Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #27632 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġwann – Stores tal-Mediċini – ħaddiema jaħdmu waqt li qed isiru t-tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-ħaddiema tħallew jaħdmu fl-istores tal-mediċini f’San Ġwann immexxija mis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) waqt li kien għaddej it-tqattiegħ tal-art biex tissewwa l-ħsara ikkawżata mill-konkos ħażin u xogħol difettuż? Il-Ministru ma jaħsibx li dan kien ta’ periklu għas-saħħa u l-ħajja tal-ħaddiema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici hadet hsieb li fid-dokumenti tal-offerta tigi mdahhla struttura li l-iskop taghha hu li ma jhallix trabijiet u foga tohrog minn fuq il-lant ta’ fejn ikunu qeghdin isiru x-xogholijiet. Fuq kollox din l-istruttura ta’ natura temporanja kienet fundamentali biex tul il-perjodu kollu ir-regolamenti abbinati mas-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol skont l-avviz legali LN 281 / 2004, jigu osservati. Din l-istruttura giet mpoggija qabel ma’ beda x-xoghol u ha titnehha wara li jitlestew ix-xogholijiet kollha.
Leg 12 PQ #27633 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġwann – Stores tal-Mediċini – mediċini u equipment mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn inżammu ammont sostanzjali ta’ mediċini u equipment mediku (li jiswa l-miljuni) fl-istores tal-mediċini f’San Ġwann immexxija mis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) waqt li kien għaddej it-tqattiegħ tal-art biex tissewwa l-ħsara ikkawżata mill-konkos ħażin u xogħol difettuż? Il-Ministru ma jaħsibx li dan sar kontra r-regoli bażiċi ta’ kif suppost tinżamm il-mediċina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sar risk assessment kif inhu xieraq u x-xogholijiet saru bi pjan u flimkien mal-Awtorita’ dwar il-Medicini ittiehdu l-prekawzjonijet necessarji sabiex il-kontenut ma jkunx kompromess.
Leg 12 PQ #27634 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete – ħidma fil-qasam

Question

Jista’ l-Ministru jgħid wara kważi sena minn meta ġiet varata l-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete fejn waslet il-ħidma f’dan il-qasam? Liema huma l-punti mill-Istrateġija li ġew implimentati? X’tip ta’ moniteraġġ qed isir biex tiġi assigurata l-implimentazzjoni tal-imsemmija strateġija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-progress tal-pjan t’azzjoni li jirrizulta mill-istrategija Nazzjonali dwar id-Dijabete ikun segwit mill-ufficcju tat-tabib ewlieni tal-gvern. Skont kif mahsub minn dan il-pjan din is-sena gew introdotti 2 medicini godda fuq il-formularju tal gvern li huma gliptins u repaglanide; harget sejha ghal-2 konsulenti godda fid-Dipartiment tad-Dijabete’; sal-ahhar ta’ din is-sena ser jibdew jinghataw glucose sticks lill-pazjenti kollha li jbatu mid-dijabete tat-tip 1; waqt illi inghata bidu ghal-kampanja dwar ikel nutrittiv.
Leg 12 PQ #27635 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Il-Kalkara – ex ċimiterju militari – kawża tal-appell

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-kawża tal-appell li kien hemm min-naħa tar-residenti tal-Kalkara fil-konfront tal-Gvern rigward l-exċimiterju militari (tal-Ġermaniżi) li hemm fi Triq il-Missjoni Taljana fil-Kalkara, hekk kif indikat fis-site plan li qed tintbagħat separatament? Jekk il-Qorti tat is-sentenza tagħha, jista' l-Ministru jgħid meta ngħatat din is-sentenza? Jista' jpoġġi kopja tas-sentenza fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-futur ta’ dan iċ-ċimiterju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kawża tal-appell li kien hemm fil-konfront tal-Gvern minn naħa ta’ xi residenti tal-Kalkara rigward l-ex Ċimiterju militari, ġiet dikjarata bħala deżerta fid-9 ta’ April, 2013 hekk kif indikat fil-verbal li ngħata mill-Qorti tal-Appell Ċivili. Dan ifisser li s-sentenza li kienet ingħatat mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fis-16 t’Ottubru, 2009 issa hija finali. Fiha l-Qorti kienet ċahdet it-talba magħmula mir-residenti kontra iċ-Chief Government Medical Officer. Fl-istess kawża dawn ir-residenti ġew ikkundannati sabiex iħallsu l-ispejjeż kollha ta’ l-istess kawża. Bħalissa diġa sar xi restawr ta’ parti mill-oqbra li jinsabu fiċ-ċimiterju msemmi, x-xoghol ta’ aktar manutenzjoni u tisbih ghadu qed jitkompla.
Leg 12 PQ #27636 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Colonoscopy – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jagħmlu colonoscopy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena kien hemm 796 pazjent jistennew biex jagħmlu colonoscopy. Dan juri titjieb konsiderevoli fuq il-figura tal-2013 li kienet 1121 pazjenti jistennew biex jaghmlu colonoscopy. Ninfurmaha ukoll li waqt li fl-2012, igifieri l-ahhar sena shiha tal-gvern precidenti, kienu saru 3377 colonoscopy, fl-2015 saru 5232 colonoscopy.
Leg 12 PQ #27637 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Colonoscopy – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija twila l-istennija għall-colonoscopy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27636.
Leg 12 PQ #27626 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Midwifes — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw midwives fl-2016 u kemm minn dawn ġew impjegati mad-Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numu ta' midwives li temmew il-kors tal-midwifery b'success din is-sena u applikaw għall-impjieg mad-Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubbliku huwa ta’ 16. Dawn l-midwives qegħdin fil-proċess li jiksbu r-reġistrazzjoni u l-warrantqabel ma jiġu mpjegati.
Leg 12 PQ #27627 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera ġodda – tqassim f’postijiet differenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterju tqassmu l-infermiera l-ġodda li gradwaw fl-2016 fil-postijiet differenti li joffru servizz ta’ saħħa? Veru li ntalbu jgħidu l-preferenzi tagħhom? Dawn l-infermiera tqassmu skont il-preferenza u skont il-mertu tagħhom, jew skont kriterji oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess maqbul mal-Union tal-Infermiera u Qwiebel (MUMN) hu li skont l-order of merit tal-kors tal-infermiera hekk kif ippubblikat mill-Universita’ ta’ Malta ta' dawk li gabu Degree, imbaghad l-order of merit ta’ dawk li gabu Diploma, l-infermiera ġodda jingħataw l-opportunità li jagħżlu fejn se jaħdmu skont il-vakanzi u l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 12 PQ #27628 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera – dewmien fl-ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm dewmien ta’ xahrejn biex l-infermiera l-ġodda li gradwaw fl-2016 bdew jaħdmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infermiera li ggradwaw din is-sena bdew jaħdmu fit-3 ta’ Ottubru wara li tlesta l-proċess amministrattiv. Infakkar lill-Onor. Interpellant li fl-2012, fi żmien Gvern preċidenti, l-infermiera li kienu ggradwaw dik is-sena bdew jaħdmu f’Novembru.
Leg 12 PQ #27629 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses – induction course

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dam jiġi preparat l-induction course għan-nurses li gradwaw fl-2016? Jikkonferma li fil-fatt l-induction course kienet laqgħa waħda fejn l-infermiera ġew infurmati fejn se jibdew jaħdmu u tqassmulhom l-uniformijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Induction Courses għall-infermiera huwa programm intensiv ta’ 40 siegħa, li huwa parti mill-150 siegħa tal-Orientation Programme li jsir fl-ewwel sena tal-ingaġġ ta’ dawn l-infermiera ġodda. Dan l-Orientation Programme jinkludi ukoll 2 modules speċifikati u huwa rikonoxxut fuq livell 5 mill-MQRIC. Dan il-programm jingħata minn żmien għal żmien biex jikkonċedi mal-ingaġġar ta’ infermiera ġodda.
Leg 12 PQ #27630 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera ġodda – full-time/part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-infermiera ġodda li gradwaw fl-2016 kenitx fuq bażi full-time jew part-time? Jikkonferma li għalkemm is-sejħa kienet fuq bażi full-time, kien hemm infermiera li ġew impjegati fuq bażi part-time u kien hemm min għażel li jaħdem night duties biss?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-infermiera kienet kemm fuq bażi full-time, kif ukoll part-time, u għalhekk kien possibli li numru ta' infermiera jigu ngaġġati part-time fuq xewqa tagħhom.
Leg 12 PQ #27631 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġwann – Stores tal-Mediċini – tiswijiet ta’ ħsara fl-art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa t-tiswija tal-ħsara li kien hemm fl-art tal-istores tal-mediċini f’San Ġwann immexxija mis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU)? Jikkonferma li l-kawża kienet il-konkos difettuż? Minn min saret it-tiswija? Min inżamm jew se jinżamm responsabbli għall-ħsarat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur tax-xogħol ta’ tiswija msemmi minnha għad irid jiġi vverifikat wara li jkun tlesta kollu. Is-CPSU ħadet passi fil-qorti kontra l-kuntratturi u l-perit responsabbli mix-xogħol oriġinali biex tirkupra l-ispejjeż.
Leg 12 PQ #27620 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ftehim bejn il-Gvern u Kumpanija — kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti u kull tip ta’ ftehim ieħor li sar bejn il-Gvern u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti li qed tagħmel referenza għalihom hi se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra dan ix-xahar.
Leg 12 PQ #27621 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Kuntratti u ftehim ma’ kumpanija – protest ġudizzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu għaddiex il-kuntratti u kull tip ta’ ftehim ieħor li sar bejn il-Gvern u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għall-iskrutinju tal-Awditur Ġenerali kif il-MAM u l-UĦM kienu talbu permezz tal-protest ġudizzjarju tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interepellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27620
Leg 12 PQ #27622 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet ta’ Għawdex, Karen Grech u San Luqa – applikazzjonijiet u permessi għall-iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjonijiet li saru u l-permessi li ħarġu sabiex jiġu żviluppati l-Isptarijiet ta’ Għawdex, Karin Grech u San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkoncernat.
Leg 12 PQ #27623 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet ta’ Għawdex, Karen Grech u San Luqa — tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex liċenzjata biex tmexxi l-Isptarijiet ta’ Għawdex, Karin Grech u San Luqa? Jista’ jikkonferma li l-liċenzja tal-isptarijiet imsemmija qegħda, u possibbilment se tibqa’, fuq isem is-CEOs rispettivi tal-isptarijiet imsemmija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif ukoll l-Isptar Karen Grech huma koperti b’liċenzja maħruġa skont il-liġi mis-Suprintendent tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #27624 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti jintalbu jixtrumediċini

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li pazjenti għall-kura fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw riċetta tat-tabib biex jixtru l-mediċini li jkollhom bżonn waqt li jkunu għall-kura fl-isptar? Jikkonferma li fost dawn il-mediċini kien hemm: Augmentin 675mg, Bethadine Wash, Flagyl 400mg, Solpadeine u Catafast 50mg?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċini msemmija f’din il-mistoqsija jew varjazzjoni tagħhom huma disponibbli fuq il-formularju tal-Gvern. It-tobba għandhom il-possibilità li jindikaw mediċini li mhumiex fuq il-formularju tal-Gvern wara diskussjoni mal-pazjent.
Leg 12 PQ #27625 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubbliku – ingaġġ ta’ infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li temmew il-kors tan-nursing b’suċċess fl-2016? Kemm minn dawn l-infermiera ġew impjegati mad-Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubbliku? Jikkonferma li l-pjan tal-Gvern kien li jiġu mpjegati inqas infermiera imma n-numru żdied wara pressjoni mill-familjari tal-gradwati l-ġodda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 129 infermiera li għaddew mill-ezamijiet mill-ewwel u ġa bdew jaħdmu mad-Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubblika. Filwaqt li dawk l-infermiera li għaddew mir-resets fit-3 ta’ Ottubru qegħdin fil-proċess li japplikaw.
Leg 12 PQ #26865 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li għandhom xi forma ta' problema mentali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22788, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġabarx l-informazzjoni dwar kemm hawn persuni Maltin li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali u f’liema lokalità jgħixu dawn in-nies?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika ta’ kemm hawn pazjenti Maltin li ghandhom nuqqas ta’ sahha mentali u qed jiehdu l-kura gewwa Psychiatric Out Patients Department fl-isptar Mater Dei, bhala Out Patients fl-isptar Monte Carmeli u gewwa l-kliniki fil-lokalitajiet irregistrati mas-servizzi tal-gvern gewwa Bormla, Hal-Qormi, il-Furjana, il-Mosta, l-Gzira, l-Imtarfa, Rahal Gdid u Ghawdex huwa ta’ 13,164.
Leg 12 PQ #26866 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali — nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23157, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-nefqa totali tas-sena l-oħra (2015) għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità għas-sena 2015 kienet ta’ €7,198,265.00 filwaqt li fis-sena 2012 kienet ta’ €6,088,953.00. Dan juri żieda ta’ €1,109,312.00 f’investment għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità mill-Gvern preżenti.