Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25456 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-artroskopija – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew fuq il-waiting list biex jagħmlu operazzjoni tal-artroskopija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.
Leg 12 PQ #25457 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Intervent tal-Carpal tunnel – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew fuq il-waiting list biex jagħmlu carpal tunnel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi carpal tunnel tirreferi ghall-parti mil-anatomija tad-driegh u mhux ghall-operazzjoni.
Leg 12 PQ #25458 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata – atti ta’ konvenju għax-xiri ta’ oqbra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru konvenji għall-oqbra tal-Addolorata fl-2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2013 saru 392 konvenji ghax-xiri t’oqbra fl-Addolorata. Dan il-process twaqqaf mill-amministrazzjoni preżenti peress li l-permess ta’ l-Awtorita’ tal-Ippjanar kien skada f’Gunju tal-2011 u ma kienx gie imgedded mill-gvern ta' qabel. It-392 konvenji li ghalihom kienu thallsu flejjes lill-gvern ma kienux gew irregistrati mad-dipartiment tat-taxxa. Dan il-gvern ha l-passi biex irregolarizza dawn il-konvenji u ser jonorhom kollha.
Leg 12 PQ #25459 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – kamra mortwarja

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei, wara li jitlaq il-manager fis-2.30 ta’ wara nofsinhar, minn tliet ħaddiema jibqa’ wieħed biss?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kamra mortwarja tal-isptar Mater Dei, tkun miftuha ghall-pubbliku mis-7 ta’ fil-ghodu sal-4 ta’ wara nofs inhar. Wara 2.30 ta’ wara nofs inhar din tibqa topera normali bhal kwalunkwe hin iehor, sakemm tinghalaq.
Leg 12 PQ #25460 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Diabetes Clinic

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li n-numru ta’ nurses, podiatrists u professjonisti oħra fid-Diabetes Clinic fl-Isptar Mater Dei naqas minn 20 għal 13?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-complement prezenti gewwa d-Diabetes Clinic huwa ta’ 18. Dan ma jinkludix l-podiatrists u t-tobba.
Leg 12 PQ #25461 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulent tad-Dijabete – pazjenti jistennew biex jarahom konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent tad-Dijabete?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.
Leg 12 PQ #25221 Sitting 388 2016-05-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Knee Replacement — żmien ta’ stennija - Pazjenti riferuti mit-tabib tal-familja

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24963, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent ortopediku biex jivverifika għandhomx bżonn ta’ knee replacement, kemm ilhom jistennew u l-appuntamenti humiex għall-2018 jew qabel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni mhux possibli li tingabar ghaliex il-pazjenti jkunu referuti ghand Specjalista b'sintomu jew sintomi u mhux b'talba specifika ghal knee replacement.
Leg 12 PQ #25215 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – rapport sħiħ tal-operazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 24959 u 24726, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma jridx jippubblika r-rapport sħiħ tal-operazzjonijiet li saru fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25170.
Leg 12 PQ #25216 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – rapport annwali tal-operazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24959 u 24726, jista’ l-Ministru jgħid jekk in-numru totali tal-operazzjonijiet jinkludix proċeduri li jaqgħu taħt Medical Imaging u operazzjonijiet li saru fis-Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, b’referenza ghat-twegiba parlamentari 24726, illi n-numru ta’ operazzjonijiet indikati ma jinkludux dawk il-proceduri li saru fil-Medical Imaging u lanqas fl-Isptar Sir Anthony Mamo.
Leg 12 PQ #25217 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Hip Replacement

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24960 u 24724, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-178 hip replacement li saru fl-2015, kienu revision?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nfakkar lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2015 kien hemm żieda ta’ operazzjonijiet b’ 20% fuq is-sena 2012 u minn dawn kien hemm 23 li kienu revision.
Leg 12 PQ #25218 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Hip Replacement

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24960 u 24724, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru hip replacements fl-2013 u fl-2014?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2014 saru 157 hip replacements filwaqt li t-total ta’ dawn l-operazzjonjiet għas-sena 2015 kien ta’ 178.
Leg 12 PQ #25219 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Hip Replacement — żmien ta’ stennija - Pazjenti riferuti mit-tabib tal-familja

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24961, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent ortopediku biex jivverifika għandhomx bżonn hip replacement, kemm ilhom jistennew u l-appuntamenti humiex għall-2018 jew qabel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni mhux possibli li tinġabar għaliex il-pazjenti ikunu referuti għand speċjalista b'sintomu jew sintomi u mhux b'talba speċifika għall-hip replacement.
Leg 12 PQ #25220 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni ta’ Knee Replacement — stennija

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24962 u 24723, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru eżatt ta’ operazzjonijiet ta’ knee replacement li saru fl-2014 u dawk li saru fl-2015? Kemm minn dawn l-operazzjonijiet kienu revision?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ operazzjonijiet tan-knee replacement li saru fis-snin 2014 u 2015 kien 1140.
Leg 12 PQ #25209 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenti Mediċi – ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25074, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb joħroġ sejħiet għal aktar konsulenti mediċi fis-sena 2016? Jekk iva, f’liema speċjalizzazzjonijiet mediċi? Jekk le, għalfejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nikkonferma mal-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa se joħroġ aktar sejħiet għall-konsulenti mediċi fl-2016 skont l-esiġenzi tas-Servizz.
Leg 12 PQ #25210 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenti Mediċi – ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25075 u 24727, jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-2015 inħatru biss ħames konsulenti u tlieta minnhom kienu replacement ta’ konsulenti oħra u għalhekk żewġ konsulenti biss żdiedu fis-sena 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2015 id-Dipartiment tas-Saħħa ħatar 13-il konsulent ġdid li 3 minnhom kienu qed jieħdu post konsulenti oħra li rtiraw.
Leg 12 PQ #25211 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Department of General Surgery — post ta’ Konsulent Mediku

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25076 u 24727, jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx is-sejħa għall-post ta’ konsulent fid-Dipartiment tal-General Surgery? Jekk iva, meta u kemm kien hemm applikanti? Jekk le, meta se toħroġ din is-sejħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin id-Dipartiment tas-Saħħa se joħroġ sejħa għal Konsulent Kirurgu Ġenerali b’Interess Speċjali fil-Kirurġija tas-Sider.
Leg 12 PQ #25212 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Arthroscopy — stennija

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24964 u 24722, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ operazzjonijiet tal-Arthroscopy li saru fl-2014?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2014 saru 707 operazzjoni tal-Arthroscopy ġewwa l-Isptar Mater Dei filwaqt li nfakkar li fis-sena 2015 saru 805 Arthroscopy.
Leg 12 PQ #25213 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Arthroscopy — stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent ortopediku biex jivverifika għandhomx bżonn Arthroscopy, kemm ilhom jistennew u l-appuntamenti humiex għall-2018 jew qabel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni mhux possibli li tingabar ghaliex il-pazjenti jkunu referuti ghand specjalista b'sintomu jew sintomi u mhux b'talba specifika ghal Arthroscopy.
Leg 12 PQ #25214 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report 2015

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24958, jista’ l-Ministru jgħid kif ġie affetwat ir-rapport wara li sar it-tibdil fis-sistema tal-IT tal-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li hija l-prassi li meta jkun hemm tibdil maġġuri f’sistemi bħal ma hija s-sistema elettronika amministrattiva tal-pazjenti, tali tibdil jiġi nnutat fid-daħla tar-rapport, mhux maħsub li dan it-tibdil ħalla impatt maġġuri fuq l-informazzjoni meta ppreżentata fuq perjodu ta’ sena jew iżjed.
Leg 12 PQ #25169 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Malta Embryo Protection Authority – rapport annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Malta Embryo Protection Authority għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport annwali tal-Malta Embryo Protection Authority għas-sena 2014 kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Lulju tas-sena l-oħra f’seduta 291, paperlaid 5364, filwaqt li r-rapport annwali tas-sena 2015 għadu ma ġiex preżentat mill-Awtorità.