Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28640 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – Acting CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ min ikkonsulta qabel ma ħatar lill-kirurgu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Acting CEO tal-Isptar Monte Carmeli? Huwa minnu li dan il-kirurgu se jkun qed jaħdem fiż-żewġ sptarijiet fuq bażi part-time meta ż-żewġ karigi jitolbu attenzjoni kbira fuq bażi full-time?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija qed jaħdem bħala CEO tal-Isptar Monte Carmeli full-time. Nitlobha tispeċifika għal liema żewġ sptarijiet qed tirreferi.
Leg 12 PQ #28641 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Advisory Committee on Healthcare Benefits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-kumitat “Advisory Committee on Healthcare Benefits” m’huwiex qed jiltaqa’ u x’hemm pendenti fuq l-aġenda ta’ dan il-kumitat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Advisory Committee on Healthcare Benefits qed jagħmel xogħol utli u li jikkumplimenta kumitati ta’ esperti sabiex jippjana għall-aħjar użu possibbli tar-riżorsi finanzjarji.
Leg 12 PQ #28642 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26555, 25723, 25569, 24002, 21476, 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: a. l-isem tal-persuna appuntata; b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; d. min għażel lill-persuna; e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #28643 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

NPICU – żieda ta’ trabi li nżammu għall-kura

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 27706 u 27705 jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex fl-2016 kien hemm żieda ta’ trabi li nżammu għall-kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) peress li t-tweġiba li ta l-Ministru kellha x’taqsam mal-medja u mhux man-numru ta’ kull sena (sena b’sena) bejn 2010 u l-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika proviżorja tal-ewwel nofs tas-sena 2016 turi li n-numru ta’ trabi f’NPICU kiber bl-istess rata ta’ tkabbir tal-medja għal perjodu ndikat minnha.
Leg 12 PQ #28644 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulent tad-Dijabete – pazjenti jistennew biex jarahom konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26556, 25560 u 25461 u jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent tad-dijabete peress li l-mistoqsija hija ċara u qed titlob numru ta’ pazjenti u mhux jekk il-lista hijiex fluwida jew le?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tlett kwarti tal-pazjenti li qed jistennew biex jarahom konsulent tad-dijabete għal-ewwel darba ser jinqdew fi żmien massimu ta’ 6 xhur.
Leg 12 PQ #28633 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Taqsima tal-Kura Intensiva — Użu ta’ mediċina skaduta

Question

B’referenza għall-istqarrija li ħareġ il-Gvern nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid, min awtorizza l-użu ta’ mediċina skaduta fuq pazjent fit-Taqsima tal-Kura Intensiva?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja inkjesta nterna li sa tistabbilixxi dawn il-fatti.
Leg 12 PQ #28634 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

ITU – użu ta’ mediċini skaduti

Question

B’referenza għall-istqarrija li ħareġ il-Gvern nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ġewx infurmati li l-mediċina skaduta kienet se tiġi amministrata fuq pazjent fl-ITU qabel ma ġiet amministrata u mhux wara, u li allura t-tnejn li huma approvaw li dan isir?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28633.
Leg 12 PQ #28635 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

ITU – użu ta’ mediċini skaduti

Question

B’referenza għall-istqarrija li ħareġ il-Gvern nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-każ fejn ġiet amministrata l-mediċina skaduta seħħ nhar is-Sibt 5 ta’ Novembru 2016? Jekk dan huwa minnu għalfejn il-Ministru ħalla ġimgħa tgħaddi qabel ma ħa passi u fetaħ inkjesta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja inkjesta sabiex tistabilixxi l-fatti kif ġraw, ninformaha li l-Ministeru kien informat b'dan il-każ fil-11 ta' Novembru 2016. Immedjatament ittieħdu passi tant li illum s-CPSU għandu stock adekwat ta’ Tamiflu bħala “standby stock”.
Leg 12 PQ #28636 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – każ ta’ amministrazzjoni ta’ mediċini skaduta

Question

B’referenza għall-istqarrija li ħareġ il-Gvern nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid, ladarba jista’ jkun li l-għola awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei kienu nfurmati bil-każ tal-amministrazzjoni ta’ mediċina skaduta, min qed imexxi l-investigazzjoni fuq dan il-każ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord intern qed jitmexxa mis-Sinj. Doreen Ellul.
Leg 12 PQ #28637 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015 u fl-2016 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tingabar.
Leg 12 PQ #28638 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses and Midwives Council – rapport ta’ investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27703 u jgħid meta se jippubblika r-rapport tal-investigazzjoni li saret wara l-allegat tbagħbis fil-voti tal-elezzjoni tal-Council for Nurses and Midwives?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesta dwar din il-materja għadha mhix konkluża.
Leg 12 PQ #27704 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Xogħlijiet ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Isptar Mater Dei? Għandu l-kwalifiki meħtieġa biex jagħmel dan ix-xogħol? X’paga qed jingħata dan l-individwu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha qed imexxi l-Booking Office tal- isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #27705 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

NPICU – trabi li nżammu għall-kura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li nżammu għall-kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) kull sena (sena b’sena) mill-2010 sal-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja ta’ kemm trabi nżammu għall-kura fin-NPICU fl-isptar Mater Dei mis-sena 2010 sal-2015 huwa ta’ 388 fis-sena.
Leg 12 PQ #27706 Sitting 449 2016-11-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

NPICU – żieda ta’ trabi li nżammu għall-kura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex fl-2016 kien hemm żieda ta’ trabi li nżammu għall-kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għal din is-sena għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #27698 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min-nurses li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn is-sena 2015 u April ta’ din is-sena ingaġġajna 367 nurse. Din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni.
Leg 12 PQ #27699 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba – persuni li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw tobba fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27700 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mit-tobba li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2015 ingaġġajna 120 tabib filwaqt li din is-sena diġa ingaġġajna 116 il-tabib.
Leg 12 PQ #27701 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Life Science Park – tower cranes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, issa li tneħħew it-tower cranes li kienu qed jaħdmu fuq il-Life Sciences Park, meta se terġa’ tibda tiffunzjona l-helipad tal-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 72 tal-leġislatura preċidenti li kienet imwieġba fid-29 ta’ Settembru 2010 minn Lawrence Gonzi-dak iż-żmien Prim Ministru, u li kienet tgħid hekk: “ Kif jaf l-Onorevoli Interpellant hija l-intenzjoni ta’ dan il-Gvern li jibni kumpless ta’ Life Sciences fiż-żona industrijali biswit l-Isptar Mater Dei. Dan il-kumpless effettivament ser ikun ftit metri l-bogħod mid-dawra tal-Isptar Mater Dei u l-bini tiegħu se jkun eżattament taħt it-trajettorja tal-approach; landing u t-take-off użata mill-helikopter li jintuża biex iwassal pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei f’każijiet ta’ emerġenza. Sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda xkiel għat-trajettorji ta’ nżul u tlugħ tal-helikopter; u anki fil-każ li jkun hemm bżonn li jsir xi nżul ta’ emerġenza, ġie deċiż flimkien ma’ speċjalisti tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkun akter prudenti li jinstab sit ta’ nżul u t lugħ alternattiv għall-helikopter.”
Leg 12 PQ #27702 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses and Midwives Council

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu ma jiffunzjona n-Nurses and Midwives Council?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel saret fit-28 ta’ Lulju ta’ din is-sena qabel ma saret l-elezzjoni sabiex jintgħażlu l-membri ġodda. Kif taf hi, bħalissa għaddejja inkjesta indipendenti fuq ir-riżultat ta' din l-elezzjoni.
Leg 12 PQ #27703 Sitting 448 2016-11-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses and Midwives Council – rapport ta’ investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jippubblika r-rapport tal-investigazzjoni li saret wara l-allegat tbagħbis fil-voti tal-elezzjoni tan-Nurses and Midwives Council?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27702.