Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25582 Sitting 394 2016-05-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – kuntratt ta’ xogħol lill-kumpanija Nexia BT’s

Question

B’referenza għall-artiklu li deher fit-Times of Malta tal-Ħamis, 19 ta’ Mejju 2016 “Nexia BT’s Mater Dei contract will not be renewed, says Chris Fearne”, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol mitlub minn din il-kumpanija tlestiex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xoghol mitlub ghadu mhux konkluz.
Leg 12 PQ #25583 Sitting 394 2016-05-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – kuntratt mogħti lill-kumpanija Nexia BT’s

Question

B’referenza għall-artiklu li deher fit-Times of Malta tal-Ħamis, 19 ta’ Mejju 2016 “Nexia BT’s Mater Dei contract will not be renewed, says Chris Fearne”, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport konklussiv u l-findings li għamlet din il-kumpanija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25582.
Leg 12 PQ #25566 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet Pubbliċi — kuntratturi fil-Qasam tat-Tindif - numru ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23989 u jgħid meta ħarġu l-aħħar tenders biex jintgħażlu l-kuntratturi tax-xogħol ta’ tindif fil-postijiet indikati hawn taħt? Kemm hemm kuntratturi involuti fil-qasam tat-tindif f’dawn il-postijiet u kull kuntrattur kemm għandu ħaddiema miegħu fuq bażi full-time u part-time: a) Sptar Karen Grech; b) Residenza San Vinċenz de Paul; c) Sptar Boffa; d) Sptar Mater Dei; e) Sptar Monte Karmeli; f) Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa; u g) fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-tabella ta’ hawn taht fil waqt li nfakkarha illi r-residenza ta’ San Vincenz de Paul ma taqax taht il-Ministeru tas-Sahha. Entita’ Bidu tal-Kuntratt Kuntrattur Primary Health Care Jan-15 JF Services Ltd RHKG (Rehab) Jan-15 WM Environmental Ltd Mount Carmel Hospital Mar-15 WM Environmental Ltd Mater Dei Hospital Oct-08 Servizzi Malta Department of Health Jan-15 JF Services Ltd SPBH (Boffa) Jan-15 JF Services Ltd
Leg 12 PQ #25567 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24003, 21471, 15966, 14901 u 13264 u jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista’ jgħid: (a) x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; (b) meta tqabbad; (ċ) kemm sewa jew se jiswa; (d) kif intgħażel il-kuntrattur; (e) min għażel il-kuntrattur; u (f) meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija 24731
Leg 12 PQ #25568 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24001, 21472, 15964, 14905, 13241 u 12372 u jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta ngħata; b. l-i scope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-lista mitluba, mid-29 ta’ April sal-lum.
Leg 12 PQ #25569 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24002, 21476, 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: a. l-isem tal-persuna appuntata; b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; d. min għażel lill-persuna; e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.

Visas lill-barranin għal raġunijiet mediċi

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 25171, 24740, 24006, 20542 u 20222 jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #25581 Sitting 393 2016-05-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – kuntratt mogħti lill-kumpanija Nexia BT’s

Question

B’referenza għall-artiklu li deher fit-Times of Malta tal-Ħamis, 19 ta’ Mejju 2016 “Nexia BTs Mater Dei contract will not be renewed, says Chris Fearne”, jista’ l-Ministru jgħid: a. Jekk kienx hemm sejħa pubblika għal dan il-kuntratt permezz ta’ tender, expression of interest jew kenitx direct order ; b. Jekk kien hemm sejħa pubblika, kemm kien hemm bidders u min kienu; c. X’kien ix-xogħol mitlub li jsir mir-rebbieħ tat- tender ; d. X’ expertise għandha l-kumpanija msemmija f’dan il-qasam; e. B’liema mod kien involut il- management tal-Isptar Mater Dei; f. B’mod partikolari, l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, ġewx konsultati fuq il-ħidma tal-kumpanija fl-Isptar Mater Dei jew le?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interperlant illi l-kuntratt imsemmi minnha inghata skont il-Public Procurement Regulations kif imfissra fl-Avviz Legali 296 tas-sena 2010. L-iskop tal-kuntratt kien ghall-advisory services relatati ma' PPPs.
Leg 12 PQ #25560 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulent tad-Dijabete – pazjenti jistennew biex jarahom konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25461 u jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent tad-Dijabete?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.
Leg 12 PQ #25561 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Arthroskopy – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25456, 25080 u 24722 u jgħid x’inhu l-istat ta’ stennija għall-operazzjonijiet tal-Arthroscopy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-prezent hemm 1200 pazjenti jistennew biex jaghmlu l-operazzjoni tal-Arthroscopy filwaqt li nfakkar illi fis-sena 2012 taht l-amministrazzjoni tal-gvern precidenti kien hemm 1877 pazjenti jistennew ghal-din l-operazzjoni.
Leg 12 PQ #25562 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Formularju tal-mediċini — lista ta’ mediċini li tneħħew

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24007 u 19029 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ mediċini li tneħħew mill-formolarju tal-mediċini mill-2013 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jindika b’mod ċar kull mediċina għal liema kundizzjoni tintuża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 24733.
Leg 12 PQ #25563 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ mwiet riżultat ta’ suwiċidji

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21459 u 19269, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ persuni li għamlu suwiċidju matul din is-sena li kienu pazjenti psikjatriċi fl-Isptar Monte Carmeli u kemm mit-total ta’ 13,000 persuna li huma reġistrati bħala Outpatient mas-Servizz ta’ Saħħa Mentali, għamlu suwiċidju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Monte Carmeli fl-ewwel 4 xhur ta' din is-sena ma kien hemm l-ebda pazjent li wettaq suwiċidju. Informazzjoni dwar il-forensic unit u dwar persuni li mhumiex residenti, fuq din il-materja, għandha tintalab lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #25564 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Speech-Language Pathologists

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20579 u jgħid kemm hemm speech-language pathologists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Ġenerali t’Għawdex? F’liema dipartiment qegħdin u x’servizz qed jagħtu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 21446.
Leg 12 PQ #25565 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – mental welfare officers – social workers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20313 u jikkonferma li s-social workers li jaħdmu bħala mental welfare officers fl-Isptar Monte Carmeli jaħdmu mit-8:00am sa kmieni wara nofsinhar? Jista’ jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera li jaħdmu bħala mental welfare officer wara nofsinhar, filgħaxija u billejl? Kemm minn dawn l-infermiera huma Departmental Nursing Officer?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 6 infermiera li jahdmu bhala Mental Welfare Officers, kemm wara nofs inhar, fil-ghaxija, kif ukoll matul il-lejl.
Leg 12 PQ #25462 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li qed jieħdu l-insulina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li qed jieħdu l-insulina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 4,617 pazjenti li jagħmlu użu mill-insulina.
Leg 12 PQ #25463 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li jieħdu l-gliptins

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li bdew jieħdu l-gliptins?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta' applikar ta' pazjenti għal gliptins fuq il-kartuna s-safra huwa ongoing.
Leg 12 PQ #25464 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li qed jistennnew beix jieħdu l-gliptins

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bid-Dijabete tat-Tip 2 li qed jistennew biex jibdew jieħdu l-gliptins?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25463.
Leg 12 PQ #25465 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – servizz ta’ wifi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema partijiet fl-Isptar Mater Dei qed titħaddem is-sistema tal-Wi-Fi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru diversi testijiet fis-sistema tal-wi-fi biex jiġu stabbiliti l-bżonnijiet f’żoni differenti fl-Isptar Mater Dei. Is-sistema tal-wi-fi fil-preżent qed titħaddem f’dawn iż-żoni: · Ward -Medical Admissions Unit 1 · Ward -Medical Admissions Unit 2 · Ward -Fairyland · Ward -Disneyland · Ward -Wonderland · Area -Accident and Emergency Department · Area -Main Reception · Area -Outpatient Reception · Area -Staff Canteen Nirrimarka li s-sistema tal-wi-fi ħa tkun qed tiġi installata fil-wards kollha tal-Isptar Mater Dei sal-aħħar ta’ din is-sena.
Leg 12 PQ #25466 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar tal-Onkoloġija – sistema ta’ wifi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema tal-wifi fl-Isptar tal-Onkoloġija (SAMOC) hijiex se tissaħħaħ jew hux se tibqa’ kif inhi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tal-Wi-Fi ġewwa ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ilha taħdem mill-ewwel ġurnata li fetaħ dan iċ-Ċentru iġifieri minn Settembru li għadda. Il-Management tal-Isptar għaddej b’ħidma kontinwa biex dawn is-servizzi jkomplu jissaħħu.
Leg 12 PQ #25467 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet imressqa mill-Kummissarju għas-Saħħa lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-każijiet imressqa mill-Kummissarju għas-Saħħa fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman li ġew ippreżentati lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa fl-24 ta’ Frar 2016, ġewx riżolti? Jekk iva, x’kien l-outcome? Jekk le, meta hemm il-ħsieb li jissolvew?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu ta’ din is-sena d-Dipartiment tas-Saħħa beda joffri l-mediċini ġodda taz-zokkor magħrufa kollettivament bħala Gliptins lill-pazjenti dijabetiċi skont protokol maqbul mal-esperti kliniċi. Wara dan il-proċess se jitnieda proċess ieħor biex jiġu offruti l-istrippi taz-zokkor lill-pazjenti dijabetiċi Tip 1 irrispettivament mill-eta’.Rigward it-trattament tal-Ħepatite C dan diġà beda jingħata skont kriterji u prijoritajiet kif ġew proposti u maqbula mill-esperti kliniċi.