Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-outreach tal-Isptar Monte Carmeli u jekk kull klijent li qed jagħmel użu minn dan is-servizz għandux care plan? Kemm hija l-waiting list biex jingħata dan is-servizz fil-komunità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa it-tim ta’ l-outreach tal-isptar Monte Carmeli qed jagħti servizz lil 103 pazjenti. Kull service user għandu mfassal pjan ta’ kura għalih. Bħal issa hemm 9 pazjenti riferuti ġodda u li qedgħin jiġu assessjati biex jibdew jirċievu s-servizz.
Spetturi tas-Sanità (Environment Health Inspectors)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Spetturi tas-Sanità (Environment Health Inspectors) li gradwaw mill-Università ta’ Malta fl-2014 u l-2015 u għadhom ma ġewx impjegati biex jagħmlu xogħol mad-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn is-sena 2013 u is-sena 2015 kien hemm 4 gradwati fil-BSc in Applied Food and Nutritional Sciences. F’dan il-perjodu gew ingaggati 6 persuni bhala Spetturi tas-Sanita’. Fiz-zmien li gej hu mistenni li tohrog sejha ohra skond il-htiega tad-dipartiment.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tad-Dentistrija — Dentisti li gradwaw jew se jiggradwaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti li gradwaw jew se jiggradwaw mill-Università ta’ Malta u li għadhom ma’ ġewx impjegati u lanqas ma ġew avviċinati b’offerta ta’ impjieg biex jaħdmu fid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-6 ta’ Gunju 2016 harget sejha ghall impjieg ta’ dentist fid-Dipartiment tad-Dentistrija . Din is-sejha ghalqet fl-20 ta’ Gunju 2016. Bhalissa qed isir l-process tal-ghazla.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25456 u jgħid kemm hemm nies jistennew fuq il-waiting list biex jagħmlu operazzjoni tal-artroskopija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant peress illi z-zmien ta' stennija ghall-MRI nizel minn sentejn li kien fi zmien Gvern Nazzjonalista ghal anqas minn 6 xhur illum, numru ta' pazjenti li issa sarilhom MRI m’ghadx fadlilhom bzonn ta' artroskopija. Ghaldaqstant in-numru ta' pazjenti fuq il-waiting list ghal artroskopija qieghed jigi vverifikat. La darba din l-informazzjoni tkun verifikata, tkun tista' tinghata f'seduta ohra.
Jista’ l-Prim Ministru jara li fit-toroq kollha tal-Magħtab ikun hemm dawl adegwat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li Enemalta plc ma ntalbitx tapprova jew tagħti l-provvista lil bozoz ġodda fit-toroq imsemmija.
L-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ bozoz ġodda f’toroq u postijiet pubbliċi oħrajn m’hijiex responsabilità ta’Enemalta plc, peress li xi snin ilu dawn is-servizzi iżda għaddew f’idejn il-kunsilli lokali u għadd ta’entitajiet governattivi oħrajn.
Meta dawn l-entitajiet jiddeċiedu li jwaħħlu bozoz ġodda f’postijiet pubbliċi skont it-termini tekniċi u r-regolamenti applikabbli, Enemalta plc tircievi l-Applikazzjoni STL mingħand l-istess entitajiet biex it-tekniċi tagħha jqabbdu dawn l-installazzjonijiet mas-sistema nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-elettriku dedikata għad-dwal tat-toroq.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26205, jista’ l-Ministru jgħid meta r-rotta 103 ġiet estiża jew se tiġi estiża għall-Magħtab u Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 103 hi mistennija li tiġi estiża fis-17 ta’ Lulju li ġej.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 26203 u 26204, jista’ l-Ministru jgħid meta ujagħti data, se jiġu ffinalizzati l-pjanijiet għat-tisbiħ taż-żona ta’ Xatt il-Palm f’Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda tippjana li tippreżenta il-proposta tagħha rigward din iż-żona lill-Awtorita’ tal-Ippjanar sal-aħħar ta’ Lulju.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25751, 25570, 25171, 24740, 24006, 20542 u 20222 u jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21431.
Irrid ngħid li bejn Ottubru 2015 u Lulju 2016 inħargu nħargu 46-il visa għar-raġunijiet mediċi li fil-maġġoranza assoluta tagħhom inħarġu lill-persuni ta’ nazzjonalita’ Libjana.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26198, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ismijiet tal-membri tal-Kunsill tas-Saħħa (kif stabbilit minn artiklu 17 tal-Att dwar is-Saħħa) li kienu qed jidhru fuq il-website tal-Gvern sas-16 ta’ Ġunju 2016, iltaqa’ l-aħħar meta l-Onor. Godfrey Farrugia kien Ministru tas-Saħħa, u ma ltaqa’ qatt taħt il-Ministru Konrad Mizzi u se jiġi ffurmat issa għax saret din il-Mistoqsija Parlamentari?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26193, jista’ l-Ministru jgħid, minn dawn il-185 pazjent li ddaħlu fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju u s-6 ta’ Ġunju 2016, kemm pazjenti kienu:
i. Maltin;
ii. barranin;
iii. nisa;
iv. irġiel; u
v. taħt it-18-ilsena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn 185 pazjent li ddahlu fl-Isptar Monte Karmeli bejn 1 ta’ Mejju u 6 ta’ Gunju 2016 kien hemm 149 maltin u 36 barranin filwaqt li minn dawn kien hemm 138 ragel u 47 mara. Kien hemm ukoll 7 pazjenti taht it-18 il-sena li ddahlu fil-Youth Residence.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26193, jista’ l-Ministru jgħid, minn dawn il-185 pazjent li ddaħlu fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju u s-6 ta’ Ġunju 2016, kemm pazjenti kienu taħt l-effett ta’ drogi sintetiċi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn 185 pazjent li ddaħħlu fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju u s-6 ta’ Ġunju 2016 kien hemm pazjent 1 li kien taħt l-effett ta’ drogi sintetiċi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26193, jista’ l-Ministru jgħid, minn dawn il-185 pazjent li ddaħlu fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju u s-6 ta’ Ġunju 2016, kemm kienu ċittadini tar-Renju Unit? Jista’ jikkonferma li fl-Isptar Monte Carmeli kien hemm żieda ta’ pazjenti mir-Renju Unit? Jista’ jagħti raġuni għal din iż-żieda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-1 ta’ Mejju u s-6 ta’ Ġunju 2016 kien hemm 5 pazjenti li kienu cittadini tar-Renju Unit mill-185 pazjent li ddaħħlu fl-isptar Monte Carmeli u l-maggor parti minn dawn il-pazjenti kienu fuq btala fil-gzejjer Maltin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25723, 25569, 24002, 21476, 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
a. l-isem tal-persuna appuntata;
b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna;
c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna;
d. min għażel lill-persuna;
e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna;
f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata;
g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum;
h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u
i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra t-tabella ta’ persuni li gew appuntati minni bhala Ministru ghas-Sahha.
Konsulent tad-Dijabete – pazjenti jistennew biex jarahom konsulent
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25560 u 25461 u jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent tad-Dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress illi aktar kmieni din is-sena l-gvern introduca medicini godda fuq il-formularju ghal min ibati bid-dijabete u peress illi dawk il-pazjenti li jistu jgawdu minn introduzzjoni ta’ dawn il-medicini godda ghandhom bzonn vista minghand il-konsulent , in-numru ta’persuni li qed jistennew biex jaraw konsulent tad-dijabete huwa wiehed fluwidu.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 26340, 26341, 26342 u 26343 u fid-dawl tal-informazzjoni żvelata mill-gazzetta “The Sunday Times of Malta” tas-26 ta’ Ġunju 2016, ma jaħsibx il-Ministru li jkun iktar għaqli li jippubblika l-kuntratti u kull ftehim ieħor mill-aktar fis possibbli milli jistenna sa Novembru 2016 u b’hekk ikun qed iserraħ ras il-poplu u ma jkomplux jiżdiedu l-ispekulazzjonijiet fuq dan il-ftehim?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26190, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-investitur għandux id-dritt li jagħżel jew le, jekk iġeddidx tali ftehim minn 30 sena għal 99 sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Services Concession Agreement huwa għall-perjodu ta’ 30 sena.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26339, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ħaddiema għadhom ma ngħatawx tali informazzjoni bil-miktub?
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 26345, 26346, 26347 u 26348, ma jaħsibx il-Ministru li r-rwol ta’ CEO fl-Isptar Karin Grech immexxi mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament se jkollu kunflitt ta’ interess meta jiddeċiedi liema pazjenti se jkunu jistgħu jiġu rilaxxati mill-Isptar Mater Dei biex imorru fl-Isptar Karin Grech u servizzi oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ pazjenti li se jkunu jistgħu jiġu rilaxxati mill-Isptar Mater Dei biex imorru fl-Isptar Karin Grech ħa jibqa kif inhu llum.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26344, jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim finanzjarju hemm bejn il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatment u l-Gvern Malti biex is-servizz tal-physiotherapy pool jibqa b’xejn għall-pazjenti tal-Parkinson’s mill-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu tal-hydrotherapy pool għall-pazjenti Maltin u Għawdxin se jkun mingħajr ħlas kif stabbilit fil-Health Services Delivery Agreement bejn il-Gvern u l-kumpanija msemmija minnha.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26200, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet minn konsulenti sabiex pazjenti jieħdu t-trattament bil-Mitomycin u mhux bil-BCG?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26200 filwaqt li ninfurmha ukoll li beda l-process biex il-Mitomycin jiżdied mal-mediċini disponibbli għat-trattament tal-kanċer.