Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #27660 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Clinical Perfusionists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-clinical perfusionists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27659.
Leg 12 PQ #27661 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Dental Hygienists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw dental hygienists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27650 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Garaxx tal-Ambulanzi – investigazzjonijiet fuq konsum ta’ fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti u/jew investigazzjonijiet fuq konsum ta' fuel mill-Garaxx tal-Ambulanzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema garaxx tal-ambulanzi qegħda tirreferi.
Leg 12 PQ #27651 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Garaxx tal-Ambulanzi — tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jieħu t-tmexxija tal-Garaxx tal-Ambulanzi? Jista' jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu biex jieħu din il-pożizzjoni? X'paga u allowances għandu? Il-kariga hija b’kuntratt (u għal kemm żmien) jew indefinita?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnha ilha mpjegata mal-gvern għal dawn l-aħħar 16 il-sena.
Leg 12 PQ #27652 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Paramedic Aids – eżamijiet — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, wara li sar l-eżami tal-paramedic aids fl-2015 u ħareġ ir-riżultat, kemm minn dawk li għamlu l-eżami ġew impjegati u meta ġew impjegati? Jista’ jikkonferma li r-riżultat li ġie ppubblikat inbidel, għaliex fil-fatt kien hemm min għamel l-eżami meta ma kellux il-kwalifiki meħtieġa biex jagħmel dan l-istess eżami?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġew ingaġġati total ta’ 11 l-Paramedic Aide matul din is-sena. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-kumplament tal-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27653 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Acupuncturists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw acupuncturists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27654 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Acupuncturists — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-acupuncturists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-acupuncturists ma jiġux mpjegati direttament mad-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #27655 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Audiologists – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw audiologists fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27644 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-iskema tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li m’hemmx kumpens dirett ghat-tqassim tal-medicini fid-djar mill-ispizjara fil-komunita’, spizeriji li jaghmlu investiment relatat ma' din l-iskema ser jinghataw tax credit limitat.
Leg 12 PQ #27645 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Spiżeriji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spiżeriji li ffirmaw il-ftehim sabiex jibdew iqassmu l-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan is-servizz mhux mandatorju mill-ispizeriji li huma rregistrati fl-iskema tal-POYC. Din l-iskema intlaqghet tajjeb mill-ispizjara fil-komunita’ u ghaldaqstant huma mistenni li l-maggoranza tal-ispizeriji jippartecipaw. Waqt il-fazi tal-progett pilota fir-Rabat u Rahal Gdid, 11-il spizerija ippartecipaw minn dawn iz-zewg lokalitajiet. Bhalissa qed nircievu l-konferma ta’ partecipazzjoni minghand l-ispizeriji fil-lokalitajiet fejn ser tigi estiza din l-iskema fil-fazi li jmiss.
Leg 12 PQ #27646 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Pazjenti — użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm pazjenti li se jagħmlu użu mis-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li r-registrazzjoni fl-iskema tat-tqassim ta' medicini fid-djar hija volontarja ghal dawk li huma ntitolati ghaliha, u peress illi l-iskema ghadha fil-bidu taghha u issa bdiet tigi estiza f'numru ta' lokalitajiet ohrajn, ghalissa ghadu kmieni wisq sabiex naghtiha figura ta' kemm klijenti se jaghmlu uzu minn din l-iskema.
Leg 12 PQ #27647 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Spiżeriji – tax rebates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tax rebate li se tingħata kull spiżerija li se toffri li tagħti s-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar tal-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 27644.
Leg 12 PQ #27648 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Spiżeriji – investiment fis-sistema tal-IT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun l-ammont li se tieħu kull spiżerija biex tinvesti fis-sistema tal-IT bħala parti mill-ftehim sabiex il-mediċini jitqassmu fid-djar tal-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 27644.
Leg 12 PQ #27649 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda t-tqassim tal-mediċini fid-djar tal-pazjenti fuq skala nazzjonali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li spiccat il-fazi tal-progett pilota ghat-tqassim tal-medicini fid-djar mal-lokalitajiet tar-Rabat u Rahal Gdid, issa zdiedu 6 lokalitajiet ohra li huma l-Imdina , Had-Dingli, l-Imgarr, Santa Lucija, Hal Tarxien u l-Fgura.
Leg 12 PQ #27638 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt iż-żmien ta’ prova tal-proġett pilota, il-proċessi kienu qed jiġu assessjati ġurnata b’ġurnata sakemm intlaħaq il-livell mixtieq u l-proġett seta jkompli jespandi mingħajr xkiel għall-benefiċċju ta’ kulħadd.
Leg 12 PQ #27639 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar tagħhom fil-proġett pilota?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum kien hemm 156 pazjent anzjan jew pazjent b’nuqqas ta’ mobilità li rreġistraw għas-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar fil-lokalitajiet tal-proġett pilota.
Leg 12 PQ #27640 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota — lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid eżattament f'liema lokalitajiet sar il-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lokalitajiet li fihom sar l-proġett pilota kienu r-Rabat u Raħal Ġdid.
Leg 12 PQ #27641 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota — spiżeriji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm spiżeriji nvoluti fil-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għall-proġett pilota kien hemm 11-il spiżerija li kienet involuta fit-tqassim tal-mediċini fid-djar.
Leg 12 PQ #27642 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda u meta ntemm il-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett pilota beda b'sejħa għar-reġistrazzjoni tal-pazjenti f’Novembru 2015, u daħal fl-ewwel, minn tlett fażijet f’Jannar 2016 biex imbagħad ġie fi tmiemu f’Settembru 2016.
Leg 12 PQ #27643 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – ftehim mal-ispiżjara

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li laħaq mal-ispiżjara sabiex jibdew jitqassmu l-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim dwar tqassim ta’ mediċini fid-djar tal-anzjani u persuni neqsin mill-mobilità huwa parti minn Service Level Agreement iffirmat fil-15 ta’ Ottubru 2015, bejn il-Ministeru tal-Energġja u Saħħa, l-Kamra tal-Ispizjara u l-GRTU.