407.50 fis-sena.

Visas lill-barranin għal raġunijiet mediċi

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 24006, 20542 u 20222 li saru lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġew riferuti lilu, jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #24918 Sitting 380 2016-04-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Baħar iċ-Ċagħaq – Caravan Sites — strutturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-iżvilupp ta' struttura/strutturi li bdew jinbnew fiż-żona tal-Caravan Site ta' Baħar iċ-Ċagħaq liema xogħol bil-bricks beda fil-ġranet ta' qabel il-Ġimgħa 15 t'April 2016? Dawn l-istrutturi għandhom il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar(MEPA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar illi l-żvilupp riferut, jikkonsisti minn xogħolijiet privati ta' manutenzjoni li ma jirrikjedux permess ta' żvilup u li ma ġewx mibnija ebda strutturi jew kmamar.

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report 2015

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report 2015 għall-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report 2015 kif mitlub.

Sptar Mater Dei – rapport annwali tal-operazzjonijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24726, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei għas-sena 2015? Jista’ jpoġġi r-rapport sħiħ u mhux in-numru totali tal-operazzjonijiet biss?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 24726.

Operazzjoni tal-Hip Replacement — stennija

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24724, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru eżatt ta’ operazzjonijiet tal-Hip Replacement li saru fl-2014 u dawk li saru fl-2015? Kemm minn dawn l-operazzjonijiet kienu revision?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-operazzjonijiet tal-Hip Replacement ghas-sena 2015 kien ta’ 178 operazzjoni, li hija zieda ta' 20% fuq l-2012.

Formularju tal-mediċini — lista ta' mediċini li tneħħew

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24007 u 19029 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' mediċini li tneħħew mill-formolarju tal-mediċini mill-2013 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jindika b'mod ċar kull mediċina għal liema kundizzjoni tintuża?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, peress li l-formularju tal-gvern kien fih numru ta’ medicini antikwati, qed isir process biex in-numru ta’ medicini li ma ghadhomx jintuzaw jigu mibdula b’medicini ohra. F’dan il-perjodu l-medicini li tnehhew minn fuq il-formularju minghajr ma’ giet provduta alternattiva huma: Drug Name : Reason for deletion : Hydrocortisone + Fusidic acid Cream Known Potential driver for development of MRSA Thyrotrophin-releasing hormone (TRH) Injections No source of supply Ketoconazole Tablets Safety Issues Amphotericin Lozenges Production Discontinued Benzoyl Peroxide Gel & Cream Consumption Nil Phenol in Glycerol w/w Injections Production Discontinued Tretinoin Gel Consumption Nil Calcium Hydroxide Powder Consumption Nil Fuller’s Earth Powder Not Available Internationally Iodine Weak Solution Not Available Internationally Potash Aluminium (Aluminium Potassium Sulphate) 10% w/v Sterile Solution for Injection Consumption Nil Tannic Acid Powder Consumption Nil Guanethidine Injection Consumption Nil Dan it-tibdil ikun sar wara diskussjoni mal-esperti klinici involuti.

National Cancer Strategy

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 23243 u 24008, jista’ l-Ministru jgħid il-Gvern, meta għandu pjan li jippubblika t-tieni National Cancer Strategy?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija 24008.

Sptar Mater Dei – pazjenti li ġew discharged u re-admitted ftit ġranet wara

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 23242 u 24009, jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2015 sa Jannar 2016 (xahar b’xahar) in-numru (mhux persentaġġi) ta’ pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Mater Dei biex reġgħu daħlu wara inqas minn ħamest ijiem?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija 24009.

Sports and Exercise Medicine Clinic — Allied Health Professionals u sejħa għal tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa għal tobba u Allied Health Professionals biex jaħdmu fl-Isports and Exercise Medicine Clinic kif imħabbar fil-Memo PHCD 10/2016?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-klinika ta’ l-‘Sports and Exercise Medicine’ hija estensjoni tas-servizzi ortopedici mill-Isptar Mater Dei. Inkonformita’ mal-politika tal-gvern li fejn hu possibli, jaghti servizzi fil-komunita, s-servizz tal- ‘Sports and Exercise Medicine Clinic’ ser ikun qieghed jinghata mic-centri tas-sahha. L-klinika ser tkun immexxija mill-Konsulent fl-Ortopedija li gie mahtur f’Awwisu tas-sena l-ohra.
Leg 12 PQ #24737 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ individwu – pakkett finanzjarju u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24012 u jgħid xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra qed jingħata dan l-individwu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-individwu msemmi ġie ngaġġat bħala Project Management Coordinator buq bażi ta’ Person of Trust. Huwa qed jitħallas fuq skala ta’ salarju 3.