Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jgħixu waħedhom
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21460, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-psychiatric outpatients kollha li jgħixu fil-komunità għandhomx care plan u min huwa responsabbli li dawn il-care plans jiġu segwiti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilità tal-Care Plans hija tal-konsulent Psikjatra. Il-pazjenti kollha li huma fil-kommunita bi treatment order ikollhom multidisciplinary care plan li jiġi monitored u approvat mill-Kummisarju tas-Saħħa Mentali.
Pazjenti li jkollhom kura fil-komunità wara li jkunu l-Isptar Monte Carmeli issa wkoll bdew ikollhom
care plan
formali. Pazjenti oħra fil-komunità jkollhom pjan għall-kura tagħhom magħmul mit-tabib li jarahom, bl-input ta’ membri oħra tat-team multidixxiplinarju.
Ċentri ta' Matul il-Jum — Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali - lista
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19041, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ Assistant Psychologists li qed jaħdmu regolarment fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom f’dawn iċ-Ċentri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 4 Assistant Psychologists li qed joffru interventi ġewwa iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. L-Assistant Psychologists joffru sessjonijet kemm fi gruppi u kemm individwalment. L-imsemmija Assistant Psychologists jorganizzaw attivitajiet sabiex jgħinu lil-pazjenti kemm psikologikament, soċjalment u emozzjonalment. Dawn l-attivitajiet jiġu ppjanati b'mod inter-dixxiplinarju mal-OT's u mal-infermieri li jaħdmu f'dawn iċ-ċentri u jindirrizzaw fost oħrajn assertive training, time management u self-awareness.
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew jitqassmu l-mediċini fid-djar? Jista’ jippubblika l-istudju li kellu jsir u li ftiehem mal-ispiżjara li se jippubblika qabel ma jibda dan it-tqassim fid-djar? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet beda dan it-tqassim?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar beda bi prova aktar kmieni din is-sena. Il-proġett pilota beda’ minn numru ta’ spiżeriji; f’Raħal Ġdid u r-Rabat. Fil-ġimghat li ġejjin dan il-proġett se jiġi estiż għal lokalitajiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-ewwel sena fin-nursing hux se jitħallsu għat-300 siegħa li għandhom obbligu li jaħdmu bħala parti mit-taħriġ tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħal kull sena, din is-sena akkademika wkoll l-istudenti kollha li qegħdin isegwu kors fil-Fakultà tal-Health Sciences fl-Università ta’ Malta u li bħala parti integrali fil-kors ta’ studju tagħhom għandhom sigħat ta’ prattika obbligatorju, inkluż l-istudenti tan-Nursing tal-ewwel sena, ħa jkunu mħallsa għas-sigħat obbligatorji msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il azzjoni industrijali hemm fis-settur tas-saħħa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? F’liema dipartimenti u/jew setturi hija din l-azzjoni u x’inhuma r-raġunijiet wara din l-azzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata fuq kif se tingħata l-konċessjoni ta’ 15-il sena għat-tmexxija taċ-ċimiterju tal-Addolorata? Dan se jkun forma ta’ Public Private Partnership jew tmexxija privata? Din il-konċessjoni se tinkludi r-restawr u t-tisbiħ taċ-ċimiterju? Din il-konċessjoni se tinkludi krematorju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bhalissa ghaddejjin diskussjonijiet mad-dipartiment tal-kuntratti sabiex jigu ffinalizzati d-dettalji tas-sejha pubblika.
Ilmenti mingħand qraba fuq arranġamenti għall-funerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk daħlux ilmenti mingħand qraba (ta’ pazjenti li jkunu mietu) wara li ġew avviċinati biex jagħmlu arranġamenti għall-funerali waqt li kienu l-isptar? Jekk iva, kemm kien hemm ilmenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-ahhar sena kien hemm zewg ilmenti li gew irrappurtati fejn qraba lmentaw li terzi persuni avvicinawhom biex jiehdu hsieb l-arrangamenti tal-funerali wara mewt ta’ familjari. Fiz-zewg kazijiet l-allegat avvicinament gara barra mill-isptar Mater Dei. Wara li ftit tal-granet ilu ghamilt sejha sabiex qraba li jgarbu din l-esperjenza jitkellmu, wasal rapport ta' incident simili li kien gara 8 snin ilu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-ewwel sena fin-nursing hux se jitħallsu għat-300 siegħa li għandhom obbligu li jaħdmu bħala parti mit-taħriġ tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi il-mistoqsija taghha lill-Ministru kkoncernat
Dipartiment tas-Saħħa – infermiera fil-kura tas-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa biex jinkoraġġixxi aktar infermiera jispeċjalizzaw fil-kura tas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena jsiru diversi taħdidiet biex iħajru l-istudenti tal-aħħar sena fi skola sekondarja biex isiru infermiera u dan jinkludi wkoll studji fl-infermistika psikjatrika. Barra minn hekk isiru marketing campaigns fl-ewwel nofs ta’ kull sena. Dan jinkludi materjal pubbliċitarju li jkopri anke l-qasam tas-saħħa mentali. Il-Ministeru tas-Saħħa ħa sehem ukoll fl-event ‘I choose’ li organizza l-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-bidu tas-sajf biex iħajru żgħazagħ jikkunsidraw din il-karriera. Il-Fakultà tax-Xjenza tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta ser jiġi offrut kors ta’ Masters fis-Saħħa Mentali għall-infermiera biex jispeċjalizzaw.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 572, jista’ l-Ministru jagħti risposta dwar is-Servizz tal-Crisis Intervention li huwa tant importanti għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u l-carers tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Psikjatrija joffri 'Psychiatric Emergency Support Service' fid-Dipartiment tal-Emergenza fl-isptar Mater Dei. Dan is-servizz jikkonsisti f'support ta' 24 siegha kuljum.Kull emergenza tigi evalwata mit-tabib ta' l-emergenza u jekk ikun hemm bzonn ta’ intervent psikjatriku jigu msejha tobba mid-Dipartiment tal-Psikjatrija.
Fl-ahhar gimghat dan is servizz kompla jissahhah billi matul il-gurnata team iehor specjalizzat partikularment fl-emergenzi tat- tfal u z-zghazagh, bi psikjatri specjalizzati immexxi minn Dr Joseph Cassar, qed joffri ukoll-is-servizzi tieghu. Dan it-team jopera fuq l-istess linji bhat-team ta' l-adulti.
Ta' min isemmi ukoll li d-Dipartiment tal-Psikjatrija ghandu l-'Outreach Team' li huwa team multi dixxiplinarju li jsegwi lill-pazjenti fil-kommunita’ go djarhom.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta beda s-servizz privat ta' taxis mill-Isptar Mater Dei? Kien hemm sejħa jew tender għal dan is-servizz jew kien direct order? Liema kumpanija ħadet it-tmexxija ta' dan is-servizz u x'inhu l-valur ta' dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex toffri izjed servizzi lil min juza l-isptar Mater Dei, l-amministrazzjoni tal-isptar lahqet ftehim tal-Malta Public Transport biex tincentiva haddiema u qraba li jkollhom pazjenti fit-tul f'Mater Dei biex juzaw it-trasport pubbliku. Bhalissa ghaddejjin ukoll diskussjonijiet mal-White Taxi Association sabiex ikun hemm post iddedikat ghat-taxis f'Mater Dei. Mater Dei qieghed ukoll jahdem ma' kumpaniji privati sabiex ikun hemm servizz ta' trasport specjalizzat lejn u lil hinn mill-isptar.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, il-Gvern kemm xtara total knee replacement implants?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taht din l-amministrazzjoni ddahlet sistema ta' pay-per-use ghat-total knee implants. Ghaldaqstant il-gvern jixtri biss skond kemm ikollu bzonn fuq bazi ta' 24 siegha.
Sptar Mater Dei – Bini ta’ sptar ġdid għas-saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se toħroġ talba għat-tenders għall-bini ta’ sptar ġdid għas-saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ġimgħat għadhom kemm għalqu żewġ tenders, wieħed għal servizzi legali u iehor għal servizzi ta’ accountancy, bil-għan li jinbeda l-proċess għal-sejha ta' proposti dwar l-Isptar ghas-sahha mentali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus kull sena f’din il-leġiżlatura mill-fondi kapitali għall-qasam tas-saħħa mentali? Jista’ jagħti n-nefqa sena b’sena minn Marzu 2013 sa Ġunju 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2014 intefqu €493,846.56 filwaqt li fis-sena 2015 intefqu €425,609.31 mill-fondi kapitali ghall-qasam tas-sahha mentali.
Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża kull sena, minn Marzu 2013 sa Ġunju 2016, f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum għal persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, f’din il-Leġiżlatura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa totali ghac-centri ta’ matul il-jum għal persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, ghas-sena minn Marzu sa Dicembru tal-2013 kienet €482,141.14, fis-sena 2014 kienet €761,896.00 filwaqt illi fis-sena 2015 kienet ta’ €840,534.00.
Awtorità tad-Djar – flats jew appartamenti allokati għal persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il flat jew appartament ġie allokat mill-Awtorità tad-Djar f’din il-Leġiżlatura (minn Marzu 2013 sa Ġunju 2016) lill-Isptar Monte Carmeli jew lil xi għaqda volontarja sabiex tintuza minn persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.