Supplementary Financial Estimates 2016 – Medicines and Surgical Materials
Question
B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vot 32, (5400) Medicines and Surgical Materials, jista' l-Ministru jikkonferma li ż-żieda fil-budget tal-mediċini għas-sena 2017 fil-fatt mhijiex ta' €4,000 kif iddikjara hu fil-parlament iżda hija fil-fatt ta' €1,750,000 biss għaliex minn €94,250,000 se titla' għal €96,000,000? Jista’ jgħid din iż-żieda fin-nefqa x'se tkopri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li d-differenza fin-nefqa tal-mediċini bejn l-budget tal-2017 u l-budget 2016 hija ta’ 4 miljun ewro u mhux 4 t’elef kif qed tindika fil-mistoqsija tagħha l-Onorevoli Interpellant.
Labour Supply Agreement bejn il-Gvern Malti u l-VGH
Question
B'referenza għal-Labour Supply Agreement bejn il-Gvern Malti u l-Vitalis Global Healthcare (VGH), jista' l-Ministru jgħid jekk il-List of Resources (il-lista tal-ħaddiema li għandha bżonn il-VGH biex tħaddem it-tliet sptarijiet) ġietx miftiehma u konkluża? Jekk iva, jista’ l-Ministru jpoġġi din il-lista fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, meta se tiġi konkluża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista li qed tagħmel referenza għaliha hi tinkorpora l-ħaddiema li kienu mpjegati fl-isptarijiet msemmija f'Ġunju ta’ din is-sena.
VGH – xiri ta’ mediċini u apparat mediku mingħand aġenti Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Vitalis Global Healthcare (VGH) humiex se jixtru l-mediċini u l-apparat mediku mingħand l-aġenti Maltin jew jekk hux se jixtruhom direttament minn barra minn Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ħafna mill-mediċini u apparat mediku għall-użu fl-isptarijiet San Luqa, Karen Grech u t'Għawdex għadhom qegħdin jinxtraw mingħand l-istess aġenti lokali.
Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria (Għawdex) – parti mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria (Għawdex) se jkun parti mill-Isptar t'Għawdex u se jkun qed jitmexxa mill-Vitalis Global Healthcare (VGH) ukoll?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ftehim ta' Public Private Partnership bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare jinkludi l-bini ta' Ċentru tas-Saħħa ġdid ġewwa Għawdex.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-fees għall-persuni li jridu jagħmlu IVF telgħet minn €60 għal €130? Għaliex kien hemm din iż-żieda ta' aktar mid-doppju? Ma jħossx il-Ministru li dan huwa piż żejjed fuq il-persuni li jridu jagħmlu l-IVF?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma’ teżisti ebda miżata għal koppji li japplikaw għall-IVF.
Sptar San Luqa – Kamra Mortwarja – Doctors’ Quarters
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-Isptar San Luqa tneħħiet il-Kamra Mortwarja li kienet tintuża mill-Isptar Karin Grech u li issa saret kamra temporanja fejn darba kien hemm id-Doctors’ Quarters? Jista’ jgħid jekk dan sarx bl-awtorizzazzjoni tas-sanità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li issa beda’ xogħol ta’ rinnovar fil-faċċata tal-isptar San Luqa, l-kamra mortwarja ta’ l-istess sptar mhiex qed tintuża u qed tintuża minflok dik ta’ Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li t-trasport ta' pazjenti li jkunu mietu fl-Isptar Karin Grech ingħata lill-Kummissjonant mingħajr ma ħarġet tender permezz ta' direct order u dan biex iġorr il-mejtin minn San Luqa għall-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim mal-kummissjonant msemmi minnha ma sarx mill-Ministeru għas-Saħħa.
Supplementary Financial Estimates 2016 — Health Concession Agreement tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u l-Isptar Karen Grech
Question
B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vot 32, (5862) Health Concession Agreement - Gozo General Hospital u (5863) Health Concession Agreement - Karen Grech Rehabilitation Hospital, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammonti ta' €12,450,000 u €3,900,000 (rispettivament), jiġifieri total ta' €16,350,000 hux se jibdew jitħallsu kull sena mill-Gvern ta' Malta lill-Vitalis Global Healthcare (VGH)? Jista' jgħid jekk dawn l-ammonti jinkludux il-pagi tal-ħaddiema? Jista' jispjega kif il-Gvern qed iħallas dan l-ammont lill-VGH meta l-istess Gvern ftaħar li l-VGH kienu se jinvestu €200,000,000 fis-sistema tas-saħħa f'pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2016 il-gvern ser ikun qed jgħaddi €16 il-miljun lill-VGH li jinkludu spejjeż rikorrenti. Il-pagi tal-ħaddiema huma esklużi peress li dawn jitħallsu direttament mill-gvern. L-investiment ta' €200 miljun li ser issir mill-VGH huwa investment kapitali fl-isptarijiet ta’ San Luqa, Karen Grech u t'Għawdex.
Supplementary Financial Estimates 2016 — Professional Services
Question
B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vote 31, (31) Professional Services, jista' l-Ministru jgħid kif is-somma approvata ta' €60,000 żdiedet bi €825,000 għal nefqa totali ta' kważi 15-il darba aktar mis-somma approvata fil-Budget 2016? Jista' jgħid fiex marret din in-nefqa u liema huma dawn il-Professional Services? Jista' jgħid jekk din in-nefqa addizzjonali saritx wara ħruġ ta' tenders jew sejħiet pubbliċi oħra jew jekk saritx permezz ta' direct orders?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet marbuta mal-elezzjoni tal-Kunsill tan-Nurses u l-Midwives? X'inhi r-raġuni għalfejn din l-inkjesta qed tieħu daqshekk fit-tul?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu mal-kuntrattur fl-Isptar Monte Carmeli, f'Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru 2016, separatament? X'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur fl-Isptar Monte Carmeli minn Ġunju sa Novembru tal-2016 kienet ta’ 439. Dawn il-ħaddiema kienu qed jagħmlu diversi xogħlijiet f’diversi dipartimenti u swali fosthom tindif, klerikali u carers.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw mediċini b'direct order u/jew emergency order minn Ġunju sa Diċembru 2016, xahar b'xahar,? Kemm-il direct order kien hemm? Kemm kien il-valur totali ta' dawn il-mediċini?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm mat-12,000 mediċini li nxtraw minn Ġunju sa Novembru tal-2016, 20 inxtraw bi proċess negozjat u 258 bi process t’emerġenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appuntamenti mad-Dipartiment tad-Dentistrija għall-Jannar, Frar u Marzu 2017 minħabba li tul Novembru u Diċembru 2016 dawn tħassru jew ġew posposti? Jista' jgħid ukoll għalfejn tħassru dawn l-appuntamenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi appuntamenti mad-dipartiment tad-dentistrija li tul Novembru u Diċembru ġew posposti se jsiru mill-aktar fis possibbli kemm fl-isptar Mater Dei u kif ukoll fi kliniċi dentali privati li aċċettaw li jagħmlu xogħol fil-privat bi ħlas mill-Gvern.Tajjeb li ngħid illi kuljum ikun hemm mat-80 pazjent li jżur l-Emerġenza minħabba problemi dentali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti li aċċettaw li jagħmlu xogħol fil-privat bi ħlas mill-Gvern? Jista jagħti r-rata ta' ħlas għal dawn l-istess servizzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 4 dentisti li aċċettaw li jagħmlu xogħol fil-privat bi ħlas mill-Gvern u dawn qed jitħallsu b’rata ta’ €25 għal kull dental restoration. Ninformaha ukoll li ħarġet sejħa oħra għal-dentisti fi kliniċi privati sabiex ikunu jistaw joffru servizzi oħrajn bħal checkups għall-pazjenti tagħna bi ħlas mill-gvern. Din is-sejħa għalqet nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti li jużaw il-Brinzolamide drops (li huwa taqtir tal-għajnejn għal min għandu l-Glaucoma) qed jingħataw b’razzjon kull 20 ġurnata minflok jingħataw 3 stoċċijiet għal 56 ġurnata skont kif jinħarġu mill-POYC?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Brinzolamide beda’ jingħata bħala qtar alternattiv għal perjodu ta’ prova wara li rċevejna xi lmenti mill-pazjenti stess dwar il-qtar li kien qed jintuża qabel. Matul dan il-perjodu ta’ prova għal-pazjenti ġie ordnat stock urġenti u limitat ta’ qtar alternattiv-Brinzolamide, li kien skont id-doża preskritta mill-konsulent fuq bażi ta' named patient basis għall-moniteraġġ kliniku.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li wara li sar l-eżami għall-Paramedic Aides fl-2015 u ħareġ ir-riżultat, dan l-istess riżultat li ġie ppubblikat ġie mibdul? Għaliex fil-fatt kien hemm min għamel l-eżami, meta ma kellux il-kwalifiki meħtieġa biex jagħmel dan l-istess eżami?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Eżamijiet ma kienx responsabbli mit-tmexxija tal-eżami għall-Paramedic Aides fl-2015. Infurmat ukoll li l-eżami Paramedic Aides ma jiġix offrut mill-Università ta' Malta.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li għad jonqos informazzjoni mill-MCAST. Dan it-tagħrif ikun jista’ jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
(
Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokumentu PL 8107 li tpoġġa f'Seduta 458, nhar it-Tnejn 5 ta' Diċembru 2016.)
Jista’ l-Ministru jgħid fl-2015 u fl-2016 kemm gradwaw:
a.
Acupuncturists;
b.
Audiologists;
c.
Dental Hygienists;
d.
Dental Technologists;
e.
Dietitians;
f.
Environmental Health Officers;
g.
Medical Laboratory Scientists;
h.
Medical Physicists;
i.
Nutritionists;
j.
Nutritional Therapists;
k.
Occupational Therapists;
l.
Optometrists;
m.
Orthoptists;
n.
Osteopaths; u
o.
Physiotherapists
?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mill-Università ta' Malta li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
Professjoni
Kors
2015
2016
Acupuncturists
Master in Traditional Chinese Medicine and Culture
0
7
Audiologists
Master of Science in Audiology
6
0
Dental Hygienists
Bachelor of Science (Honours) in Dental Hygiene
4
2
Dental Technologists
Bachelor of Science (Honours) in Dental Technology
3
0
Dietitians
Postgraduate Diploma in Dietetics
0
5
Environmental Health Officers
Diploma in Health Science (Environmental Health)
1
0
Medical Laboratory Scientists
Bachelor of Science (Honours) in Medical Laboratory Science
0
0
Medical Physicists
Master of Science in Medical Physics
8
0
Nutritionists
Bachelor of Science (Honours) in Applied Food and Nutritional Sciences
4
4
Nutritional Therapists
Mhux offrut mill-Università
N/A
N/A
Occupational Therapists
Bachelor of Science (Honours) in Occupational Therapy
18
13
Optometrists
Mhux offrut mill-Università
N/A
N/A
Orthoptists
Mhux offrut mill-Università
N/A
N/A
Osteopaths
Mhux offrut mill-Università
N/A
N/A
Physiotherapists
Bachelor of Science (Honours) in Physiotherapy
27
25
L-istudenti tal-2016 mistennija jiggradwaw f'Novembru/Diċembru 2016.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27702, jista' l-Ministru jgħid, fin-nuqqas ta' Kunsill tan-Nurses u l-Midwives, li ilu ma jiffunzjona mit-28 ta' Lulju 2016, min qed jagħmel ix-xogħol regolatorju ta' dan il-kunsill? Jista' l-Ministru jgħid ukoll:
a. Min qed jirregolarizza x-xogħol tan-
nurses
u l-
midwives
fil-privatizzazzjoni tat-tliet sptarijiet;
b. Min qed jara l-applikazzjonijiet il-ġodda;
c. Min qed jiskrutinja n-nurses il-ġodda;
d. Min qed jiskrutinja nurses li ġejjin minn pajjiżi oħra biex jivvalorizza l-kwalifiki tagħhom;
e. Min qed jassigura li l-kurrikulum tan-Nursing School ġdida hija up to standard; u
f. Min qed jassigura li 6,000 impjegat fuq ir-reġistru (bejn nurses u midwives) qed jaħdmu b'mod regolari u kif suppost?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport tal-inkjesta dwar l-elezzjonijiet għall-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel wasal għandi propju llum. Wara li nkun rajt bir-reqqa dan ir-rapport, inkun, fil-ġranet li ġejjin, nista’ nirraporta dwaru.