Jista’ l-Ministru jgħid x’se jiġri mir-Rehab Medicine Ward fl-Isptar Karin Grech meta dan l-isptar jibda jitmexxa mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista jgħid jekk it-tabib li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li se jkun qed imexxi l-Isptar Karin Grech, hux se jibqa jmexxi din il-ward? Jekk le, min se jeħodlu postu fit-tmexxija tal-ward?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Rehab Medicine Ward ser tibqa tiffunzjona l-istess u mmexxija minn grupp ta' professjonisti taht il-gwida tal-persuna msemmija. Il-corporate group tal-kumpanija msemmija minnha, flimkien ma partnership mal-Partners Healthcare International, ser jizguraw tibdil infrastrutturali u flimkien mal - Management ta' l-isptar Karin Grech, jottjenu aktar efficjenza u rizultati klinici ahjar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-CEO tal-Isptar Karin Grech, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux se jibqa responsabbli mill-għażla ta’ pazjenti li jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karen Grech biex titkomplielhom il-kura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tal-private public partnership bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare, is-servizzi tas-saħħa offruti għall-pazjenti Maltin u Għawdxin se jkunu qegħdin jagħmlu qabża ta’ kwalita. Permezz ta’ dan il-proġett l-Isptar Karin Grech se jkun sptar ta’ 320 sodda (kollha għall-pazjenti lokali), speċjalizzat fil-ġerjatrija, għaldaqstant anzjani li jkollhom bżonn kura ġerjatrika se jkunu qegħdin jieħdu din il-kura f’dan l-isptar.
Min-naħa l-oħra fl-Isptar San Luqa se jkun qiegħed jispeċjalizza fir-rijabilitazzjoni b’80 sodda għall-użu lokali. Għaldaqstant meta konsulent jirreferi pazjent għar-rijabilitazzjoni, l-pazjent jieħu din il-kura speċjalizzata fl-Isptar modernizzat ta’ San Luqa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-CEO tal-Isptar Karin Grech, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li se jkompli jmexxi l-istess sptar f’isem il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se jkun impjegat mal-Gvern jew mal-kumpanija? Saret sejħa pubblika għall-post ta’ CEO tal-Isptar Karin Grech? X’inhu s-salarju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li ngħatat id-dettalji dwarha separatament, bħal kull ħaddiem ieħor f’dan l-isptar se jibqa’ ħaddiem tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-CEO tal-Isptar t’Għawdex, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw, li se tkompli tmexxi l-istess sptar f’isem il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex se tkun impjegata mal-Gvern jew mal-kumpanija? Saret sejħa pubblika għall-post ta’ CEO tal-Isptar t’Għawdex? X’inhu s-salarju?
Sptar Mater Dei – Director of Obstetrics and Gynaecology
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux impjegat bħala Director of Obstetrics and Gynaecology fl-Isptar Mater Dei jew sarx impjegat bħala Head of Obstetrics and Gynaecology mal-kumpanija privata li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan l-individwu jistax iżomm iż-żewġ posts? Il-Ministru ma jqisx li hemm kunflitt kbir ta’ interess?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-persuna msemmija minnha prezentament tokkupa l-kariga ta' Direttur tal-Obstetrija u Ġinekoloġija mad-dipartiment tas-Sahha.
Dipartiment tal-Prosthetics u Orthotics — responsabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Prosthetics and Orthotics hux se jkunu responsabilità tal-kumpanija privata li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew hux se jibqgħu taħt it-tmexxija tal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-progett fl-isptarijiet ta' San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Generali t'Ghawdex huma public private partnership bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare. Id-Dipartiment tal-Prosthetics u Orthotics li thalla fi stat tal-biki minn Amministrazzjoni precedenti se jinghata dehra gdida. Barra minn hekk se jkun hemm l-expertise ta' Walter Reed Medical Centre for Prosthetics and Orthotics - centru specjalizzat Amerikan f'dan il-qasam. Is-servizzi ta' dan id-Dipartiment jibqghu b'xejn ghal pazjenti kollha Maltin u Ghawdxin.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa ma ngħataw xejn bil-miktub fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u l-kontinwazzjoni tas-servizz li se jkunu qed jagħtu meta t-tmexxija tal-isptarijiet tiġi f’idejn il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif intqal kemm-il darba, il-kundizzjonijiet tal-haddiema fl-isptarijiet ta' San Luqa, Karen Grech u l-Isptar Generali t'Ghawdex se jibqghu kif inhuma. Din l-informazzjoni nghatat lil haddiema u lil Unions f'fora differenti.
Meta jasal biex jiġġedded il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-unions hux se jkunu qed jinnegozjaw mal-Gvern jew mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li hekk kif il-haddiema ezistenti se jibqghu haddiema tal-Gvern, se jkun l-istess Gvern li jinnegozja mal-Unions il-ftehim kollettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta l-Gvern se jkun qed iħallas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-sodod li se jkunu qed jintużaw mill-pazjenti tal-Istat fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa? B’liema rata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-hlas mill-gvern ghas-servizzi li staqsiet dwarhom hi, beda' minn meta l-investitur lahaq l-kundizzjonijiet (conditions prescedent) imposti mill-kuntratt. Is-servizz ghall-pazjenti Maltin u Ghawdxin ser jibqa’ bla hlas.
Jista’ l-Ministru jippubblika l-istudju li sar qabel il-ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li permezz tiegħu stabbilixxa l-prezz li tqum sodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni hi kummercjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-business plan tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u l-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa u jagħti d-dettalji ta’ kif se jibdew jitmexxew mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti ser jitpoggew fuq il-mejda tal-kamra sa l-ahhar ta' din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjenti li għandhom il-marda tal-Parkinson’s u li s’issa qed ikunu riferuti mill-konsulenti fl-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karin Grech biex jużaw il-physiotherapy pool hux se jibqgħu jagħmlu dan meta l-Isptar Karin Grech jibda jitmexxa mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-progett tal-isptar San Luqa se jwassal biex pajjizna jkollu sptar ta' rijabilitazzjoni specjalizzat. Dan se jinkludi Physiotherapy Pool u facilitajiet ohra tal-ghola livell. Dawn il-facilitajiet se jkunu ghall-uzu tal-pazjenti Maltin u Ghawdxin minghajr hlas.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta se terġa’ tibda titħaddem ir-rotta 205 tat-trasport pubbliku li fost oħrajn twassal residenti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq u l-Magħtab biex jinqdew miċ-Ċentru Ċiviku (Servizzi Soċjali) tan-Naxxar u miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Lulju, ir-rotta 103 fi triqitha mill-Bidnija, Mosta u n-Naxxar ser tkun qed tiġi estiża, bi prova, għall-Magħtab, Baħar iċ-Ċagħaq u Pembroke Park and Ride. Għaldaqstant, ir-residenti tal-Magħtab u Baħar iċ-Ċagħaq ser ikollhom konnessjoni diretta kemm għall-Mosta u n-Naxxar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tas-Saħħa kif stabbilit mil-liġi (Att dwar is-Saħħa Art 17) hux qed jiffunzjona? Minn min hu kompost? Il-Ministru huwa konxju li sa nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2016 il-website tal-Gvern kienet qed turi li dan il-kunsill għadu mmexxi mill-Ministru Godfrey Farrugia (https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Councils/Council-of-Health.aspx)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bhalissa ghaddej process sabiex il-membri l-godda tal-Kunsill tas-Sahha jigu mahtura.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn bejn l-10 u t-12 ta’ Ġunju ġie sospiż it-trattament tal-Bacillus Calmette-Guerin (BCG) lill-pazjenti li kienu qed jieħdu l-kura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sahha sab soluzzjoni alternattiva ghal-nuqqas internazzjonali tal-apparat li jintuza sabiex isir it-trattament tal-BCG. Dan l-apparat alternattiv inxtara mill-gvern u qieghed in-stock u ghalhekk it-trattament tal-BCG ser ikompli minnufih.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jużaw il-Mitomycin minflok il-Bacillus Calmette-Guerin (BCG)? Kemm hemm talbiet mingħand konsulenti tal-Urology biex pazjenti tagħhom jaqilbu mill-BCG għall- Mitomycin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-trattament bil-Mitomycin kien iddahhal bhala alternattiva meta kien hemm nuqqas internazzjonali tal-BCG. Il-provvista internazzjonali tal-BCG issa regghet giet disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-investigazzjoni fuq is-sigurtà fl-Isptar Monte Carmeli mmexxija mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Meta se jiġi ppublikat ir-rapport?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport mill-persuna msemmija minnha tlesta u qeghdin jigi evalwati r-rakkomandazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Health Warning biex ma jsirx għawm fi Qui-si-Sana maħruġa fis-27 ta’ Mejju 2016 għadhiex tapplika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-avviż dwar l-għawm fi Qui-si-Sana maħruġ fis-27 ta’ Mejju 2016 ġie rtirat fl-1 ta’ Ġunju, 2016. Filfatt id-Direttorat tas-Sahha Ambjentali harget stqarrija dwar dan fl-1 ta’ Gunju, numru PR161251mt.