Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx l-E-Learning platform fl-Isptar Mater Dei kif ġie rrakkomandat mill-Awditur Ġenerali fl-IT Audit tal-Isptar Mater Dei li ħareġ f'Mejju 2016 jew l-Isptar għadu qed jimxi fuq il-manual tal-IT Support Officer?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddejjin il-preparamenti meħtieġa sabiex tiġi mnedija l-E-Learning Platform.
CPSU – kawża kontra l-kuntrattur li ħadem it-tapit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU)/il-Gvern għandux kawża l-Qorti kontra l-kuntrattur li ħadem it-tapit li tpoġġa fil-bini tas-CPSU?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-CPSU intavolat ittra uffiċċjali fil-qrati kontra l-perit u l-kuntratturi nvoluti u qegħda fil-proċess li tiftaħ kawża legali kontra l-kuntrattur.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm problema bis-sistema tal-ixkaffar fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li kienet innotata xi ħsara fl-ixkaffar fl-istore tas-CPSU sar e¿erċizzju komplut ta’ spezzjonijiet tal-ixkaffar kollu u bdew jittieħdu passi sabiex jiġu ndirizzati l-problemi identifikati.
IT Audit Mater Dei Hospital – rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Mejju 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x'azzjoni ttieħdet fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali fir-rapport IT Audit Mater Dei Hospital?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttiehdu diversi azzjonijiet fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Generali fir-Rapport fosthom:
-L-Isptar ħa passi sabiex is-software applications jsiru izjed robusti u biex jakkomodaw għall-ħtiġijiet tas-servizz. Fost dawn l-applications hemm l-Electronic Case Summary, ir-Referral Ticketing System u DCU Helpline. Ittieħdu passi wkoll biex is-source code u t-technical manuals jinżammu f’post sikur f’MDH.
-B’referenza għas-CPAS, sar Escrow Agreement fejn is-source code tiġi aġġornata regolarment u tinżamm f’secure location barra minn MDH.
-MDH flimkien mall-Ministeru ħadet inizzjattiva biex jiżdiedu l-impjegati f’dan id-Dipartiment. Sal-llum il-ġurnata żdiedu 6 ICT Support Officers ġodda u ICT Officer. Għal din is-sena MDH talab li jissaħħaħ it-tim ta’ systems administrators biex ikun hemm iżjed nies jissaportjaw is-sistemi u biex tonqos id-dipendenza fuq persuna waħda.
-Rigward il-proġett ta’ scanning, MDH għamel studju kif il-Medical Records jistgħu jiġu ikkuppjati. Id-deċiżjoni kienet li jintgħażlu dokumenti speċifiċi bħal l-A&E sheets u jsir proġett pilota biex tiġi ddeterminata jekk il-professjonisti ta MDH jibbenfikawx minnu. Dan il-proġett ghadu ghaddej pero il-feedback inizjali hu pożittiv.
-Fuq ir-rakomandazzjoni biex il-Hard discs ikunu wiped din hija proċedura li tniedet mill-ewwel.
- Fuq l-e-training, MDH xtarta l-apparat mehtieg u qed jahdem biex jimplimenta l-ewwel fazi izjed tard din is-sena.
-Fuq l-Access Dimensions MDH flimkien mal-Ministeru beda l-passi biex din is-sistema timxi fuq il-Health stack sa nofs din is-sena.
-Fuq l-Patient Adminstration System l-antik, beda l-proċess ta’ decomissioning billi tnehhew l-accessi kollha u qed jigi diskuss l-extraction tal-informazzjoni.
-Fuq il-patient dempographics ittiehdu passi biex jiffacilita il-process biex dan isir minn fuq is-CPAS b’mod izjed standardised u tniediet kampanja biex dan isir b’moghod regolari mill-haddiema ta’ MDH.
-li jkun hemm audit trail fid-Dakar- u din gie implimentata.
Ghaldaqstant dan il-process ghadu ghaddej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-IT Department tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment tal-IT fl-isptar Mater Dei jagħmel parti mid-Direttorat tal- Health Informatics. F’dan id-dipartiment hemm 29 impjegat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigram tad-Dipartiment tal-IT fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid kemm hemm vacancies f'dan id-dipartiment?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-organigram tad-Dipartiment tal-IT fl-Isptar Mater Dei.
Council for the Professions Complementary to Medicine – laqgħat
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30002, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda ta' dawn iż-żewġ laqgħat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċeduri ta’ dan il-kunsill huma kunfidenzjali, kif imsemmi fil-Leġislazzjoni Sussidjarja tal-2006, 464.10, preċiżament artiklu 37, li nikkwota “Il-provedimenti kollha tal-Kunsill u tas-sottokumitati tiegħu għandhom jitqiesu li huma kunfidenzjali."
Mistiedna marbuta mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea — lukandi
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30001, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija li qed tirreferi għall-ispezzjonijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lukandi fejn il-mistiedna marbuta mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea kienu u ser ikomplu jkunu spezzjonati b’mod regolari skont il-ħtieġa. Dawn l-ispezzjonijiet saru: Hotel Kempinski, Corinthia Palace, Corinthia San Gorg, dB San Antonio, Grand Hotel Excelsior, Hilton, Intercontinental, Le Meridien, Radisson Blue Resorts, The Palace, The Victoria Hotel, Westin Dragonara u il-Fortina.
Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali – Spezzjonijiet fuq is-siti marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — spezzjonijiet
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30000, jista' l-Ministru jgħid meta bdew dawn l-ispezzjonijiet u jekk tlestew, meta tlestew?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet f’siti marbutin mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea minn uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ilhom isiru minn Diċembru tal-2016 u ser ikomplu jsiru tul dawn ix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jikkonferma li meta sar l-audit tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) f'Jannar 2017, kien hemm problemi kbar bis-sistemi tal-IT?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-audit imsemmi minnha sar preċiżament sabiex jikxef problemi potezjali fis-sistema l-ġdida ta' stock management li qed tiġi nstallata mis-CPSU. Fil-fatt l-audit sar mill-iżviluppatur stess sabiex jittieħdu passi korrettivi jekk ikun hemm il-bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-kumpanija tal-awditjar li tqabbdet tagħmel l-audit fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) f'Jannar 2017? Kien hemm sejħa pubblika għal dan l-audit jew dan ix-xogħol sar permezz ta' direct order?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-audit imsemmi minnha sar mill-iżviluppatur stess.
Memorandum of Understading bejn il-Gvern u l-Israel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma f'Israel f'Ottubru 2013? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn tneħħew vannijiet fosthom ta' San Pawl u ta' Bormla li kienu jesgħu 15-il pazjent + 5 wheelchairs biex iddaħħlu vannijiet iżgħar li jesgħu 8 pazjenti + 3 wheelchairs?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tispeċifika aħjar għal liema vannijiet qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li hemm jew kien hemm ambulanza bil-ħsara tul ix-xahar ta' Jannar 2017 u li qed tinkera mingħand min isewwi l-istess ambulanzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li sabiex jitkompla s-servizz meta jkun hemm ambulanzi bil-ħsara, meta jkun hemm il-ħtieġa jinkrew ambulanzi mingħand il-kuntrattur li rebaħ il-kuntratt tal-kiri tal-ambulanzi non-emergency. Tiswijiet fuq ambulanzi tal-gvern (mhux mikrija) issir wara sejħa għal-offerti.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-Ward MAU3 fl-Isptar Mater Dei, nhar it-Tnejn 23 ta’ Jannar 2017 kien hemm sodod bla dawl min-nofsinhar sa wara s-7pm bil-konsegwenza li d-drips u sodod elettroniċi ma ħadmux?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sala msemmija minnha kienu rrapurtati żewg każijiet ta' 'twaqqiegħ ta' salvavita' waħda fis-7.13pm u l-oħra fit-8.22pm fid-data ndikata. Iż-żewġ każijiet ġew riżolti wara interventi immedjati mit-technicians tal-isptar. Filfatt it-technicians intervjenew wara 18 il-minuta fl-ewwel każ u wara 20 minuta fit-tieni każ.
Advisory Committee on Heath Care Benefits — laqgħat
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28641, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Advisory Committee on Health Care Benefits iltaqax u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda tal-aħħar laqgħa li saret?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħa li jmiss tal-Advisory Committee on Health Care Benefits hija fis-7 ta’ Frar 2017.