Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baħar iċ-Ċagħaq – Xatt il-Palm – xogħol ta’ tindif u tisbiħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ tindif u tisbiħ fuq iż-żona ta’ Xatt il-Palm f’Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għad trid tiffinalizza pjanijiet li huma aċċettabbli għall-Awtorita’ tal-Ippjanar għal din iż-żona.
Leg 12 PQ #26192 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – pazjenti under constant watch

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti under constant watch fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 3 pazjenti under constant watch fl-Isptar Monte Karmeli bejn 1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016.
Leg 12 PQ #26193 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — admissions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions fl-Isptar Monte Carmeli kuljum bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016 in-numru totali ta’ admissions fl-Isptar Monte Carmeli kien ta’ 185 pazjent.
Leg 12 PQ #26194 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li ħarbu mill-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dati msemmija minnha 7 pazjenti hargu mill-isptar Monte Carmeli minghajr il-permess mehtieg. 6 minn dawn il-pazjenti rritornaw lura volontarjament.
Leg 12 PQ #26195 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li ħarbu mill-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli fil-ġimgħa bejn is-16 u t-22 ta’ Mejju 2016? Kemm minn dawn il-pazjenti baqgħu ma nstabux?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija 26194
Leg 12 PQ #26196 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li ħarbu mill-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli fil-ġimgħa bejn it-23 u d-29 ta’ Mejju 2016? Kemm minn dawn il-pazjenti baqgħu ma nstabux?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija 26194.
Leg 12 PQ #26197 Sitting 405 2016-06-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li ħarbu mill-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli fil-ġimgħa bejn it-30 ta’ Mejju u l-5 ta’ Ġunju 2016? Kemm minn dawn il-pazjenti baqgħu ma nstabux?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija 26194.
Leg 12 PQ #26186 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex u Sptar Karin Grech – laqgħat mal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fil-laqgħat mal-ħaddiema tal-Isptar t’Għawdex u tal-Isptar Karin Grech li saru nhar l-14 u l-15 ta’ Ġunju 2016, għalfejn għażel li jibgħat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jirrappreżentah, meta lill-ħaddiema qed jgħidilhom li se jibqgħu ħaddiema tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha mhijiex rapprezentanta tal-Ministeru.
Leg 12 PQ #26187 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Standards tan-nursing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min huma stabbiliti l-istandards tan-nursing f’pajjiżna? Huwa konxju li skont l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dawn l-istandards huma stabbiliti mill-MUMN?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma tat l-ebda dettalji separatament. Madanakollu ninfurmha illi sabiex infermiera jahdmu f'pajjizna iridu jkunu registrati mall-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel.
Leg 12 PQ #26188 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Fid-dawl tal-artiklu li ħareġ fil-gazzetta t-Torċa ta’ nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju ntitolat “L-Isptar San Luqa se jerġa’ jingħata l-ħajja”, jista’ l-Ministru jgħid: - mis-somma mħabbra ta’ 200 miljun ewro, kemm se tkun in-nefqa fuq l-Isptar San Luqa; - x’se tkun l-ispeċjalizzazzjoni medika li se tiġi offruta lil120 sodda ta’ turiżmu mediku u - in- Nursing School ġdida se tkun f’idejn l-Università ta’ Malta jew xi skola barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investiment totali fl-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jkun ta’ €220 miljun. Din is-somma se tkun investita fl-isptarijiet tagħna minn Vitals Global Healthcare. Il-€220 miljun investiti huma maqsuma: €40 miljun f'apparat u €180 miljun fil-binjiet infushom. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ turiżmu mediku se jkun hemm diversi speċjalizzazzjonijiet fosthom l-ortropedija, kardjoloġija, onkoloġija speċjalizzata u trauma. Fil-preżent hemm diskussjonijiet għaddejja bejn l-MCAST u universita’ barranija rigward ftuh ta’ nursing school gdida biex tikkumplimenta dik tal-Universita ta’ Malta.
Leg 12 PQ #26189 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa — kuntratti

Question

Fid-dawl tal-artiklu li ħareġ fil-gazzetta t-Torċa ta’ nhar il-Ħadd 12 ta’ Ġunju “L-Isptar San Luqa se jerġa’ jibda jingħata l-ħajja”, jista’ l-Ministru: - jikkonferma li “il-kuntratti huma kollha ffirmati”; - jgħid kemm hemm kuntratti b’kollox u xi jkopru; - jgħid meta ġie ffirmat kull kuntratt; - jgħid meta se titpoġġa kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra; - jgħid jekk ix-xogħol li qed isir mill-ħaddiema tal-Gvern fl-Isptar San Luqa (PQ 25725) huwiex parti mill-ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u - jgħid meta din il-kumpanija se tibda x-xogħol tagħha fl-Isptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti bejn il-gvern u l-Vitals Global Healthcare issa huma ffirmati. Il-kuntratti jinkludu Health Services Delivery Agreement, Services Concession Agreement u l-ftehim dwar l-uzu ta’ l-art. Dawn il-kuntratti gew ffirmati bejn Novembru tal-2015 u Marzu tal-2016. Il-gvern bi hsiebu jippubblika il-kuntratti sa l-ahhar ta’ din is-sena.
Leg 12 PQ #26190 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

kumpanija — kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-kuntratt iffirmat mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament huwa għal 30 sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-kuntratt iffirmat huwa għal-30 sena.
Leg 12 PQ #26191 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Director Nursing Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għall-Director Nursing Services? Kemm damet miftuħa s-sejħa? Kemm applikaw nies għal dan il-post? Min intgħażel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni ta’ Direttur (Nursing Services) fil-Ministeru għas-Saħħa ġiet ippubblikata f’Ċirkolari Nru 3/2016 fit-28 ta’ Jannar 2016. Din is-sejħa għalqet fil-5 ta’ Frar 2016, u b’kollox kien hemm tlett (3) applikanti għal din il-pożizzjoni.Il-persuna maghzula biex tokkupa din il-kariga hija s-Sur Vincent Saliba.
Leg 12 PQ #25809 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karin Grech – ftehim

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25297, jista’ l-Ministru jgħid meta se jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li sar mal-kumpanija privata li ser tieħu f’idejha l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija 25297.
Leg 12 PQ #25810 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – ftehim bejn il-ħaddiema u l-Unions

Question

B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 24683 u 25298, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat ftehim mal-Unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema f'kategoriji diversi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fl-Isptar Karin Grech dwar il-privatizzazzjoni ta' dawn l-Isptarijiet u dan peress li kien ġie indikat li ntlaħaq ftehim mal-Unions kollha? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-ftehim mal-Unions fuq il-Mejda tal-Kamra? Sar due diligence fuq l-investituri kif talbu l-Unions?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25298.

Awtorità tal-Mediċina – mediċini rtirati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, minn Marzu 2013 sa Mejju 2016, kemm kien hemm mediċini li ġew irtirati wara intervent u investigazzjoni min-naħa tal-Awtorità tal-Mediċina?

Response (DALLI, HELENA)

In-numru ta’ mediċini li ġew irtirati minn Marzu 2013 sa Mejju 2016 skont dak li nsejħulu batch recall huwa ta’ tlieta u erbgħin (43).

Awtorità tal-Mediċina – fuljetti informattivi tal-mediċina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, minn Marzu 2013 sa Mejju 2016, kemm kien hemm mediċini li ġew investigati min-naħa tal-Awtorità tal-Mediċina minħabba li l-lingwa fil-fuljett informattiv ma kienx bl-Ingliż u/jew bil-Malti kif titlob il-liġi?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li minn Marzu 2013 sa Mejju 2016 l-Awtorita` dwar il-Medicini investigat sitt medicini fejn l-informazzjoni fuq il-pakkett ma kinitx bl-Ingliż u/jew bil-Malti. Dawn il-mediċini ġew awtorizzati fis-suq Malti skont Artiklu 5 tad-Direttiva 2001/83/KEE fl-ahjar interess tal-pazjent.

Tfal li jbatu bl-epilessija, dijabete u ADHD – nurses – amministrazzjoni ta' mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għandhom nurse jew professjonisti mediċi oħra permanenti biex jamministraw mediċini lit-tfal b’kundizzjonijiet ta’ saħħa bħala epilessija, dijabete, ADHD, eċċ.?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel mainstream tal-Istat is–servizzi tal-infermiera huma pprovduti mill-kuntrattur. Is-servizz jingħata fl-iskejjel tal-Istat f’Malta u Għawdex mil-livell tal-kindergarten sal-Form 5 u għall-ewwel darba ser jingħata wkoll waqt Skola Sajf. Dan is-servizz jipprovdi infermiera għal dawn l-interventi: · l-infermiera tamministra l-mediċina li tingħata fil-ħalq ( oral medication ) li huma pilloli, pilloli forma ta’ kapsula jew mediċina oħra forma ta’ likwidu. · għat–tfal li huma dijabetiċi, l-infermiera tieħu l-livell taz-zokkor fid-demm u, jekk ikun hemm bżonn, tagħti l-insulina. Interventi oħra li jingħataw minn infermiera jinkludu Ryle’s tube feeding, Peg (Percutaneous endoscopic gastrostomy) tube feeding, tibdil tal-borża ta’ colostomy jew ileostomy, kif ukoll tgħaddi catheters (urethral and suprapubic catherisation). Il-kuntrattur jipprovdi l-infermiera għal kull skola fil-ħin li tifel jew tifla jmisshom jieħdu l-mediċina skont id-direzzjoni tat-tabib tal-familja. Infurmat ukoll li hemm infermiera waħda full-time tad-Direttorat li hija impjegata f’wieħed mir- Resource Centres. Fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa l-oħra, is-servizz jingħata mill-kuntrattur għall-ħin kollu tal-iskola.

Visas lill-barranin għal raġunijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25570, 25171, 24740, 24006, 20542 u 20222 u jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #25807 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – ftehim mal-Università ta’ Harvard

Question

Fid-dawl tal-iżviluppi mħabbra lill-media nhar is-Sibt 28 ta' Mejju 2016, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim li sar mal-Università ta' Harvard hux biex jagħti pariri lill-management tal-Isptar t'Għawdex jew biex imexxi l-istess sptar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Partners Healthcare International (PHI) li jmexxu mal-4000 sodda fi sptarijiet fl-Istati Uniti fosthom Massachusetts General Hospital, Brigham and Women's Hospital u Spalding Hospital - li huma t-teaching hospitals ta' Harvard Medical School - qeghdin jaghtu appogg lit-tmexxija tal-progetti tal-isptar il-gdid ta' Ghawdex, St. Luke's u l-isptar Karen Grech fuq aspetti manigerjali, klinici u ta' tahrig.