Jista’ l-Ministru jgħid liema swali ġew refurbished fl-Isptar Karin Grech mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm kienet in-nefqa kapitali fuq dan ix-xogħol? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu dan ix-xogħol? Ix-xogħol ingħata b’tender jew b’direct order? Kemm minn dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-Gvern li huma stazzjonati fl-Isptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gewwa l-Isptar Karen Grech sar refurbishment go l-RW4 u RW7 u n-nefqa kienet ta’€362,425. Ix-xoghol kollu sar mill-haddiema tal-gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid liema swali ġew refurbished u liema xogħol sar fl-Isptar San Luqa u l-precinct tal-istess sptar mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm kienet in-nefqa kapitali fuq dan ix-xogħol? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu dan ix-xogħol? Ix-xogħol ingħata b’tender jew b’direct order? Kemm minn dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-Gvern li huma stazzjonati l-Isptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gewwa l-Isptar San Luqa sar refurbishment gewwa l-Amputee Rehab Unit u n-nefqa kienet ta’€ 55,298 .Ix-xoghol kollu sar mill-haddiema tal-gvern.
Central Procurement and Supplies Unit – management accounts
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Sptar San Luqa – Garaxx tal-ambulanzi – porters — overtime
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-ħlas tal-overtime tal-porters tal-garaxx tal-ambulanzi fl-Isptar San Luqa ġiex imħallas għax-xahar ta’ April 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-hlas tal-overtime tal-porters tal-garaxx tal-ambulanzi fl-Isptar San Luqa ha jigi imhallas mal-paga li jmiss.
Jista’ l-Ministru jgħid min rebaħ it-tender għall-kiri tal-ambulanzi u jekk hijiex l-istess kumpanija li rebħet it-tender biex jissewwew l-ambulanzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt ghal kiri ta ambulanzi, mhux ghal emergenza (non emergency ambulances), inghata lil Cardona Engineering Works b’sejha ghal-offerti. Dawn l-Ambulanzi jissewwew direttament mill-agent.
Tfal li jbatu bl-epilessija, dijabete u ADHD – nurses – amministrazzjoni tal-mediċini
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għandhom nurse jew professjonisti mediċi oħra permanenti biex jamministraw mediċini lit-tfal b’kundizzjonijiet ta’ saħħa bħall-epilessija, dijabete, ADHD, eċċ.?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din id-domanda lill-Ministru kkoncernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dawk il-pazjenti li jkun rahom speċjalista jew konsulent u ddeċieda li għandhom bżonn operazzjoni imma għadhom ma ngħatawx data, fil-fatt humiex ikunu kkalkulati man-numru ta’ pazjenti fuq il-waiting list tal-operazzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull persuna li konsulent jew specjalista ikun irregistraha ghall-operazzjoni hija meqjusa bhala fuq il-waiting list.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25569, 24002, 21476, 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
a. l-isem tal-persuna appuntata;
b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna;
c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna;
d. min għażel lill-persuna;
e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna;
f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata;
g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum;
h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’
position of trust
jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u
i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tingabar.
Sptar ta’ Għawdex, Sptar Karin Grech u Sptar San Luqa — negozjati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min qed imexxi n-negozjati mal-investituri barranin fuq l-Isptar ta’ Għawdex, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa? Jista’ jgħid jekk hux il-Ministeru għas-Saħħa, il-Privatisation Unit jew il-Ministru Konrad Mizzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-negozjati mal-investituri għall-konċessjoni msemmija tmexxew minn Projects Malta.
Sptar ta’ Għawdex, Sptar Karin Grech u Sptar San Luqa – Special Purpose Vehicle
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk inħolqotx special purpose vehicle għall-Isptar ta’ Għawdex, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa? X’jisimha din l-ispecial purpose vehicle u min hu responsabbli għaliha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma ħoloqx special purpose vehicle għall-investiment imsemmi.
Sptar Mater Dei – kuntratt mogħti lill-kumpanija Nexia BT
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25581, fuq l-artiklu li deher fit-Times of Malta tal-Ħamis, 19 ta’ Mejju 2016 “Nexia BTs Mater Dei contract will not be renewed, says Chris Fearne”, jista’ l-Ministru:
a. jikkonferma li dan il-kuntratt kien
direct order
;
b. jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika, kemm kien hemm
bidders
u min kienu;
c. x’
expertise
għandha l-kumpanija msemmija f’dan il-qasam;
d. b’liema mod kien involut il-
management
tal-Isptar Mater Dei;
e. b’mod partikolari, l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, ġewx konsultati fuq il-ħidma tal-kumpanija fl-Isptar Mater Dei jew le?
Dipartiment tad-Dentistrija – azzjoni industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm azzjoni industrijali fid-Dipartiment tad-Dentistrija, speċifikament fejn isiru l-fillings?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-UHM ordnat azzjoni industrijali fit-taqsima tad-dentistrija fl-Isptar Mater Dei. Min-naħa tiegħu d-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ seħja għall-interess minn dentisti privati sabiex jibda' jingħata servizz ta' fillings fil-privat li se jħallas għalih il-Gvern.