B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamenati 31851, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-laqgħa msemmija ġietx diskussa l-Iskola Medika ta’ Barts?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-laqgħa msemmija ġew diskussi numru ta' żviluppi fil-qasam tas-Saħħa, inkluż il-viżjoni tal-Gvern Malti illi jagħmel minn Malta Ċentru Internazzjonali ta' Tagħlim Mediku.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31087, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal l-imsemmi studju dwar in-nefqa fuq l-obeżità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istudju ġie ffinalizzat u ppubblikat mill-Price Waterhouse Coopers fuq is-sit elettroniku tagħhom fit-3 ta’ Marzu 2017.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31081, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera Għawdxin jaħdmu Malta? Kemm minnhom jixtiequ jmorru jaħdmu Għawdex? Kemm minnhom jixtiequ jaħdmu mal-Vitals Global Healthcare (VGH)? Kemm hemm infermiera Għawdxin li qed jaħdmu Għawdex li fil-fatt jixtiequ jiġu jaħdmu Malta għaliex mhumiex komdi jaħdmu mal-VGH?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 133 infermiera Għawdxin li qed jaħdmu Malta li qegħdin fil-lista ta’ stennija sabiex imorru jaħdmu Għawdex f’ordni ta’ preċedenza skont id-data ta’ meta ġew appuntanti. Id-dipartiment tar-Riżorsi Umani m’għandu l-ebda talba mingħand infermiera Għawdxin biex jinżlu jaħdmu Malta.
Sptar Karin Grech jew Sptar San Luqa – ħaddiema li qed jistennew trasferiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li qed jistennew trasferiment għaliex ma jridux jibqgħu jaħdmu l-Isptar Karin Grech u/jew l-Isptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 16 il-ħaddiema mit-taqsima tal-manutenzjoni tal-isptar San Luqa li talbu trasferiment.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31993 jista’ l-Ministru jikkonferma li s-servizz tad-Dermatoloġija issa huwa parti mill-Vitals Global Healthcare u għaldaqstant f’idejn is-settur privat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tad-dermatoloġija qiegħed jingħata mill-isptar Sir Paul Boffa li huwa parti mis-sistema tas-saħħa nazzjonali.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 31845 u 31991 jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas totali għas-servizzi legali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-kumpanija legali tiegħu għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja tal-ħlas fis-sena mill-2013 sal-2016 għas-servizzi ta’ konsulenza legali fejn meħtieġ fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-entitajiet tiegħu mid-ditta legali tal-individwu msemmi minnha kienet ta’ €19,673.75.
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – kuntratt ta’ impjegat
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31086, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) hux se jiġġedded wara li jagħlaq f’April 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tal-individwu msemmi minnha għadu m’għalaqx.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31085, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Customer Care jinkludix jew kienx jinkludi li jassisti persuni li jiġu Malta mil-Libja għall-kura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha kien inkarigat illi jieħu hsieb loġistika assoċjata ma' pazjenti Libjani li kellhom bżonn kura f'Malta.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31085, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema proġetti ħadem l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmi minnha ikkoordina diversi xogħlijiet bejn il-Ministeri skont l-esiġenzi tas-servizz, għamel xogħol relatat ma' customer care, kif ukoll ħa ħsieb loġistika ta' pazjenti barranin li kellhom bżonn kura medika f'Malta.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31084, jista’ l-Ministru jgħid minbarra l-paga bażika ta’ €30,000, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux allowances, performance bonus, mobile allowance, fuel allowance, karozza u jew perkaċċi oħra simili? Jista’ jgħid meta jiżdiedu dawn l-allowances u l-perkaċċi, kemm ikun il-valur totali tad-dħul ta’ dan l-individwu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmija minnha għandu telecommunications, vehicle u disturbance allowances illi fit-total ma jeċċedux €10,002, kif ukoll performance bonus.
Inawgurazzjoni tax-xogħlijiet fuq l-iskola ta’ Barts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn m’attendiex għall-attività għall-media biex jiġi inawgurat l-bidu tax-xogħlijiet fuq l-iskola ta’ Barts? Jista’ jikkonferma li hu fil-fatt kien Għawdex imma għażel li ma jattendix allavolja kien imħabbar fil-Press Call li kien se jattendi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minħabba mpenji marbuta mal-Presidenza ma stajtx nattendi għal inawgurazzjoni tax-xogħlijiet fuq l-iskola ta’ Barts. Ninfurmaha ukoll li għandha informazzjoni żbaljata għaliex fil-ħin tal-inawgurazzjoni jiena ma kontx fil-gżira Għawdxija.
Sptar Mater Dei -– ħsara fl-inkubatur tal-IVF — investigazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni fuq il-ħsara fl-inkubatur li tħabbret fit-27 ta’ Jannar 2017 u li wasslet biex disa’ koppji tilfu ċiklu tal-IVF għax l-embrijun tagħhom ma kienx vijabbli, bil-kontra ta’ kif imħabbar fl-istess stqarrija mill-Ministru għas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta independenti mmexxija mill-Imħallef Emeritu Antonio Magri għadha għaddejja.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31996, jaf il-Ministru li fil-fatt il-BGTS (strips) huma f’kaxxi u mhux bottijiet u huma individually wrapped? Dan ma jfissrix li jekk pazjent huwa intitolat għal 224 strips fil-fatt jista’ u għandu jingħata dan l-ammont? Għalfejn ingħatat id-deċiżjoni li jingħataw inqas strips li qed iwassal biex pazjenti jkollhom jixtru l-istrips huma f’pakketti ta’ 50 BGTS u xorta waħda qed ikun hemm il-ħela li qed iħallas għaliha l-pazjent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’kull kontenitur wieħed isib l-istrips li huma ppakkjati individwalment u magħhom hemm unique calibration chip. Skont il-fuljett ta’ Tagħrif Mediku (Patient Information Leaflet) din ic-chip trid tintuża speċifikament mal-istrips li jkun hemm fil-kontenitur magħha biss. Jekk l-istrips ma jintużawx mac-chip tal-kontenitur tagħhom ir-riżulat jista’ jkun fatali.
Fid-dawl ta’ dan ġie rakkomandat permezz ta’ ċirkolari mibgħuta lill-ispiżeriji fl-Iskema tal-POYC li kontenturi tal-BGTS ma jinfetħux sabiex ma tiġix kompromessa l-kalibrazzjoni tagħhom, filwaqt li kull pazjent jingħata darba 250 BGTS (5 kontenituri) u meta jerġa’ jmissu jingħata 200 BGTS (4 kontenituri). Dan ifisser medja ta' 225 strip, jew waħda aktar milli qed issemmi l-Onorevoli Interpellant. B’hekk ikunu moqdija ukoll dawk il-pazjenti li jkollhom bżonn jiċċekkjaw iz-zokkor fid-demm 4 darbiet kuljum.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31995, jista’ l-Ministru jiċċara jekk il-Mother & Baby Hospital hux se jitqies bħala parti mill-Isptar Mater Dei jew hux se jkun entità għalih?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-estensjoni tal-Mother & Child Hospital se tkun parti ntegrali mill-isptar Mater Dei.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31994, jista’ l-Ministru jkun ċar u jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkontempla l-privatizzazzjoni tal-kura tas-saħħa mentali?
B’referenza għat-tweġibiet għar-risposti għall-mistoqsijiet 31850 u 31023, jista’ l-Ministru jindika f’liema xahar ta’ din is-sena se jibdew jingħataw l-istrips lill-pazjenti ta’ Type 2 Diabetes? Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti tat-Type 1 Diabetes mhux qed jingħataw 4 strips kuljum kif indikat fit-tweġiba?
Response (FEARNE, CHRIS)
Waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 31023 u 31996, ninformaha ukoll li minn Novembru li għadda pazjenti kollha b'Type 1 Diabetes bdew jingħataw 4 strips kuljum mingħajr ħlas.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31849, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi fl-investigazzjoni dwar il-każ ta’ gastroenteritis li seħħet fl-Isptar Mount Carmel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjoni neċessarja saret immedjatament kif is-Supretendent kienet infurmata bil-każ. Mit-testijiet li saru ma tkabbar l’ebda mikrobu patoġeniku.Tajjeb li nghid li ma kienx hemm aktar każijiet wara it-8 ta’Marzu.