Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx – rappreżentant għall-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Dr. Matthew Psaila huwa r-rappreżentant tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta` Nazzjonali. In-nomina saret fis-27 ta’ Ġunju 2016.
Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx
Question
Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għas-Saħħa fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kirurgu Walter Busuttil huwa r-rappreżentant tal-Ministeru għas-Saħħa fil-Kunsill dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx. In-nomina saret fis-28 ta' Ġunju tal-2016.
Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx – nomina ta’ chairman
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid lil min innomina bħala Chairman tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Dr Charmaine Gauci ġiet innominata fit-28 ta’ Gunju tal-2016 bħala c-chairperson tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx.
Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx — segretarju
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid lil liema konsulent tas-Saħħa Pubblika nnomina sabiex jaġixxi bħala Segretarju tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Dr Karen Vincenti ġiet innominata fit-28 ta’ Gunju tal-2016 bħala segretarja tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx.
Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx – rappreżentant għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Sa Dolores Gauci hija r-rappreżentanta tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-Kunsill dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx. In-nomina hija mit-28 ta' Ġunju, 2016.
Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx – rappreżentant għall-Ministeru tgħall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-qasam tal-isport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-qasam tal-Isport fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Sur Kevin Azzopardi huwa r-rappreżentant tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-qasam tal-isport fil-Kunsill dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx. In-nomina hija mit-28 ta' Ġunju, 2016.
Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard – rappre¿entant għall-Ministeru għall-Finanzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Finanzi fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Ms. Marisa Pisani ġiet nominata fit-28 ta’ Ġunju tal-2016 biex tirrappreżenta l-Ministeru għall-Finanzi fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx.
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – kuntratt ta’ impjegat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta jiskadi l-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandu mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS)? Jekk dan il-kuntratt li sar fl-2014 u li kien għal 3 snin, hux se jiġġeded?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt preżenti tal-persuna msemmija se jiskadi fix-xahar t’ April ta’ din is-sena.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-problema tal-obeżità f’Malta qed tiswa lil pajjiżna bejn 45 u 50 miljun ewro fis-sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa qed jikkollabora fi studju sabiex isiru estimi tal-ispiża assoċjata mal-problema tal-obezita’ f'Malta. Skont stima preliminarja, jidher li n-nefqa tista' tlaħħaq madwar 44 miljun ewro fis-sena, skont il-metodoloġija wżata fl-istudju.
Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn għadhom ma ġewx ippubblikati l-erba’ Avviżi Legali li kellhom jiġu ppubblikati sabiex l-Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx li għadda b’vot unanimu mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016 jibda jitħaddem kif kien miftiehem aktar minn sena ilu?
Pjan ta’ Malta għall-Presidenza tal-Ewropa — Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-pjan ta’ Malta għall-Presidenza tal-Ewropa nkludiex l-Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għal liema pjan qegħda tirreferi.
Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mis-6 ta’ Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il darba ltaqa’ l-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx? Min huwa ċ-Chairman u min huma l-membri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31295 filwaqt li ninfurmaha illi c-chairperson tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx imsemmi hija Dr. Charmaine Gauci.
Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda tal-laqgħat kollha li kellu l-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx mis-6 ta’ Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat msemmi minnha ltaqa’ 7 darbiet minn Awwissu li għadda u minbarra li ġie indirizzat minni bħala Ministru għas-Saħħa, l-Onor. Robert Cutajar deputat tal-oppożizzjoni u numru ta’ esperti tekniċi relatati mas-suġġett, iddiskuta materji dwar dieta’, xorb u eżercizzju waqt il-laqgħat tiegħu.
B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ ħaddiema u professjonisti se jiġu impjegati mal-Vitals Global Healthcare? Jekk in-numru hux se jiżdied b’150 sa’ Ġunju 2017 jew hux se jiżdied b’100 biex jitla’ għal-150 sa Ġunju 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Vitals Global Healthcare ser tkun qed tkompli timpjega numru ta’ professjonisti sabiex jiżdiedu s-servizzi offruti mingħajr ħlas għall-pazjenti Għawdxin u Maltin waqt illi jidħlu fis-seħħ servizzi ta' turiżmu mediku.
B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, minħabba n-nuqqas ta’ infermiera f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Vitals Global Healthcare hux se jimpjegaw infermiera minn barra minn Malta jew hux se jimpjegaw infermiera li jaħdmu mal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddej proċess sabiex infermiera Għawdxin li bħalissa qed jaħdmu Malta, fiż-żmien li ġej ikollhom impjieg f'Għawdex stess.
Laqgħat biex ħaddiema tal-Gvern imorru jaħdmu mal-Vitals Global Healthcare
Question
B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-aħħar ġranet ta’ Jannar 2017 u fl-ewwel ġranet ta’ Frar 2017 saru laqgħat fis-sala t’isfel fil-Ministeru tas-Saħħa biex ħaddiema tal-Gvern jintalbu jmorru jaħdmu mal-Vitals Global Healthcare? Il-Ministru ma jħossx li laqgħat bħal dawn m’għandhomx isiru fil-Ministeru iżda f’postijiet oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul iz-zmien imsemmi minnha saru diversi laqgħat mal-ħaddiema tal-isptar San Luqa bejn l-Amministrazzjoni tar-Riżorsi Umani tal-Ministeru għas-Saħħa u l-ħaddiema. L-imsemmija laqgħat seħħew sabiex il-ħaddiema jingħataw serħan il-moħħ li kienu ser jibqaw ħaddiema tal-gvern bil-kundizzjonijiet tas-servizz pubbliku.
B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-laqgħat li saru fil-Ministeru bejn l-aħħar ta’ Jannar 2017 u l-bidu ta’ Frar 2017 wasslu għall-azzjoni industrijali għax il-ħaddiema ħassewhom urtati li l-Ministru qed imur lura minn kellmtu peress li l-ħaddiema kollha se jibqgħu fuq il-payroll tal-gvern u li l-kundizzjonijiet tagħhom mhux se jinbidlu?
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa impjegat mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) u li għandu paga ta’ €45,000 fis-sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija minnha huwa mpjegat mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u li l-paga bażika tiegħu hi ta' €30 elf fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid eżattament x’inhu xogħol l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Ministeru tas-Saħħa jew f’xi waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha jagħmel xogħol ta' customer care kif ukoll jikkoordina proġetti li jiġu mogħtija lilu.
Ministeru għas-Saħħa – Stqarrija Nru 170310 – interventi li saru fil-privat
Question
B’referenza għall-Istqarrija nru 170310 maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fit-8 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-interventi li saru fil-privat sarux kollha wara sejħa pubblika? Jekk iva, jista’ jindika liema kienu s-sejħiet pubbliċi għal dan is-servizz, u jekk le, għalfejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-interventi msemmija minnha li saru fil-privat saru kollha wara sejħa pubblika.