Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25808 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – ftehim mal-Università ta’ Harvard

Question

Fid-dawl tal-iżviluppi mħabbra lill-media nhar is-Sibt 28 ta' Mejju 2016, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim mal-Universita' ta' Harvard hux simili għal dak li kien sar bejn il-Gvern Malti u l-Johns Hopkins University?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija 25807.
Leg 12 PQ #25742 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – ħaddiema – contact with patient allowances

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mad-Dipartiment tas-Saħħa u fl-entitajiet kollha li jagħtu servizz tas-saħħa, li huma intitolati għall-contact with patient allowance?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 741 haddiema li huma intitolati ghall-contact with patient allowance.
Leg 12 PQ #25743 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Type 1 Diabetes — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta' Type 1 Diabetes, sena b’sena bejn is-sena 2000 u l-2016? Kemm minnhom kienu tfal taħt is-16-il sena? Kemm kienu bniet u kemm subien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qabel is-sena 2012 ma kienitx tinzamm statistika rigward kazijiet godda tat-type 1 Diabetes. Skond l-informazzjoni migbura mill- POYC , it-total ta’ każijiet ġodda tat-Type 1 Diabetes mill-2012 sal-bidu ta’ Gunju 2016 huwa ta’ 1,078. Minn dawn, 156 kienu ta’ 16-il sena u inqas; 64 kienu bniet u 92 kienu subien.
Leg 12 PQ #25744 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Dijabete – pazjenti b’type 1 u type 2

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bid-dijabete li qed jieħdu l-kura f’pajjiżna? Kemm minnhom huma Type 1 u kemm huma Type 2?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total tal-pazjenti li qed jieħdu kura għall-kundizzjoni tad-diabete minghand il-Gvern huwa 28,712. In-numru ta’ pazjenti li jbatu minn Type 1 Diabetes u li għandhom l-Iskeda V (il-Kartuna s-Safra) huwa 1,048.
Leg 12 PQ #25745 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li jbatu mid-dijabete — siringi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu mid-dijabete u qed jingħataw is-siringi? Kull pazjent kemm qed jingħata siringi? ? Kemm minnhom huma Type 1 u kemm huma Type 2?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ghall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25744.Permezz ta’ Memo mahruga f’Marzu 2012 (DPA Memo 01/2012 Schedule V Reform and Diabetes Mellitus Management) pazjenti li għandhom Kartuna Safra għad-Dijabete huma intitolati għal-30 siringa fix-xahar. Dijabetiċi li għandhom Kartuna Roża għad-Dijabete huma intitolati għal-10 siringi fix-xahar.
Leg 12 PQ #25746 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li jbatu mid-dijabete — strips

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu mid-dijabete u qed jingħataw l-istrips biex jiċċekjaw il-livell taz-zokkor fid-demm? Kull pazjent kemm qed jingħata strips? Kemm minnhom huma Type 1 u kemm minnhom huma Type 2?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Glucose Strips huma mogħtija lill-pazjenti li jbatu minn Type 1 diabetes biss. Pazjenti ‘l fuq minn 18-il sena huma intitolati għall-50 fix-xahar. Pazjenti taħt it-18-il sena huma intitolati għall-4 Glucose Strips kuljum filwaqt li n-nisa tqal huma intitolati għall-100 Glucose Strip fix-xahar.

Awtorità tal-Mediċina – spezzjonijiet fuq kwalità ta’ mediċina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, minn Marzu 2013 sa Mejju 2016, kemm kien hemm talbiet lill-Awtorità tal-Mediċina biex jiġu investigati mediċini minħabba l-kwalità inferjuri tagħhom jew minħabba s-side effects li qed ikollhom fuq il-pazjenti?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li minn Marzu 2013 sa Mejju 2016 l-Awtorita` dwar il-Mediċini ntalbet biex tinvestiga prodott mediċinali wieħed minħabba reazzjoni allerġika fl-għajnejn.
Leg 12 PQ #25736 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Health Care Services — Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Primary Health Care Services għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25737 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Health Care Services – Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Primary Health Care Services għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25738 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12373.
Leg 12 PQ #25739 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech – Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Isptar Karin Grech għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25740 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Boffa u SAMOC (MDH)- Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Boffa u ċ-Ċentru Tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) (Mater Dei Hospital) għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25741 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Boffa u SAMOC (MDH)- Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Isptar Boffa u ċ-Ċentru Tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) Mater Dei Hospital għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #445 Sitting 399 2016-06-06 Written · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa/entitajiet – rwol ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandha jew kellha l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija: a. fil-Ministeru tas-Saħħa; b. fid-Dipartiment tas-Saħħa; c. fl-Isptar Mater Dei; d. fl-FMS; e. fl-Isptar Karin Grech; f. fl-Isptar ta’ Għawdex; u g. fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija msemmija minnha kienet konsultata minn MA-JV waqt ix-xoghol tal-progett tal-MAU f'Mater Dei. Il-persuna msemmija minnha ma ghandha l-ebda relazzjoni mad-Dipartiment tas-Sahha.
Leg 12 PQ #446 Sitting 399 2016-06-06 Written · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa/entitajiet – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu jew kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija: a. fil-Ministeru tas-Saħħa; b. fid-Dipartiment tas-Saħħa; c. fl-Isptar Mater Dei; d. fl-FMS; e. fl-Isptar Karin Grech; f. fl-Isptar ta’ Għawdex; u g. fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12955.
Leg 12 PQ #447 Sitting 399 2016-06-06 Written · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa/entitajiet – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu jew kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija: a. fil-Ministeru tas-Saħħa; b. fid-Dipartiment tas-Saħħa; c. fl-Isptar Mater Dei; d. fis-CPU; e. fl-Isptar Karin Grech; f. fl-Isptar ta’ Għawdex; u g. fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 20992.
Leg 12 PQ #25730 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25731 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #25732 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għal kull xahar minn Jannar 2015 sa Mejju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.
Leg 12 PQ #25733 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Rapporti annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Isptar Mater Dei għas-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummercjali.