Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25170 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – rapport annwali tal-operazzjonijiet

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 24959 u 24726, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei għas-sena 2015? Jista’ jpoġġi r-rapport sħiħ u mhux in-numru totali tal-operazzjonijiet biss?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inqieghed fuq il-mejda tal-kamra Surgical Operations at Mater Dei Hospital Theatres Report ta’ Jannar 2016.

Visas lill-barranin għal raġunijiet mediċi

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24740, 24006, 20542 u 20222 li saru lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġew riferuti lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #25206 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenti Mediċi – ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25074, jista’ l-Ministru jgħid kull konsulent f’liema sena nħatar? Jista’ jindika wkoll liema konsulenti nħatru qabel Marzu 2013 u liema wara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi it-48 konsulent indikat fit-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25074, kollha nhatru minn Marzu 2013 li l’hawn.
Leg 12 PQ #25207 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenti Mediċi — ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25074, jista’ l-Ministru jgħid liema mill-konsulenti kienu appuntati biex jieħdu post konsulenti li rtiraw jew telqu mis-servizz u liema fil-fatt kienu żieda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lil Onorevoli Interpellant biex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija 25074.
Leg 12 PQ #25208 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenti Mediċi – ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25074, jista’ l-Ministru jikkonferma li ma kien hemm l-ebda sejħa għall-konsulenti fl-Emerġenza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 li l’hawn kien hemm tliet sejħiet għall-konsulenti fl-Emerġenza. Dawn huma: -Consultant Paediatrician with a Special Interest in Paediatric Emergency Care -Consultant Surgeon with Special Interest in Acute and Emergency Surgery -Consultant in Accident & Emergency Medicine
Leg 12 PQ #25087 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Alġerija – Memorandum of Understanding

Question

B’referenza għall-Press Release 160850 maħruġa fil-21 ta’ April 2016, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ Memorandum of Understanding se jiġi ffirmat mal-Alġerija u għal liema speċjalizzazzjonijiet mediċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt żjara li kellu f’pajjiżna l-Ecċellenza Tiegħu Abdelmalek Boudiaf, Ministru għas-Saħħa, Popolazzjoni, Riforma tal-Isptarijiet tar-Repubblika Demokratika tal-Alġerija, ġie mifthiem li jkun ippreparat memorandum of understanding dwar is-settur tas-saħħa li mistenni jkun iffirmat fil-futur qarib. Dan il-memorandum of understanding mistenni jwitti triq għal kummissjoni konġunta bejn iż-żewġ pajjiżi għal dan is-settur.
Leg 12 PQ #25164 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Testijiet tal-musrana — frekwenza

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li t-testijiet tal-musrana (colonoscopy) għal min għandu kundizzjoni ereditarja, qed isiru kull ħames snin minflok kull sentejn kif kien isir sal-2013?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programm ta' screening jimxi fuq parametri stabbiliti u maqbula minn grupp ta' esperti lokali. Dawn il-parametri jirriflettu linji gwida internazzjonali u huma ssaportjati bi studji klinici li jigu aggornati regolarment.
Leg 12 PQ #25165 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mill-bidu ta’ Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm saru operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd fl-Isptar Mater Dei u f’liema speċjalizzazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant mill-informazzjoni miġbura, li n-numru ta’ operazzjonijiet elective rreġistrati gewwa Mater Dei, mill-bidu ta’ Jannar 2015 sa l-aħħar ta’ Marzu 2016 li saru nhar ta’ Ħadd, huma total ta’ ta’ 777.
Leg 12 PQ #25166 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet nhar ta’ Sibt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm saru operazzjonijiet nhar ta’ Sibt fl-Isptar Mater Dei minn Jannar 2010 sa Diċembru 2015? Jista’ jispeċifika għal liema speċjalizzazzjoni kienu?

Response (FEARNE, CHRIS)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qedgha tidher fit-tabella hawn taht: Number of elective operations on Saturdays: 2010 2011 2012 2013 2014 2015 4528 3388 3674 4129 5219 5862
Leg 12 PQ #25167 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm saru operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd fl-Isptar Mater Dei minn Jannar 2010 sa Diċembru 2015? Jista’ jispeċifika għal liema speċjalizzazzjoni kienu?

Response (FEARNE, CHRIS)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qedgha tidher fit-tabella hawn taht: Number of elective operations on Sundays: 2010 2011 2012 2013 2014 2015 482 586 531 530 644 639
Leg 12 PQ #25168 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Interventi tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm saru interventi tal-IVF fl-Isptar Mater Dei kull sena mill-2013 sal-2015, sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li fl-2013 ma saret ebda procedura ta' IVF/ICSI f'Mater Dei, matul is-sena 2015 saru 176 cikli tal-IVF / ICSI gewwa l-Isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #25081 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Kataretti — stennija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24721, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-kataretti u kemm ilhom jistennew biex jagħmlu din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentament hemm 1039 pazjenti jistennew biex jaghmlu l-operazzjoni tal-kataretta, illi jirraprezentaw tnaqqis b’ 71% fuq is-sena 2012. Ninfurmaha ukoll illi z-zmien ta’ stennija għall-proċedura tal-kataretti permezz ta’ loppju lokali, niżel minn tliet snin fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti għal madwar erbgħa xhur illum.
Leg 12 PQ #25082 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti li ġew discharged u re-admitted ftit ġranet wara

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24735, 23242 u 24009, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn qed jirrifjuta li jagħti n-numru (mhux persentaġġi) ta’ pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Mater Dei biex reġgħu daħlu wara inqas minn ħamest ijiem bejn Jannar 2015 u Jannar 2016 (xahar b’xahar)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-90,128 admissions li kien hemm fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2015, 758 kienu re-admissions igifieri b’figura ta’ anqas minn 1% tat-total.
Leg 12 PQ #25083 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

National Cancer Strategy

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24734, 23243 u 24008, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjan li jippubblika t-tieni National Cancer Strategy fis-sena 2016, jew wara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Pjan Nazzjonali tal-Kancer ser jigi ppubblikat aktar tard din is-sena
Leg 12 PQ #25084 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Formularju tal-mediċini — lista ta' mediċini li tneħħew

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24733, jista’ l-Ministru jikkonferma li din hija l-lista kollha ta’ mediċini li tneħħew mill-formolarju peress li skont l-informazzjoni online, fl-ewwel tliet ġimgħat ta’ April 2016 biss, mill-formolarju kienu tneħħew dawn il-mediċini (Betamethasone Sodium Phosphate 0.1% Eye Drops, Prednisolone Sodium Phosphate 0.5% Eye Drops u Pilocarpine Nitrate 2% Eye Drops (Minims), u dan ifisser li skont l-informazzjoni fit-tweġiba tal-Ministru fi tliet snin suppost li tneħħew 14-il mediċina meta fit-tliet ġimgħat tneħħew tlieta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nerga ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm process kontinwu sabiex il-formularju tal-gvern jigi mgedded. Il-lista ta’ 13 il-medicina li qed tirreferi ghaliha hi, kif diga spjegat huma dawk il-medicini li ma kellhomx alternattiva provduta ghar-raguni indikata fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 24733
Leg 12 PQ #25085 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – informazzjoni dwar safar

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17565, 24004 u 24732, peress li l-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mhijiex sħiħa, jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet kull safra u min kienu l-individwi li akkumpanjawh?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. L-ispiża ta’ kull delegazzjoni uffiċjali ġiet tiswa medja ta’ €6897 (sitt elef, tminn mija, sebgħa u disgħin Ewro).
Leg 12 PQ #25086 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — lista ta' assignments

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24731 meta wara sena u erba’ xhur jevita li jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 24003, 21471, 15966, 14901 u 13264 u jgħid li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, jista’ l-Ministru jispjega kif kien qed jiġbor l-informazzjoni meta fir-risposta msemmija qed jgħid li ma fehemx il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-klerifika ghall-mistoqsija taghha intalbet sabiex tkun tista’ tingabar l-informazzjoni b’mod aktar specifiku.

Konsulenti Mediċi – ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24727, jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-2015 inħatru ħames konsulenti biss u tlieta minnhom kienu replacement ta’ konsulenti oħra u għalhekk, żewġ konsulenti biss żdiedu s-sena li għaddiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25074.

Sptar Mater Dei – Department of General Surgery — post ta’ Konsulent Mediku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24727, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-post ta’ konsulent fid-Department of General Surgery, vakat mill-Professur Laferla li rtira, ilu għal dawn l-aħħar sitt xhur b’Acting Consultant u li fil-fatt għadha ma saritx sejħa pubblika biex din il-konsulenza timtela?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din is-sejħa għall-applikazzjoni biex jimtela l-post vakant għal Konsulent fid-Dipartiment tal-Kirurġija Ġenerali vakat mill-Professur imsemmi, hija skedata li toħroġ fil-gimghat li gejjin.

Sptar Mater Dei – rapport annwali tal-operazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24726, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali sħiħ tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei għas-sena 2015 u mhux jagħti biss it-totali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 24726.