Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #29202 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #29203 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13242.
Leg 12 PQ #29204 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tal-Onkoloġija – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts taċ-Ċentru tal-Onkoloġija għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25740.
Leg 12 PQ #29205 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Carmeli għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10500.
Leg 12 PQ #29206 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Sir Paul Boffa għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25740.
Leg 12 PQ #29207 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-dipartiment tal-kura primarja isir accounting exercise għad-dipartiment sħiħ u mhux għal kull ċentru tas-saħħa separat.
Leg 12 PQ #29196 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – servizz ta’ Social Worker

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi estiż is-servizz ta' social worker fiċ-Ċentri tas-Saħħa li bħalissa huwa limitat biss għaċ-Ċentri ta' Birkirkara u Cospicua?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm s-servizz ta’ social worker qed ikun offrut fl-imsemmija żewġ ċentri tas-saħħa, dan is-servizz jista’ jagħmel użu minnu kulħadd u ma hemm l-ebda waiting list. Ninformaha ukoll illi dan is-servizz jista’ jingħata ġewwa d-djar skont l-esiġenzi tal-pazjenti tagħna.
Leg 12 PQ #29197 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – Ħal Qormi u Birkirkara – Sports and Exercise Medicine Clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid, minn mindu fetaħ is-servizz tal-iSports and Exercise Medicine Clinic fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Ħal Qormi u Birkirkara f'Marzu 2016, kemm kien hemm persuni li għamlu użu minn dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ftuħ tal-Sports and Exercise Medicine Clinic sa’ l-aħħar ta’ Novembru 2016 kien hemm 122 pazjenti ġodda li għamlu użu minn dan is-servizz.
Leg 12 PQ #29198 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – servizz ta’ psikjatrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi estiż is-servizz tal-psikjatrija fiċ-Ċentri tas-Saħħa sabiex jibda jinkludi wkoll iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana, Birkirkara u r-Rabat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li jkollhom bżonn jagħmlu użu mill-mental health clinics jistaw jagħmlu dan mis-7 kliniki li jinsabu l-Furjana, Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Bormla, L-Imtarfa, l-Gzira u l-Mosta u kif ukoll mill-Psychiatric Outpatient fl-isptar Mater Dei. Ninformaha ukoll illi f’ċirkustanzi partikolari, jsiru żjarat minn-nurses u social workers ġewwa d-djar tal-pazjenti tagħna.
Leg 12 PQ #29199 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – clinics tal-psikjatrija — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, b'kollox, kemm attendew pazjenti għall-clinics tal-psikjatrija fiċ-Ċentri tas-Saħħa fl-2014 u fl-2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja ta’ kemm pazjenti użaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa mentali ġewwa s-7 kliniki fil-komunita’ mill-2013 sal-2015, kienet ta’ 15,079 pazjenti fis-sena, li minnhom 7,065 pazjenti użaw s-servizz tal-psikjatrija fil-komunita’ u 8,014 komplew jieħdu servizzi mingħand nurses u social workers.
Leg 12 PQ #29200 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa – Fibromyalgia Clinic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta fetaħ il-Fibromyalgia Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Floriana? Jista' jgħid ukoll, minn meta fetaħ, kemm attendew pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Fibromyalgia Clinic nfetħet f’Mejju tal-2015 u sal-aħħar ta’ Novembru 2016 għamlu użu minn din il-klinika 224 pazjent.
Leg 12 PQ #29201 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #29190 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

CPSU – purchasing trends – tnaqqis ta’ xiri ta’ mediċini u apparat mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-purchasing trends tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) għall-perjodu Jannar 2014 sa Novembru 2016? Jista’ jikkonferma li x-xiri ta' mediċini u/jew apparat mediku naqas b'madwar 25%?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-purchasing trends tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) għall-perjodu Jannar 2014 sa Novembru 2016 huwa li żdied ix-xiri u dan sar b’mod iktar effiċjenti. Ninformaha ukoll li x-xiri ta' mediċini u/jew apparat mediku fis-sena 2015 żdied b’ €26,779,987 meta mqabbla mal-2012, taħt gvern preċidenti.
Leg 12 PQ #29191 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżeriji tal-Għażla Tiegħek – boroż tal-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-boroż li fihom jitqassmu l-mediċini mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek huma/kienu out-of-stock tul ix-xahar ta' Novembru u Diċembru 2016? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi minnha l-mediċini mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tqassmu dejjem fil-boroż apposta.
Leg 12 PQ #29192 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

CPSU – Stock tal-mediċini u apparat mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu twil il-perjodu li fih jinżammu l-istock tal-mediċini u apparat mediku fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) - tliet xhur, sitt xhur, sena jew aktar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tul tal-perjodu li fih jinżammu l-istokk tal-mediċini u l-apparat mediku fis- Central Procurement and Supplies Unit ivarja skont il-ħtieġa tad-dipartimenti u l-kundizzjonijiet tax-xiri tal-prodotti.
Leg 12 PQ #29193 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Patients’ Charter – ilmenti fuq is-servizzi tas-saħħa

Question

B'referenza għall-Patients’ Charter ippublikat fil-21 ta' Novembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid, jekk persuna jkollha lment serju fuq is-servizz tas-saħħa f'pajjiżna, fejn jew għand min tista’ tmur biex tieħu dan ir-rimedju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk persuna jkollha kwalunkwe lment dwar is-servizz tas-saħħa f'pajjiżna, għandha tibda billi tressaq l-lment tagħha fil-faċilità tal-customer care u minn hemmhekk ikunu jistaw jittieħdu l-passi neċessarji.
Leg 12 PQ #29194 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Patients’ Charter — liġi

Question

B'referenza għall-Patients’ Charter ippublikat fil-21 ta' Novembru 2016, jista’ l-Ministru jikkonferma li dan iċ-Charter m'huwiex marbut bil-liġi u għalhekk pazjenti li jafu d-drittijiet tagħhom m'għandhomx rimedju meta dawn id-drittijiet jinkisru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Patient Charter innifsu jagħti rimedji f'każ li jintilfu d-drittijiet tal-pazjenti. Fil-fatt jekk jinqabeż iż-żmien ta' stennija indikat fic-charter, pazjent ser ikollu l-facilita’ li jagħmel l-intervent fi sptar privat u jħallas għalih l-Gvern.
Leg 12 PQ #29195 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Lifestyle Clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti b'kollox li jattendu l-Lifestyle Clinic? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex dan is-servizz jinfirex f'Ċentri tas-Saħħa oħra minbarra dak tal-Gżira u f'bereġ oħrajn minbarra dawk ta' Ħal Tarxien, San Ġwann, l-Imsida, Ħaż-Żabbar, iż-Żurrieq, il-Gudja u San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid kemm, speċifikament, qed jattendu pazjenti f'kull post minn fejn qed isiru dawn il-clinics?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-ftuħ tal- Lifestyle Clinics sat-12 ta’ Diċembru ta’ din is-sena kien hemm 1,606 persuni li għamlu użu minn dan is-servizz. Dan is-servizz jingħata minn diversi bereġ u ċentri tas-Saħħa f’lokalijiet differenti li huma; San Ġwann, L-Imsida, Kerċem, L-Għarb, il-Gudja, Ħal Tarxien, iż-Żurrieq, il-Mosta, ir-Rabat-Malta, il-Mellieħa, Ħaż-Żabbar, Ħal Għaxaq, is-Siġġiewi, Santa Luċija, Birkirkara, n-Naxxar u anki ġewwa il-kunsill lokali tal-Mosta. Dan is-servizz mistenni jkun offrut ukoll fil-berġa l-ġdida ta’ Ħal Kirkop aktar tard is-sena d-dieħla.
Leg 12 PQ #29184 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Supplementary Financial Estimates 2016 – Operational and Maintenance Expenses

Question

B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vot 32, (30) Contractual Services taħt il-vot Operational and Maintenance Expenses, jista' l-Ministru jgħid kif is-somma approvata ta' €33,040,000 żdiedet b'€5,000,000, biex in-nefqa totali laħqet is-somma ta' €38,040,000? Jista' jgħid fiex marret din in-nefqa? Jista' jgħid jekk din in-nefqa addizzjonali saritx wara ħruġ ta' tenders jew sejħiet pubbliċi oħra jew jekk saritx permezz ta' direct orders?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda fin-nefqa ta' €4,700,000 fuq l-allokazzjoni tal-budget tas-sena l-oħra taħt il-vot Contractual Services tinkludi kemm iż-żdidiet fil-kuntratti eżistenti tal-“Long Term Care Beds’, kif ukoll nefqa akbar minħabba l-politika tal-Gvern li jiġi eliminat il-prekarjat fost il-ħaddiema tal-kuntrattur fis-settur tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #29185 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Supplementary Financial Estimates 2016 – Medicines and Surgical Materials

Question

B'referenza għas-Supplementary Financial Estimates 2016, Vot 32, (5400) Medicines and Surgical Materials, jista' l-Ministru jgħid kif is-somma approvata ta' €92,000,000 żdiedet b'€2,250,000 biex in-nefqa totali laħqet is-somma ta' €94,250,000? Jista' jgħid fiex marret din in-nefqa? Jista' jgħid jekk din in-nefqa addizzjonali saritx wara ħruġ ta' tenders jew sejħiet pubbliċi oħra jew jekk saritx permezz ta' direct orders?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żieda fin-nefqa għall-mediċini matul l-2016 kienet tinkludi mediċini ġodda għall-pazjenti bid-dijabete, bl-epatite, bl-ADHD u bil-multiple sclerosis.