Ftehim bejn l-Isptar t’Għawdex, Sptar Karin Grech u Sptar San Luqa u Vitalis Global Healthcare
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim sħiħ li ġie ffirmat mal-Vitals Global Healthcare biex imexxu l-Isptar t'Għawdex, Sptar Karin Grech u Sptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim sħiħ, salv dawk il-partijiet ta' natura kummerċjali, ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-kamra fis-seduta Parlamentari numru 429, ta’ din il-legiżlatura.
Memorandum of Understanding bejn il-Gven u l-Montenegro
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma mal-Montenegro fit-18 ta' Mejju 2016? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- Memorandum of Understanding li l- Gvern iffirma mal-Montenegro jitratta diversi oqsma ta’ kooperazzjoni fosthom, fit-tisħiħ tas-sistemi tal-kura tas-saħħa; taħriġ għall-professjonisti permezz ta’ parteċipazzjoni f’simpożji, konferenzi, seminars u avvenimenti oħra, kooperazjoni fil-kamp tal-farmaċewtiċi u apparat mediku; fil- promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard; fil-kontrol epidemjoloġiku tal-mard komunikabbli, kif ukoll dak mhux komunikabbli.
Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u r-Russja
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li ffirma l-Ministru Mizzi fir-Russja f'Settembru 2015? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma mar-Russja jippromwovi l-koperazzjoni fl-oqsma tal-kura tas-saħħa u x-xjenza medika bħal fit-Traumatology u l- Ortopedija, l- mediċina riġenerattiva u r-Riabilitazzjoni Medika.
Dan jinkludi wkoll attivitajiet bħal skambju ta’ speċjalisti u delegazzjonijiet; twettiq ta’ workshops; parteċipazzjoni ta’ speċjalisti f’ kungressi, konferenzi u avvenimenti xjentifiċi oħra organizzati separatament jew flimkien.
Abbażi ta’ dan il-ftehim ufficjali Maltin attendew għal taħriġ fil-Kurgan, li tћaddem it-teknika ta’ l- Ilizarov. Pazjenti Maltin ġew mogħtija trattament b’ teknika Ilizarov mit-tim Russu.
Memorandum of Understading bejn il-Gvern u l-Iżrael
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma f'Iżrael f'Ottubru 2013? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Memorandum of Understanding fil-Qasam tas-Saħħa u x-Xjenza Medika bejn il-Ministeru tas-Saħħa ta' Malta u l-Ministeru tas-Saħħa ta’ l-Istat ta' Iżrael għas-snin 2013 – 2018 jinkludi diversi oqsma ta’ koperazzjoni fosthom tfassil ta’ servizzi relatati mal-Kwalità tas-Saħħa; fl-epidemjoloġija tal-mard prevalenti fil-pajjiżi rispettivi; prijorità relatati ma’ programmi ta’ Saħħa Nazzjonali; Prevenzjoni tal-Mard li jittieħed; skambju ta’ informazzjoni dwar konferenzi internazzjonali, laqgħat u avvenimenti oħra li jistgħu jsiru fil-pajjiżi rispettivi. Permezz ta’ dan l-MOU professjonisti mediċi Maltin ħadu taħriġ dwar Mass Casualties minn esperti Iżrealiti mill-Universita’ ta’ RAMBAM waqt kors li sar apposta hawn Malta.
Memorandum of Understanding bejn il-Gven u l-Montenegro
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li hu iffirma mal-Prim Ministru tal-Montenegro fit-18 ta' Mejju 2016? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u r-Russja
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li ffirma l-Ministru Mizzi fir-Russja f'Settembru 2015? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Sptarijiet Pubbliċi — kuntratturi fil-Qasam tat-Tindif - numru ta’ impjegati
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25566, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija sħiħa u jagħti l-informazzjoni wkoll ta’ kemm hemm kuntratturi tat-tindif f’kull post indikat minnu fit-tabella u kull kuntrattur kemm iħaddem nies fuq bażi full-time u part-time?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nerġa nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25566, nitlobha tirreferi għat-tabella t’hawn taħt fejn qed nindika n-numru ta’ siegħat ta’ tindif fil-ġimgħa kkuntrattati mal-kuntratturi responsabbli għat-tindif fl-imsemmija entitajiet.
Entita’
Siegħat ikkuntrattati fil-ġimgħa
Primary Health Care
992
RHKG (Rehab)
2148
Mount Carmel Hospital
4550
Mater Dei Hospital
11730
Department of Health
651
SPBH (Boffa)
420
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn m'hemmx servizz ta' tabib fl-Isptar Zammit Clapp? Huwa minnu li r-residenti li jkollhom bżonn tabib iridu jħallsu €20 kull darba li jżurhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, għandu tabiba ingaġġata u allokata għal Zammit Clapp, li tagħmel iż-żjarat tagħha b’mod regolari. Dan is-servizz jingħata b'xejn mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva.
Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratturi fil-Qasam tat-Tindif — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġu l-aħħar tenders biex jintgħażlu l-kuntratturi tax-xogħol ta’ tindif fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Kemm hemm kuntratturi involuti fil-qasam tat-tindif f’dan il-post u kull kuntrattur kemm għandu ħaddiema miegħu fuq bażi full-time u part-time?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa qegħdin fl-aħħar fażijiet biex joħrog it-tender ġdid li jirrifletti l-aħħar bidliet fil-leġiżlazzjoni u li jindirizza l-bżonnijiet tar-Residenza.
L-Onor. Interpellant għandha tapprezza li kull informazzjoni f'dan l-istadju tista' tippreġudika l-proċess.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għandhom nurse jew professjonisti mediċi oħra permanenti biex jamministraw mediċini lit-tfal b’kundizzjonijiet ta’ saħħa bħall-epilessija, dijabete, ADHD, eċċ.?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B’referenza għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda tibdil fis-sitwazzjoni fl-iskejjel f’dan ir-rigward minn kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25750.
Sptar Mater Dei – kuntratt ta’ xogħol lill-kumpanija Nexia BT
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 25582 u 25583, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Nexia BT fil-fatt ikkonkludietx ix-xogħol li kienet ikkuntrattata li tagħmel minn Projects Malta għall-Isptar Mater Dei?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika dwar liema proġett qeda tirreferi għalih fil-mistoqsija tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq jew attentati ta’ serq fin-Naxxar mill-bidu tas-sena 2017? Kemm kienet iż-żieda mqabbla mal-istess żmien fl-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25719, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex ukoll il-kumpanija li ssewwi l-ambulanzi? Jekk iva, ma jaħsibx li din il-kumpanija jista’ jkollha kunflitt serju ta’ interess?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol ta’ tiswija fuq ambulanzi mhux ta’ emerġenza isir l-aktar mill-istess aġent li mingħandu jinkrew l-ambulanzi. F’każ fejn dan ma jkunx possibbli x-xogħol isir wara sejħa għal-offerti.
Sptar San Luqa – Garaxx tal-ambulanzi – porters — overtime
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25718, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn l-overtime ma tħallasx u jekk meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija fil-fatt ikunx tħallas l-overtime kollu dovut lill-porters tal-ambulanzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-overtime jitħallas wara li jkunu saru l-verifiki neċessarji.
Dipartiment tad-Dentistrija – azzjoni industrijali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25717, jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw dentisti privati biex jagħmlu fillings fil-privat li jħallas għalih il-Gvern? Meta beda dan is-servizz u kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu minn dan is-servizz minn mindu beda sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 4 dentisti li aċċettaw li jagħmlu fillings fil-privat bi ħlas mill-Gvern u minn meta beda’ dan is-servizz saru 998 fillings.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25715, jista’ l-Ministru jgħid meta (id-data) ġie sospiż l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jikkonferma li minħabba li l-individwu kien ix-xufier personali tiegħu dan kien persuna tal-fiduċja tiegħu (person of trust)? Jista’ jgħid ukoll jekk ir-raġuni għalfejn ġie sospiż l-individwu seħħitx qabel jew wara li l-Ministru għażlu bħala x-xufier tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha kellha każ quddiem il-qrati ta’ Malta bejn l-5 t’April u t-3 ta’ Gunju tal-2016. Il-każ, li ma kienx relatat max-xogħol uffiċjali, nqata’ favur l-imsemmija persuna. Waqt li kien għaddej il-każ fil-qrati hu kien mitlub li ma jidħolx għax-xogħol.
Sptar Mater Dei – kuntratt ta’ xogħol lill-kumpanija Nexia BT’s
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 25582 u 25583, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Nexia BT fil-fatt ikkonkludietx ix-xogħol li kienet ikkuntrattata li tagħmel minn Projects Malta għall-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għas-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25568 jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija sħiħa u jagħti l-informazzjoni wkoll għall-perjodu meta hu ma kienx Ministru jew Segretarju Parlamentari għas-Saħħa? Jista’ jgħid ukoll il-valur ta’ kull item u min awtorizza x-xiri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn m'hemmx servizz ta' tabib fl-Isptar Zammit Clapp? Huwa minnu li r-residenti li jkollhom bżonn tabib, iridu jħallsu €20 kull darba li jżurhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27706 u jgħid x’wassal biex fl-2016 kien hemm żieda ta’ trabi li nżammu għall-kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żieda fin-numru ta ' pazjenti fit-taqsima li qed issemmi hi, tkompla mat-trend ta' l-aħħar snin.